Tuesday, November 20, 2007

Vjolenza fl-Italja

Il-Hadd li ghadda il-futbol internazzjonali intlaqat minn tragedja ohra hekk kif partitarju ta’ Lazio safa milqut minn tir sparat minn ufficcjal tal-pulizija qrib auto-grill f’Arezzo. Iz-zaghzugh Gabriele Sandri, li kien habib u qrib ta’ hafna plejers ta’ Lazio, tilef hajjtu fuq il-post. L-ahbar griet bhal lehha ta’ berqa u serviet ta’ nicca biex titqabbad huggiega ta’ vjolenza minn ultras ta’ diversi klabbs kontra l-forzi tal-ordni u anki, f’certi kazi, kontra bini tal-Lega Taljana.

Fl-ewwel verzjoni tal-pulizija dawn qalu li l-ufficcjal spara fl-arja biex iwaqqaf glieda bejn l-okkupanti ta’ zewg karozzi u Sandri intlaqat bi zball. Din il-verzjoni ma tantx tregi minhabba zewg fatturi. Huwa mpossibbli li tir sparat fl-arja jista’ jolqot lil xi hadd riekeb f’karozza fil-waqt li kien hemm il-konferma li l-ufficcjal spara zewg tiri. Din il-verzjoni daret xi ftit meta il-pulizija involut qal li t-tieni tir gie sparat bi zball waqt li kien qed jigri lejn il-post fejn kien ghaddej l-argument.

Mhux l-iskop ta’ dan l-artiklu li jitfa’ t-tort fuq parti jew ohra izda dak li hareg car minn dak kollu li gara huwa li mill-incidenti tragici tal-istagun li ghadda dawk li jmexxu l-futbol Taljan u l-forzi tal-ordni baqghu ma tghallmu xejn. L-istagun li ghadda dhalna fil-fond dwar l-incidenti li kkawzaw il-mewt ta’ ufficcjal tal-pulizija fi Sqallija. Dakinhar l-awtoritajiet tal-futbol Taljan kienu hargu b’hafna pjanijiet u mizuri biex il-futbol jitnaddaf minn dan l-element vjolenti. Dak li gara fi tmiem il-gimgha wera li, bhal f’okkazjonijiet ohra, ma sar xejn u l-kankru baqa’ f’sahhtu.

Id-dirgenti tal-futbol Taljan inqabdu mhux preparati u l-indecizjoni dwar x’passi immedjati setghu jittiehdu komplew heggew il-vjolenza. L-ewwel decizjoni kienet li tithassar il-loghoba bejn Inter u Lazio fil-waqt li l-loghobiet l-ohra bdew ghaxar minuti tard. X’hasbu li se jsolvu billi jittardjaw il-loghob kollu b’ghaxar minuti huwa inkoncepibbli. Ladarba l-partitarju inqatel minn ufficcjal tal-pulizija kien ovvju li l-ultras se jiehdu l-okkazjoni biex jifthu battalja kontra l-pulizija halli “jpattu” ghal dak li gara. Il-konfronti bejn l-ultras u l-pulizija huma xi haga komuni madwar il-grawnds Taljani u kien car ghal kulhadd li l-mewt ta’ Sandri kienet se sservi ta’ skuza biex tinfetah battalja fuq diversi fronti madwar l-Italja. L-ultras uzaw l-argument li meta nqatel ufficcjal tal-pulizja fi Frar li ghadda il-futbol waqaf u ghalhekk kellu jieqaf nhar il-Hadd ukoll.

L-incidenti li sehhew wara l-qtil ta’ Sandri wasslu biex il-loghoba bejn Atalanta u Milan tigi sospiza minhabba t-theddid tal-ultras u l-posticipo bejn Roma u Cagliari tigi posposta. Incidenti ohra gravi sehhew fil-grawnd ta’ Taranto.

Il-problema l-kbira fil-futbol Taljan hija l-mod kif l-awtoritajiet tal-futbol u governatttivi qed jagixxu fil-konfront ta’ din is-sitwazzjoni. L-istqarrijiet u s-soluzzjonijiet li qed jigu proposti wara t-tragedja ta’ Arezzo juru li s’issa ma nbidel xejn u qed nisimghu l-istess affarijiet li smajna mitt darba ohra u li, jew qatt ma gew implimentati, jew ma hadmux. Ezempju ta’ dan humu l-mizuri li suppost kienu gew introdotti biex il-grawnds ikunu aktar “safe” izda l-grawnd ta’ Atalanta zgur li ma jilhaqx dawn in-normi u safrattant qed jintlagahb il-loghob tas-Serie A go fih.

