Thursday, August 21, 2008

Ruma titlef lil Sensi

“Awguri President, qalbna qieghda mieghek f’dan il-mument difficli. Ninsabu vicin tieghek. L-ewwel Sensi imbaghad ir-Roma”.

Hekk kien jghid wiehed mill-eluf kbar ta’ messaggi mibghuta lill-President ta’ Roma Franco Sensi f’eghluq sninu fid-29 ta’ Lulju li ghadda. Sensi kien lahaq it-82 sena izda sahhtu xejn ma kienet tajba. Il-Hadd li ghadda, fl-isptar Gemelli ta’ Ruma, il-patron ta’ Roma ghadda ghall-hajja ta’ dejjem u l-futbol Taljan tilef wahda mill-ikoni tieghu.

B’differenza minn pajjizi ohra, fl-Italja il-bicca l-kbira tal-klabbs huma marbutin ma’ familji partikolari. Ghal uhud l-istorja tant hija kbira li l-isem tal-familja sar sinonimu mal-klabb u kwazi kwazi huwa difficli taqta’ linja fejn tispicca l-familja u fejn jibda l-klabb.

Hekk matul is-snin, fost l-ohrajn, il-familja Agnelli saret sinonima ma’ Juventus, il-familja Moratti saret tfisser Inter u l-kunjom Berlusconi igib quddiem ghajnejna ‘il klabb ta’ Milan. F’Ruma l-familja Sensi tfisser AS Roma. F’belt fejn il-kultura aktar vibranti u passjonali tas-sud twassal ghal affinita u lealta akbar, Franco Sensi u l-familja tieghu dahlu fil-qalb ta’ kull Ruman li l-hajja tieghu tibda w tispicca mat-tim ta’ Roma.

Il-hajja ta’ Franco Sensi hija marbuta mal-klabb ta’ Roma. Huwa twieled fid-29 ta’ Lulju 1926 u meta kien ghad kellu biss ftit xhur missieru, li huwa personalita ohra marbuta ma’ Roma, fornixxa xi materjal lill-klabb tal-kapitali biex jinbena l-famuz Campo Testaccio.

Propju missier Franco, Silvio Sensi, jixhed ir-rabta unika li hemm bejn din il-familja u l-klabb ta’ Roma ghax hu kien wiehed minn dawk li waqqfu l-klabb permezz tal-amalgamazzjoni tal-klabbs Alba Audace, Fortitudo Pro Roma u Roman.

Minn hemm ‘il quddiem l-istorja ta’ Sensi u dik ta’ Roma bdiet tevolvi bil-mod biex issir storja wahda. Ta’ 28 sena Franco Sensi dahal fil-klabb ta’ Roma bhala kunsillier u ta’ 35 sena sar dirigent fejn okkupa l-kariga ta’ Vici-President fi zmien il-President Anacleto Gianni. F’dawk is-snin Roma rebhu t-Tazza tal-Fieri li huwa l-uniku unur Ewropew mirbuh minn Roma.

Eventwalment kien hemm perjodu ta’ bruda bejn Sensi u l-klabb ta’ Roma izda r-rabta u l-imhabba lejn it-tim ma naqset qatt b’Sensi jibqa’ abbonat fit-Tribuna d’Onore sabiex jibqa’ jsegwi l-benjamini tieghu.

Din l-imhabba lejn it-tim ta’ Roma wasslitu biex f’Mejju tal-1993 dahal ghat-tmexxija tal-klabb flimkien ma’ Pietro Mezzaroma li halla r-riedni f’Novembru tal-istess sena biex Sensi baqa’ jmexxi wahdu. Minn hemm bdiet l-istorja li hija aktar friska fil-memorji taghna. Taht it-tmexxija tieghu Roma rebhu t-tielet kampjonat fl-2000-01, zewg Super Cups Taljani li waslu fl-2001 u l-2007 u l-Coppa Italia fl-istaguni 2006-07 u 2007-08. Barra minn dawn l-unuri, taht it-tmexxija ta’ Sensi u l-familja tieghu, Roma saru jilghabu futbol li jpaxxi l-ghajn u ghal numru ta’ staguni gew deskritti bhala l-aktar tim attraenti fl-Italja.

Fuq kollox Sensi sar l-aktar President li gab success fil-klabb tal-kapitali Taljana u mhux ta’ b’xejn huwa meqjus bhala l-aktar President mahbub mill-partitarji giallorossi.

Ir-rispett li kien igawdi Franco Sensi u l-gharfien u rikonoxximent ghal dak li ghamel ghal Roma ma nistax niddeskrivieh bi kliemi. Biex verament thoss u tifhem x’kien ifisser Sensi ghal Roma u l-futbol Taljan in generali trid tkun taf il-bniedem mill-qrib, ghixt qrib tieghu u hassejt b’idejk ix-xoghol li ghamel biex minn klabb riesaq lejn falliment taht il-gestjoni ta’ Giuseppe Ciarrapico gab il-klabb ta’ Roma fejn hu illum.

Ghalhekk, biex nifhmu aktar din l-imhabba unika bejn dak li issa se jkun qed isegwi lil benjamini tieghu mill-post tal-mistrieh ta’ dejjem u Roma se nhalli f’idejn personaggi mportanti li jafu lil Sensi mill-vicin u li kollha hassew ir-rimors ta’ din it-telfa.

Il-bandiera l-ohra ta’ Roma, il-captain Francesco Totti, qal li t-telfa ta’ Sensi tnissel ugiegh ta’ qalb kbir ghax mhux biss intilfet personalita b’importanza enormi fl-istorja tal-klabb, izda wkoll ghax il-futol Taljan tilef bniedem ippassjonat u “veru”. Totti qal li hu jibqa’ jiftakar kull gurnata li ghadda ma’ Sensi izda l-aktar mument li se jibqa’ f’mohhu hu il-ferh li hass Sensi waqt ic-celebrazzjoni tal-kampjonat f’Circo Massimo.

Il-Presdent tal-Federcalcio Giancarlo Abete qal li t-telfa ta’ Sensi ma tfissirx biss telfa ta’ dirigent izda wkoll ta’ bniedem genwin. Abete qal li Sensi iddedika hajjtu ghal Roma u ghad-dinja tal-futbol b’passjoni u dedikazzjoni kbira. Ghal Abete Sensi mhux se jibqa’ fl-istorja biss ghas-successi li gab ma’ Roma izda ghal mod kif wasal ghalihom. Abete qal ukoll li Sensi ma kienx biss bniedem tal-ballun izda wkoll bniedem ta’ kultura kbira u imprenditur bravu li dejjem wasal fejn ried b’lealta.

Kumment helu izda li jixhed is-sahha tal-personalita ta’ Sensi ghamlu Antonio Matarrese li llum huwa l-President tal-Lega Calcio. Matarrese kien imexxi l-Federcalcio meta Sensi dahal fix-xena bhala President ta’ Roma u huwa jghid li mill-ewwel induna li fil-futbol Taljan ma kienx dahal “President” izda “il-President”.

Matarrese qal li hu kien iltaqa’ ma’ Sensi ftit wara li dan sar President ta’ Roma u mill-ewwel induna li fic-crieki tal-futbol professjonali Taljan kien dahal bniedem f’sahhtu. Matarrese qal li Sensi dejjem iggieled biex is-Socjeta tieghu tikseb ir-rispett li kien jisthoqqilha u kien jarah dritt sagrosant li Roma jkunu meqjusa u rispettati bhal klabbs il-kbar l-ohra. Sensi qatt ma qaghad lura iex jiggieled ghal Roma u matul il-glieda tieghu huwa rebah u tilef battalji izda l-gwerra rebaha ghax illum Roma jinsabu fl-oghla livelli tal-futbol Taljan.

Il-president tal-CONI Gianni Petrucci iddeskriva lil Sensi bhala dirigent serju u preparat. Petrucci qal li Sensi wera kapacita kbira biex holoq il-bilanc bejn l-interess tat-tim u l-pozizzjoni finanzjarja tal-klabb u rnexxielu jdawwar lil Roma f’realta tal-futbol Ewropew.

Ma dawn il-kummenti zdiedu dawk tal-kowc tat-tim nazzjonali Taljan Marcello Lippi li ddeskriva lil Sensi bhala president li dejjem iggieled ghal Roma izda mexxa l-battalji tieghu b’mod leali u minghajr pregudizzji. Lippi qal li huwa cempel lill-familja Sensi biex jesprimi d-dispjacir tieghu u f’din it-telefonata hu ha gost li kellu l-opportunita jenfasizza l-umanita ta’ Franco Sensi. Lippi qal ukoll li huwa mertu kbir ta’ Sensi li rnexxielu jwassal fil-gholi lil Roma kemm fl-Italja u kemm fl-Ewropa.

