Thursday, March 27, 2008

Rispett lejn ir-Referees

Dan l-artiklu miktub minn Mark Mizzi gie pubblikat f' L-Orizziont tal-Hamis 27 ta' Marzu 2008

L-appell ghar-rispett lejn ir-referis kien f’sahhtu aktar mis-soltu fl-ahhar granet fl-Ingilterra. Dan wara dak li gara fil-loghoba tal-kampjonat bejn Tottenham u Chelsea nhar l-Erbgha tal-gimgha l-ohra. Il-kontroversja qamet wara d-dahla kerha tal-plejer ta’ Chelsea Ashley Cole fuq Alan Hutton ta’ Tottenham. Id-dahla kienet wahda li timmerita karta hamra izda r-referi Mike Riley ghazel li jammonixxi lil Cole.

Ir-reazzjoni ta’ Cole kienet wahda arroganti u xejn ezemplari. Wara li flimkien ma’ plejers ohra pprotesta b’mod vociferu mar-referi, huwa dawwar wiccu u ta daharu lill-istess ufficcjal tal-loghoba meta dan tal-ahhar kien qed jipprova jkellmu u fl-istess hin inizzel id-dettalji tal-karta s-safra. Jekk Riley zbalja meta ma kecciex lil Cole minhabba d-dahla fuq Hutton, l-izball kien akbar meta ma kkastigax l-atteggjament xejn sportiv u arroganti tal-plejer fil-konfront tieghu.

L-atteggjament ta’ Cole fil-konfront tar-referi gab il-kundanna minn hafna oqsma u l-ex kowc tat-tim nazzjonali Ngliz Sir Bobby Robson appella biex Cole jithalla barra mit-tim nazzjonali li l-bierah laghab loghoba ta’ hbiberija kontra Franza. Robson qal li plejers bhal Cole iservu ta’ ezempju ghal miljuni ta’ tfal u dawn ma jistghux jitilghu bil-mentalita li l-imgieba tal-internazzjonali Ngliz huwa normali u accettat.

Dak li gara fid-derbi ta’ Londra kellu riperkussjonijiet fuq il-loghoba ferm mistennija bejn Manchester United u Liverpool fi tmiem il-gimgha. F’din il-loghoba Liverpool spiccaw b’ghaxar plejers meta l-Argentin taghhom Javier Mascherano intwera t-tieni karta safra ghal protesti kontinwi mar-referi Steve Bennet. S’issa ghadu mhux car x’qal Mascherano fil-konfront tar-referi. Li hu zgur hu li l-atteggjament tieghu ma kienx aggressiv jew arroganti daqs dak ta’ Cole.

Jidher li Steve Bennet, li kien ir-raba ufficcjal fil-loghoba bejn Tottenham u Chelsea, kien affetwat mill-furur li qam dwar il-kaz ta’ Cole u l-appell qawwi ghal aktar rispett lejn l-ufficcjali tal-loghoba. Bennett iddecieda li Mascherano naqas li juri r-rispett dovut u ddecieda li jpatti ghal dak li gara fil-loghoba bejn Tottenham u Chelsea u jaghti ezempju bih billi jurih it-tieni karta safra.

Huwa fatt li Mascherano qatt ma kellu ghalfejn jersaq jipprotesta mar-referi, specjalment meta ga kellu karta safra. Madanakollu r-referi ghaggel xi ftit u holoq ukoll precedent perikoluz fl-istess loghoba. Jekk kull referi johrog il-karta s-safra ghal kull plejer li jipprotesta jkun difficli hafna li naraw loghob li jispicca bi hdax –il plejer kull naha. Mascherano qal li kull ma ghamel kien li beda jistaqsi r-referi x’kien qed jigri u fl-ebda hin ma ghadda kummenti abbuzivi jew aggressivi.

Fl-istess loghoba bejn Manchester United u Liverpool kien hemm plejers ohra li pprotestaw b’mod aktar aggressiv izda dawn ma gewx ammoniti. Ir-referi ma setax jibqa’ johrog il-karti sofor ghax kien jispicca jkecci numru ta’ plejers.

Dan kollu ma jiggustifikax l-atteggjament ta’ Mascherano jew ta’ plejers ohra li jipprotestaw b’mod kontinwu mar-referi jew l-assistenti tieghu. Mascherano kien jaf li kien qed jilghab man-nar u messu kien intelligenti bizzejjed li jirrealizza li l-argumenti mar-referi kienu se jwassluh ghal docca kmieni.

Izda l-aktar fattur importanti li johrog minn dawn iz-zewg episodji kontroversjali mhux jekk in-nuqqas ta’ tkeccija ta’ Cole u t-tkeccija ta’ Mascherano kienux gustifikati jew le. L-aktar importanti hu li dawn l-episodji jwasslu biex jigu ntrodotti mizuri serji sabiex jigu protetti r-referis u ma tibqax issir pressjoni fuqhom.

Il-pressjoni fuq ir-referis ma ssehhx biss fil-grawnd izda wkoll qabel il-loghoba. Qabel il-partitissima f’Old Trafford Sir Alex Ferguson qal li hafna difensuri jkunu aggressivi z-zejjed fuq Cristiano Ronaldo u dan il-plejer ghandu jkun protett aktar. Ghal dawn il-kummenti Rafa Benitez akkuza lil Ferguson li qed jipprova jinfluenza lir-referee Bennett ghax dan huwa l-uniku referi li kecca lil Ronaldo darbtejn. Il-kontro-replika ta’ Ferguson kienet li Benitez irrisponda b’dan il-mod biex jigbed is-simpatija ta’ Bennett.

Dwar dan tkellem ic-cermen tal-FA Ingliza Lord Triesman li qal li personalitajiet f’pozizzjonijiet bhal dawk ta’ Ferguson u Benitez m’ghandhomx jiehdu din l-atitudni mar-referis. Eventwalment atitudni bhal din tittrasmetti ruhha fil-grawnd u hekk ikollna aktar incidenti bhalma sehhew fil-jiem li ghaddew.

Fil-grawnd ir-regoli li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn il-plejers u l-ufficcjali tal-loghoba ghandhom ikunu aktar cari u rigoruzi. Ma jistax ikun jibqa’ jkun hemm kazi fejn atteggjament bhal ta’ Ashley Cole ma jkunx ikkastigat u kaz bhal ta’ Mascherano jissarraf f’ammonizzjoni u eventwalment tkeccija. Iz-zewg plejers naqsu fil-konfornt tal-ufficcjali tal-loghoba izda n-nuqqas ta’ carezza fir-regoli wasslu biex l-aktar incident gravi thalla ghaddej. Min-naha l-ohra id-dnub ta’ Mascherano gie kkastigat mill-ewwel bir-rizultat li fl-istess loghoba dnubiet akbar thallew ghaddejjin. Huwa car li sakemm ma jkunx hemm regoli cari li jigu mplimentati b’mod konsistenti il-plejers se jibqghu jipprotestaw u se jibqa’ jkollna kazi kemm bhal dak ta’ Cole u kemm bhal dak ta’Mascherano.

Bis-sitwazzjoni prezenti kollox jiddependi mill-personalita tar-referi. Dan jidher fil-kuntrast bejn il-loghoba f’Manchester u dik f’Londra bejn Chelsea u Arsenal fl-istess gurnata. Fid-derbi ta’ Londra ir-referi Mark Clattenburg tkellem fit-tul mal-kaptins taz-zewg timijiet u tul il-partita il-personalita tieghu spikkat fis-sottilita soda taghha. Calttenburg ha d-decizjonijiet li kellu jiehu u tkellem meta kellu jitkellem minghajr ma pprova jkun prima donna li hija l-aghar tentazzjoni li jista’ jaqa fiha referi.

Il-kap ezekuttiv tal-Professional Footballers Association Gordon Taylor qed jappella biex jigu ntrodotti regoli stretti fejn il-plejers, apparti l-kaptin, ma jkunux jistghu javvicinaw u jkellmu lir-referis. Din tidher mizura drastika wisq izda jekk il-futbol jibqa’ sejjer kif inhu ma jkunx hemm triq ohra x’tittiehed. Ir-referis jizbaljaw u hafna drabi jkunu inkosistenti sforz in-numru ta’ regoli li l-interpretazzjoni taghhom tithalla ghad-diskrezzjoni tal-individwu. Izda l-kowcis u l-plejers iridu jerfghu ir-responsabbilta taghhom ukoll u jifhmu li b’dak li qed jaghmlu qeghdin izidu l-pressjoni fuq l-ufficcjali tal-loghoba u jaghmlulhom xogholhom aktar difficli.

Dak li jigri fl-oghla livelli tal-futbol jigri wkoll fil-livelli l-ohra ‘il boghod mill-attenzjoni tat-televizjoni u l-midja. L-istatistika fl-Ingilterra turi li kull stagun jikkwalifikaw 7,000 referi gdid izda sfortunatament l-istess numru ta’ ufficcjali jabbandunaw il-karriera kull sena. Il-bicca l-kbira jitilqu l-karriera ta’ referi minhabba l-aggressivita li jsofru minn ufficcjali tal-klabbs, plejers u partitarji. Minhabba dan kull gimgha jkun hemm madwar 6,000 minn 38,000 loghoba f’kampjonati regjonali jew taz-zghar li jkunu rreffjati minn voluntiera mhux ikkwalikfikati.

L-FA Ingliza ghadha kif habbret li se tinvesti 200 miljun lira sterlina fl-gheruq tal-futbol fil-pajjiz u erba’ miljuni minnhom se jmorru f’kampanja biex jigu rekrutati aktar referis. Dan l-investiment wahdu mhux bizzejjed. L-awtoritajiet tal-futbol ghandhom ipoggu bil-qieghda flimkien u jintroducu regoli li jinkoragixxu nies godda jiehdu din il-karriera bis-serjeta b’mohhom mistrieh li se jkunu protetti u se jithallew jahdmu minghajr pressjoni li taffetwalhom il-prestazzjonijiet taghhom.

Ktibna kemm –il darba li l-awtoritajiet koncernati jaghmlu tajjeb jekk iharsu lejn ir-rugby fejn ir-rispett lejn ir-referi jisboq bil-bosta dak li naraw fil-loghoba tal-futbol. Waqt loghoba rugby ma tara l-ebda plejer jargumenta mar-referi jew jipprova jwaqqalu l-awtorita tieghu. L-istess bhal proposta ta’ Taylor, f’dan l-isport huwa l-kaptin biss li jista’ jkellem mar-referi. Dan juri li l-proposta ta’ Taylor mhix daqshekk impossibbli li timplimenta. Forsi jkun hemm ftit tbatija sakemm tindera izda biz-zmien tidhol ukoll u ssir parti ntegrali mil-loghoba. Ladarba tithaddem tajjeb fir-rugby m’ghandhiex ma tinderax u tithaddem ukoll fil-futbol.

B’dan il-mod il-hajja ghar-referi ssir aktar facli. B’regola bhal din ma jibqax lok ghal interpretazzjoni ghax ikun car li l-kaptin biss jista’ jitkellem, jew jipprotesta b’mod kalm u ragunat mal-ufficcjali tal-loghoba. Fir-rugby hemm ukoll sistema ta’ komunikazzjoni kontinwa bejn il-plejers u r-referi fejn ir-referi jispjega kull azzjoni li jiehu u ghalfejn ikun hadha. Forsi dan il-kuncett ghandu jkun introdott ukoll fil-loghoba tal-futbol u hekk il-plejers jibdew jifhmu ahjar lill-ufficcjali. Ir-referis u l-plejers m’ghandhomx jitqiesu bhala zewg partijiet kontra xulxin izda zewg entitajiet li ghandhom jahdmu flimkien biex itejjbu l-loghoba u jwaqqfu ghal kollox in-negattivita li qed tigi generata bhalissa.

Djalogu kontinwu bejn it-tnejn ghandu jghin biex dan isehh. Din il-mizura ghandha tigi kumplimentata b’korsijiet intensivi ghal plejers dwar ir-regoli tal-loghoba u jigu ntrodotti regoli li b’xi kod jikkontrollaw ahjar il-kummenti tal-kowcis u l-managers dwar ir-referis. Sfortunatment dawn il-kummenti qed jittrasmettu ruhhom f’aggressivita mill-plejers lejn ir-referis.

L-atteggjament aggressiv u arroganti fir-rigward tar-referi ghandu jieqaf. Qed naraw wisq ezempji hziena li qed jaghmlu reklam hazin u jtebbghu il-loghoba tal-ballun. Ma tridx tkun hadt xi kors professjonali fil-qari tax-xufftejn biex taghraf il-kliem hazin, kummenti dispreggjativi u kummenti abbuzivi li jkunu ghaddejin il-hin kollu min-numru ta’ plejers fil-konfront tar-referi. Jekk ma ssirx xi haga malajr dak li jghidu dwar ir-rugby u l-futbol ma jibqax klixe izda jsir realta. Jghidu li r-rugby huwa l-loghoba tal-“hooligans” milghuba mill-gentlomi u l-futbol huwa l-loghoba tal-gentlomi milghuba mill-“hooligans”. Dan it-timbru m’ghandux jibqa’.