Wara laqgha mal-Presidenti Gianni Petrucci (CONI), Giancarlo Abete (FIGC) u Antonio Matarrese (Lega) il-Ministru Giovanna Melandri qalet li l-futbol Taljan ghandu jaghti sinjal f’sahhtu u sinifikattiv u pproponiet li l-kampjonat jieqaf ghal tul ta’ zmien. Fil-fatt il-kampjonat se jieqaf biss fi tmiem il-gimgha li gej meta m’hemmx loghob tas-Serie A. Ittiehdet ukoll decizjoni li jitwaqqaf is-sapport “away” fil-waqt li l-kurvi tal-ultras tal-grawnds ta’ Atalanta w Taranto jistghu ikunu maghluqa ghall-pubbliku. Hemm ukoll is-suggeriment li persuna tkun tista’ tixtri biljett wiehed biss u l-biljetti jkunu ghal-bejgh mill-provincja tal-klabb li jkun se jilghab f’daru.

Il-kowc tat-tim nazzjonali Taljan Roberto Donadoni qal li kieku jkun cert li l-waqfien tal-kampjonat isolvi l-problema tal-vjolenza ikun l-ewwel wiehed li jappoggja dan il-waqfien anki ghal tlett xhur. Izda, jistaqsi Donadoni, din is-soluzzjoni se tfejjaq il-marda? Ir-risposta hija le.

L-awtoritajiet qed iharsu lejn din il-problema bhala wahda marbuta mal-futbol biss. Qed jarawha bhala problema li tirrizultha minn irjus shan waqt loghoba futbol u qed jahsbu li jekk iwaqqfu l-futbol u ma jhallux gruppi ta’ ultras jivvjaggaw b’mod ufficcjali se jsolvu l-problema u kollox se jikkalma. Il-problema hija hafna aktar profonda minn hekk. Ghall-ultras vjolenti il-futbol fl-Italja qed iservi biss ta’ skuza buex tohrog fil-berah vjolenza li gejja minhabba ragunijiet ohra. Il-football huwa biss il-palk fejn jigi espost dak li jkun ilu jinhema fi strati ohra tas-socjeta.

Bil-waqfien tal-kampjonat dawk li jridu juzaw il-loghoba biex jaghmlu l-vjolenza u jiggieldu kontra s-sistema mhux se jsiru angli u se jkomplu jiffermnentaw l-ideat taghhom biex jergghu jisplodu hekk kif jerga’ jitfacca c-cans. It-twaqqif tal-bejgh ufficcjali ta’ biljetti lill-partitarji “away” iservi biss biex dawk li jridu joholqu l-inkwiet jispiccaw jew f’nofs il-partitarji opposti jew inkella fit-toroq tal-belt li tkun qed tospita l-loghoba. Minkejja kull mizura li tista’ tittiehed, il-biljetti xorta jistghu jigu akkwistati. Dawn in-nies ghandhom kuntatti kbar fil-waqt li bejn sezzjonijiet ta’ ultras ta’ certu klabbs hemm gemellaggi li jwasslu liz-zewg fazzjonijiet biex jghinu lil xulxin meta jkunu ffaccjati mir-regoli tas-sistema.

L-ultras vjolenti fl-Italja huma organizzati bhal partiti politici w uhud minn dawn il-gruppi ghandhom l-ufficcji taghhom, stazzjonijiet tar-radju, gurnali, perjodici, kumpaniji tat-trasport u, fuq kollox, hafna sahha fil-klabbs. F’certi kazi jkunu huma stess inkarigati mill-bejgh tal-biljetti. Ezempju tas-sahha tal-ultras deher fl-incidenti ta’ Bergamo. Hawnhekk l-ultras ta’ Atalanta litteralment iddecidew li jwaqqfu l-loghoba li huwa incident simili ghal dak li kien gara fid-derbi bejn Roma w Lazio fejn il-kapijiet tal-ultras ta’ Roma nizlu jkellmu lil-kaptin Francesco Totti u ddecidew li jwaqqfu l-loghoba. F’loghoba ohra ta’ tmiem il-gimgha rajna ultras ta’ klabb jinzlu fit-trekk b’dawk inkarigati mill-grawnd jifthulhom il-bibien biex jidhlu jitkellmu mal-ultras opposti biex jiddeciedu kif se jipprotestaw.

Kif dawn in-nies jithallew iduru mal-grawnd u jiftehemu dwar xi vjolenza se juzaw huwa nkredibbli. Kif il-kameras jigbdu “close-ups” tal-ultras waqt li jkunu qed joholqu l-inkwiet u l-istess nies jithallew jidhlu l-grawnd Hadd wara Hadd ihallik skantat. Kif ma kien hemm ebda forzi ta’ sigurta biex iwaqqfu dak li kien ghaddek fil-kurva ta’ Atalanta u kif dawn in-nies dahhlu oggetti li bihom bdew ikissru l-hgieg jikxef hafna min-nuqqasijiet li jezistu fil-grawnds Taljani.

