Thursday, May 1, 2008

Sven Goran Eriksson u Manchester City


Dan l-artiklu ta' Mark Mizzi gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 1 ta' Mejju 2008

Dan l-istagun ghadu ma ntemmx izda l-futur tal-maniger ta’ Manchester City Sven Goran Eriksson diga jinsab fid-dubju. Sid il-klabb Thaksin Shinawatra iddikjara li mhux kuntent bil-prestazzjonijiet tat-tim fit-tieni parti tal-istagun u rrifjuta li jiggarantixxi li l-istagun li gej Eriksson se jkun ghadu maniger fis-City of Manchester Stadium.

Imsahha mill-miljuni ta’ Shinawatra Manchester City kellhom bidu verament tajjeb dan l-istagun u f’Awissu kienu wkoll fl-ewwel post tal-klassifika. It-tim ta’ Eriksson ma rnexxielux izomm dan ir-ritmu u, apparti l-eliminazzjoni miz-zewg tazzi domestici, spiccaw iharsu li jispiccaw il-kampjonat f’nofs il-klassifika minflok jiggieldu mal-aqwa klabbs tal-Premiership ghall-ewwel postijiet.

Shinawatra cahad spekulazzjoni li hu qed jippjana li jahtar lil Luis Felipe Scolari minflok Eriksson izda dwar Eriksson ma kkonferma xejn u qal li l-pozizzjoni tal-maniger u affarijiet ohra li ghandhom x’jaqsmu mat-tim se jigu riveduti fi tmiem l-istagun. Dak li kkonferma Shinawatra kien li se jerga’ jkun hemm turn-over qawwija ta’ plejers. L-ex Prim Ministru tat-Tajlandja qal li Manchester City ghandhom xi plejers tajbin izda ghandhom bzonn aktar. Huwa kompla li t-tim ghandu bzonn aktar difensuri u midfielders, “...specjalment midfielders”.

Din l-analizi ta’ Shinawatra hija wahda zbaljata u jekk il-kampanja akkwisti tas-City se tkun ibbazata fuq dak li qal sid il-klabb il-problemi mhux se jissolvew. Huwa car li l-akbar problema ta’ Manchester City dan l-istagun kienet fl-attakk fejn in-nuqqas ta’ attakkant prolifiku seta’ kien id-differenza bejn pozizzjoni f’nofs il-klassifika u post fl-Ewropa.

L-istatistika titkellem wahedha. Sa qabel il-loghoba tal-Premiership kontra Portsmouth l-ebda plejer ta’ Manchester City ma kien skorja aktar minn seba’ gowls. Il-plejer bl-ahjar total ta’ xuttijiet ghal-lasta u xuttijet totali ma kienx attakkant izda l-winger internazzjonali Bulgaru Martin Petrov.

Minkejja dan, dan l-istagun ghandu jitqies bhala success fis-sens li kien progress fuq dak li ghadda. Shinawatra pero jara l-affarijiet differenti u jemmen li l-investiment li ghamel fil-klabb kellu jhalli rendiment akbar. Shinawatra qed juri atteggjament komuni ghald dawk li jixtru klabbs minghajr ma jkunu kapaci jifhmu il-kultura tal-loghoba u kif jahdem il-futbol. Min huwa qrib il-loghoba jaf li l-miljuni m’humiex bizzejjed u tim bi plejers u maniger godda ghandu jinghata z-zmien biex jibda jipproduci dak li jkun mistenni minnu. Il-plejers iridu jidraw l-ambjent tal-futbol Ingliz, is-sistemi tal-kowc u anki lil xulxin. Dam ma jigrix fi ftit gimghat jew xhur u jrid jghaddi z-zmien biex it-tim jibda jiffunzjona skond il-pjani tal-maniger.

Turnovers kbar ta’ plejers kull stagun ukoll ma jghinux biex it-tim irendi u l-element ta’ konsistenza huwa mportanti biex it-tim jizviluppa u jaghti l-ahjar tieghu. Dan il-kuncett ukoll jidher li huwa aljen ghal Shinawatra u qed jinsisti li ghandu jkun hemm influss ta’ plejers godda fil-waqt li jitilqu ohrajn.

Il-partitarji ta’ Manchester City ma jahsbuhiex bhal Shinawatra u f’Eriksson jaraw maniger li jekk jinghata z-zmien u jithalla jahdem jista’ jgib sens ta’ sabilita fil-klabb. L-istabilita hija l-pedament li fuqu jrid jinbena s-success. Is-success ma jigix jekk il-klabb jibdel il-manigers u numru sostanzjali ta’ plejers sikwit u Eriksson ghandu jithalla jibni tim skond il-vizjoni tieghu.

Eriksson huwa l-ewwel maniger tas-City li rebah f’Old Trafford mill-1974 ‘il hawn u l-ewwel wiehed li wassal it-tim ghal double fuq ir-rivali tal-belt ta’ Manchester fi kwazi erbghin sena. Fuq dan il-fatturi biss Eriksson huwa idolizzat minn hafna partitarji ta’ Manchester City u l-popolarita tieghu hija element li Shinawatra m’ghandux jinjora.

Eriksson huwa konxju minn dan is-sapport u hu forsi ghalhekk li minkejja l-ispekulazzjoni dwaru qed jidher rilassat u kalm. Fis-sitwazzjoni prezenti hemm hafna elementi favorih. Minbarra s-sapport tal-partitarji huwa rega kiseb il-kunfidenza fih innfisu u ghandu c-certezza li jekk jitnehha ma jdumx ma jsib klabb iehor fejn jahdem. Dak li jird jifhem Shinawatra hu li Manchester City ghandhom bzonn Eriksson aktar milli Eriksson ghandu bzonn lil Manchester City.


Kif diga ghidna Shinawatra haseb li bil-flus li nefaq kien se jikseb success immedjat izda l-partitarji tas-City jirrealizzaw li minkejja l-flus minfuqa kien hemm pozizzjonijiet fit-tim li baqghu problema.

L-analizi dwar Eriksson ghandha tibda minn x’wiret. L-istagun ta’ qabel ha t-tim f’idejh l-ahjar plejers ta’ Manchester City kienu Joey Barton, Sylvain Distin, Richard Dunne u Micah Richards bl-ewwel tnejn jitilqu qabel wasal l-ex kowc tat-tim nazzjonali Ngliz.

Dunne u Richards saru l-kolonni li beda jibni t-tim madwarhom Eriksson u maghhom eleva mill-akkademja lil-gowlkiper Joe Hart u lil Michael Johnson. Eriksson nefaq hamsin miljun lira terlina fis-suq tat-trasferimenti izda ghal Shinawatra u anki xi kritici ta’ Eriksson dawn ma ntefqux tajjeb. Hawnhekk wiehed irid izomm f’mohhu z-zmien qasir li kellu Eriksson biex jopera fis-suq tat-trasferimenti. Meta jigi kkunsidrat dan tinbidel l-istampa kollha u Eriksson ghandu jigi ammirat ghall-akkwisti li rnexxielu jaghmel u l-mod kif irnexxielu jghqqadhom.

Elano, minkejja li fit-tieni parti tal-istagun batta xi ftit forsi minhabba l-pozizzjoni li qed jilghab fiha, huwa wiehed mill-aqwa plejers li hemm fil-Premiership u meta jidra r-ritmu u l-ammont ta ‘loghobiet li jintlagahbu fl-Ingilterra ir-rendiment tieghu se jkun ahjar. Elano kien dominanti fl-ewwel xahrejn tal-kampjonat fil-waqt li akkwist iehor ta’ Eriksson, Martin Petrov, huwa wiehed mill-aqwa wingers li hemm fil-Premiership.

It-trrasferimenti mhux kollha rnexxew. Izda kif ghidna wiehed irid jiftakar li Eriksson ma kellux hafna zmein biex jara x’ghandhom bzonn Manchester City u jistudja l-possibilitajiet li kien hemm fis-suq. Id-dipartiment li ma rnexxiex huwa l-attakk u Rolando Bianchi kien fjask fil-futbol Ingliz. Il-gudizzju fuq Benjani, Caciedo u Bojinov, li jinsab imnwegga’, ghadu kmieni wisq biex isir u l-istagun li gej inkunu nafu ahjar x’ra Eriksson f’dawn il-plejers meta ddecieda li jakkwistahom.

Dak li ghandu jigi evalwat mhumiex id-decizjonijiet u l-kapacita ta’ Eriksson izda l-operat u l-imgieba ta’ Shinawatra. Il-“Human Rights Watch” sejjhet lil Shinawtra bhala bniedem li abbuza bid-drittijiet tal-bniedem bl-aghar mod possibbli izda minkajja dan Shinawatra intlaqa’ fl-Ingilterra bhala xi eroj li se jsalva l-klabb ta’ Manchester City. Fit-Tajlandja huwa kien akkuzat ukoll bi frodi u, fil-waqt li mhux se nidhol fil-mertu ta’ jekk dawn l-akkuzi humex fondati jew le, wehed jibqa’ skantat kif fl-Ingilterra ghad m’hemmx mekkanizmu li janalizza s-sors finanzjarju ta’ persuni bhal Shinawtra li jigu fil-pajjiz u jixtru klabb meqjus bhala istituzzjoni b’finanazi li hadd ma ndaga jekk humiex nodfa jew le.


Shinawatra ghadu kif imbarka fuq progett iehor li m’hu xejn ghjar tentattiv miskalkulat biex jikseb il-popolarita mal-partitarji. Huwa beda negozjati biex jakkwista l-fantatsasta Braziljan ta’ Barcelona Ronaldinho. Li Ronaldinho aktarx jitlaq lil Barcelona huwa sigriet maghruf izda li dan se jaghzel lil Manchester City minflok klabbs ohra kbar li qed jigru wara l-firma tieghu ghandha element ta’ fantasija. Fil-futbol kollox huwa possibbli izda jkun ferm ahjar ghal Shinawatra li jhalli lil Eriksson jahdem fis-suq tat-trasferimenti fejn jista’ jimmira ghal miri aktar prattici u possibbli. Eriksson irid ikompli jakkwista plejers li bil-mod –il mod jibdew it-triq biex jistabilixxu lil Manchester City ma’ ta’ fuq fejn eventwalment jibda jsir possibbli li dan il-klabb jattira plejers tal-kalibru ta’ Ronaldinho.

Shinawatra jaghti l-impressjoni li jahseb li huwa facli li jpoggi lil Manchester City mal-ewwel erbgha’ u jkun bizzejjed li jixrtri plejers ta’ certu profil u isem biex jaghmel dan. Klabbs ohra ilhom snin twal jippruvaw jidhlu fic-cirku tal-ewwel erbgha minghar ma rnexxielhom. Li shinawatra jippretendi li jaghmel dan fl-ewwel stagun jew tnejn mhi xejn ghar pruzunzjoni jew nuqqas ta’ gharfien dwar il-loghoba u l-Premiership b’mod partikolari.

Huwa ovvju wkoll li Shinawatra qed juza lil Manchester City bhala ghodda biex jirbah il-popolarita, specjalment dik politikla f’pajjizu. Fost dawn l-attentati kien hemm mil-messaggi ta awguri li deheru fuq il-big screen fis-City of Manchester Stadium fl-okkazjoni ta’ gheluq snin ir-re tat-Tajlandja. Kien hemm ukoll il-mawra sfurzata ta’ Kasper Schmeichel u Kelvin Etuhu fit-Tajlandja f’nofs l-istagun u l-attentat ta’ Shinawatra biex jimponi tlett plejers Tajlandizi fl-iskwadra ta’ Eriksson.

Shinawatra jista’ jahseb li huma l-miljuni li jgibu s-success. Jista’ jkun li l-idea tieghu hi li s-success jasal minkejja l-kowc u mhux grazzi ghax-xoghol tal-kowc. Min jifhem il-loghoba ma jahsibhiex hekk. Dan l-istagun diga huwa progress ghal Manchester City u l-arkitett ta’ dan is-success relattiv m’huwa hadd hlief Sven Goran Eriksson. Grazzi ghax-xoghol tieghu f’Manchester id-dinja tal-futbol qed terga’ tintebah bil-kapacitajiet ta’ dan il-maniger fuq livell ta’ klabb. Shinawatra mhux jinduna b’dan u ma tkunx sorpriza li fis-Sajf li gej jiddeciedi li jerga’ jibda mill-gdid u Manchester City jitilfu l-pedamenti li rnexxilehom jibnu dan l-istagun.