Kummenti kommoventi kienu ta l-eks kowc ta’ Roma Carlo Mazzone. M’hu l-ebda sigriet li Mazzone ghandu lit-tim ta’ Roma f’qalbu u ghalhekk huwa jikkonferma li ma jistax ma jibqax ihobb ghal dejjem lill-bniedem li tah ic-cans jikkowcja lit-tim favorit tieghu.

Mazzone dam tlett snin imexxi lil Roma u jghid li, ghalkemm fl-ewwel sena mhux kollox kien sejjer sew, qatt ma hass li kien hemm konfront mad-dirigenza. Anzi, jkompli Mazzone, dejjem kien hemm stima u fiducja fih mid-dirigenza Romanista. Mazzone jfahhar lil Sensi ghal mod kif dan organizza s-successjoni tieghu stess biex bil-mod ‘il mod halla t-tmexxija tal-klabb Ruman f’idejn bintu Rosella.

Mazzone jghid li ghandu rikordji sbieh li jorbtuh ma’ Sensi u dawn mhux gejjin biss mit-tlett snin li ghamel ma’ Roma. Ir-rabtiet ta’ Mazzone mal-familja Sensi baqghu f’sahhithom anki wara l-avventura ta’ dan il-kowc fi Trigoria. Fil-fatt Mazzone jikkonferma li kien jaf bil-problemi ta’ mard li kien ghaddej minnhom Sensi u qal li dan, ghalkemm sofra hafna, il-moral tieghu baqa’ f’sahhtu sal-ahhar.

Ma setax jonqos li jitkellem ukoll il-President ta’ Lazio Claudio Lotito. Lazio u Roma u Sensi u Lotito huma rivali fil-grawnd izda t-tnejn li huma dejjem irrispettaw ‘il xulxin u gharfu l-importanza tax-xoghol li kienu qed iwettqu fiz-zewg klabbs kbar ta’ Ruma.

Ghal Lotito, it-telfa ta’ Sensi ma tolqotx biss lil Roma izda wkoll id-dinja tal-futbol nazzjonali u internazzjonali. Lotito qal li Sensi ghamel 15 –il sena shah jiggieled biex jaghmel il-principji sportivi kuncett awtentiku u ewlieni fis-sistema tal-futbol Taljan. Huwa ghamel dan b’semplicita, umanita u kapacita professjonali fejn involva wkoll il-familja kollha tieghu.

Il-kap tal-Istat Taljan Giorgio Napolitano ukoll tkellem dwar it-telfa ta’ Sensi u qal li dan il-bniedem gharaf izewweg il-kapacita imprenditorjali tieghu mal-imhabba lejn l-isport biex ghamel lil Roma dak li huma llum. Napolitano qal li taht it-tmexxija tieghu Roma lahqu livelli gholjin hafna u t-tmexxija ta’ Sensi stigat aktar sapport u kabbret il-popolarita ta’ Roma.

Dawn l-elogji m’humiex klixejiet li jsiru kull meta xi hadd ihalli din id-dinja. Huma kummenti ta’ nies li jafu x’ghamel Sensi ghal Roma u kemm kien importanti biex il-klabb ta’ Roma jibda jgawdi l-profil gholi li qed igawdi llum. Izda fuq kollox dawn il-kummenti huma tieqa zghira fuq kif, jew ahjar minn min, ghandu jitmexxa klabb.

Klabb immexxi minn familja b’passjoni ghat-tim u b’imhabba vera huwa klabb bir-ruh. Klabb immexxi minn partitarju ta’ veru huwa klabb b’karattru u klabb li jiggenera l-passjoni. L-ezempju ta’ Sensi u ta’ personalitajiet ohra bhalu fl-Italja ghandu jitfa’ dawl fuq is-sabih tal-futbol u l-perikli li jidhlu fihom klabbs ohra li jintelqu f’idejn imprendituri minn barra l-pajjiz li ma jkollhom ebda rabta w affinita mal-klabb.

J’Alla l-memorja ta’ Franco Sensi ma titlaq qatt mid-dinja tal-futbol u tibqa’ tfakkarna fl-imhabba u r-rabta li darba kienet tezisti bejn sidien u klabb. Sfortunatament dan l-element qed jonqos u llum ir-ruh tal-klabb sar ghandha prezz.
Mark Mizzi (L-Orizzont, il-Hamis 21 t'Awwissu 2008)