Il-konnessjonijiet ta’ certu gruppi tal-ultras mal-klabb taghhom stess hija l-ewwel haga li ghandha tigi nvestigata u mwaqqfa mill-aktar fis possibbli. Hafna mill-klabbs huma prigunieri tat-theddid tal-ultras. Jekk dawn ma jinghatawx li jridu bhal kontroll assolut ta’ dak li jigri fil-kurva, kontroll ta’ min jidhol u min johrog u trasport b’xejn ghal-loghobiet away, huma jehduha kontra l-klabb taghhom stess

L-ultras fl-Italja huma movimenti socjali u politici. Il-vjolenza hija parti mill-kultura tal-ultras li juzaw il-futbol biex iwasslu messagg politiku, razzista u juru l-oppozizzjoni taghhom lejn is-sistema permezz ta’ vjolenza kontra l-pulizija. Hafna mill-gruppi ghandhom gheruq faxxisti jew lemini estremi. Dawn il-karretteristici jwasslu ghall-konfronti li naraw Hadd wara Hadd u dak li wassal biex il-futbol Taljan isir prigunier tal-vjolenza.

Il-glieda tal-awtoritajiet ghandha tkun kontra dawn in-nies u mhux kontra l-loghoba u kontra s-sapporter genwin. L-awtoritajiet ghandhom jaghmlu minn kollox biex ibieghdu lil dawn in-nies mill-grawnds u mhux iwaqqfu l-loghob minghajr ma jattakkaw is-sors tal-problema. Biljetti numerati u li jinxtraw biss permezz tal-“Membership Card” jistghu iwasslu lejn filtru ta’ min jidhol il-grawnd. Barra minn hekk, biljett numerat jaghmilha difficli biex certu gruppi jkunu jistghu joqoghdu hdejn xulxin fil-grawnd. L-arrest u s-sospensjoni permanenti minn kull grawnd ghal min ikun involut f’xi tip ta’ vjolenza jservi ta’ deterrent. Sigurta u kontroll akbar mal-entraturi tal-grawnds taghmel il-futbol aktar sikur. Fuq kollox, l-awtoritajiet u l-klabbs m’ghandhomx jibqghu jaghlqu ghajnejhom ghas-sahha li ghandhom l-ultras li f’hafna okkazjoinijiet jidhru ‘il fuq mil-ligi.

Min-naha l-ohra il-pulizija Taljan ghandha tistudja ahjar kief ghandha tintervjeni f’incidenti kemm fil-grawnd u kemm barra l-grawnd. Pulizija jispara u jigri b’pistola f’idejh lejn partitarji li qed jaggieldu mhux l-ahjar mod biex tikkalma s-sitwazzjoini u tevita li din issir aktar gravi. Dan qabel mieghu il-President tal-Kamra tar-Rapprezentanti Fausto Bertinotti li qal li fil-waqt li jemmen li, “…l-bicca l-kbira tal-membri tal-forzi tal-ordni huma karatterizzati minn kultura demokratika, meta jigri l-kuntrarju hemm bzonn li ssir xi haga”. Huwa kompla li l-uzu ta’ arma tan-nar fl-incident ta’ Arezzo huwa inkomprensibbli.

L-Ingilterra ghaddiet mill-infern tal-vjolenza fil-futbol izda llum harget mill-problema u kulhadd jista’ jmur jara loghoba futbol bil-familja fis-serhan tal-mohh. Dan ma jfissirx li l-partitarji fl-Ingilterra huma angli. Altru minn hekk. L-element vjolenti ghadu jezisti bhal f’kull pajjiz iehor izda l-awtoritajiet tal-futbol u dawk governattivi poggew bil-qieghda flimkien u zviluppaw mizuri biex dawn in-nies jinqatghu mill-grawnds u madwarhom. Dan ma jfissirx li ma jkunx hemm incidenti barra l-grawnds izda l-mod kif tintervjeni l-pulizija jkun ferm differenti u l-incidenti qatt ma jizviluppaw f’battalja bejn l’hekk imsejjha partitarji u l-forzi tal-ordni.

Dan kollu l-awtoritajiet Taljani jafuh. Kemm ‘il darba ddikkjaraw li se jsegwu l-mudell Ingliz biex isolvu l-problema. Is-soluzzjonijiet imsemmija f’dan l-artiklu jafuhom ukoll ghax kienu huma stess li hargu bihom wara t-tragedja ta’ Frar li ghadda. Izda minn dakinhar ‘il hawn ma nbidel xejn. Sehhet tragedja ohra u qed nisimghu l-istess diskorsi dwar waqfien ta’ loghob u ta’ vjaggar ta’ partitarji bejn belt u ohra. Dawn huma soluzzjonijiet biss tal-faccata. Dawn il-proposti ma jidhlux fil-fond tal-problema u jistghu iwasslu biss ghall-habi temporanju tal-vjolenza. Biz-zmien din terga’ tfegg u l-probabilta hi li nergghu nisimghu l-istess retorika u l-istess proposti li s’issa ma wasslu ghall-ebda soluzzjoni.

No comments: