Thursday, January 22, 2009

CALDERON JISPICCA MINN PRESIDENT TA' REAL MADRID

CALDERON ITEMM IR-RENJU TIEGHU MA’ REAL MADRID

Nhar il-Gimgha li ghaddiet gie fi tmiemu kapitlu xejn pozittiv fl-istorja tal-klabb glorjuz ta' Real Madrid. Il-President Ramon Calderon irrezenja mill-kariga tieghu u ma nkunx qed nitbieghed hafna mill-verita jekk nghid li bir-rizenja tieghu Calderon nehha balla minn fuq l-istonku ta' dirigenti ohra ta' Real Madrid u tal-maggoranza tal-partitatrji.

Ir-ragunijiet ghal dan huma diversi. Ikun tajjeb li qabel nanalizzaw it-tmnexxija ta' Calderon fil-Bernabeu nifhmu ftit l-isfond ta' presidenza ta' klabb bhal Real Madrid u l-mod kif dan wasal ghaliha.

Kif kelli l-opportunita nghid drabi ohra il-Presidenza ta' klabb Spanjol, partikolarment il-gganti Barcelona u Real Madrid issir permezz ta' elezzjoni mis-socji. L-elezzjoni tkun preceduta minn kampanja elettorali harxa fejn il-kandidati principali jippruvaw jirbhu l-voti tas-socji permezz ta' weghdi dwar kif se jitmexxa l-klabb u, aktar importanti minn hekk, dwar ismijiet kbar li jigu akkwistati f'kaz ta rebha.

Din is-sistema twassal ghal hafna manuvri fejn il-kandidati u l-mibghuta taghhom jibdew negozjati sfrenati mal-aqwa plejers tal-Ewropa u meta toqrob l-elezzjoni arahom jiftahru li diga ghandhom kuntratt ma dak il-plejer jew mal-iehor u jweghdu li jekk jigu eletti dawn il-plejers partikolari se jilghabu ma' Real Madrid.

Dan minnu nnifsu mhux etiku. Fl-Ingilterra inqala' kjass minhabba l-fatt li Carlos Tevez kien qed jilghab ma' West Ham b'self meta kien propjeta ta' terza parti. Il-paraguni huma odjuzi izda jekk dan huwa kontra r-regolamenti, xi nghidu ghal ftehim li jkun sar bejn plejer u kandidat li sakemm ikun sar dan il-ftehim ikun ukoll meqjus parti terza u ma jkollu ebda rabta mal-klabb. Dan biex ma nsemmux il-fatt li n-negozjati u l-ftehim li jintuza bhala arma elettorali jkun sar barra miz-zmien miftuh ghat-trasferimenti.

Punt iehor li wiehed irid izomm f'mohhu hu li l-presidenza ta' Real Madrid jew Barcelona mhix bhal presidenza ta' xi kumitat jew bhal presidenza fejn klabb ikun immexxi minn bord tad-diretturi u l-presidenza tkun biss wahda cerimonjali. Il-presidenza ta' dawn iz-zewg gganti tal-futbol Ewropew tigi kontestata minn personalitajiet importanti u f'sahhithom fin-negozju. It-tron ta' wiehed minn dawn iz-zewg klabbs ikompli jgholli l-profil ta dawn in-nies li, permezz tal-influenza tal-istess klabb fuq l-awtoritajiet u s-socjeta in generali, jkomplu jisru aktar f'sahhithom. Il-kampanja u eventwalment il-Presidenza ta' Real Madrid, bhal dik ta' Barcelona, hija muftieh ghal profil u sahha kbira flimkien ma post uniku fl-hekk imsejjha alta socjeta.

Fid-dawl ta' dan kollu jkun tajjeb li wiehed ihares ukoll lejn kif Calderon wasal ghall-Presidenza ta' Real Madrid. Calderon ha t-tmexxija ta' Real Madrid f'Lulju tal-2006 izda dan ma jfissirx li kien f'dik is-sena li dahal fix-xena tal-futbol Madrilen.

Sa dak iz-zmien Calderon kien irnexxielu jibni reputazzjoni ta’ vuci li tirraprezenta l-etika. Calderon bena din ir-reputazzjoni billi ghal numru ta' snin irraprezenta l-oppozizzjoni fl-assemblei generali ta' Real Madrid fl-ahhar tas-snin tmenin.

Min hu midhla tal-politika jghid li l-oppozizzjoni huwa l-aktar siggu komdu ghax minn fuqu tista' tikkritika u tattakka t-tmexxija minghajr ma tkun obbligat timplimenta tibdil jew alternattivi. Matul l-ahhar tat-tmeninijiet, taht il-presidenza ta' Ramon Mendoza, Real Madrid rebhu hames kampjuonati wara xulxin izda Mendoza kellu fama li jimmanipula l-assemblei tal-klabb u kien jaghti mpressjoni li hyu 'il fuq minn kulhadd u t-tmexxija tieghu ma setghetx tigi kkritikata. Mendoza kien donnu nqata' minn kulhadd u r-rizultati ghamluhielu aktar facli biex jaghmel dan.

Izda min-naha l-ohra l-atitudni tieghu ghamlitha aktar facli ghal Calderon li jdeffes id-dubji u jibda johloq ix-xquq f'hajt li tant deher lixx u f'sahhtu. Calderon attakka l-modi ta' tmexxija ta' Mendoza b'konsistenza u kien kontinwament jikkritika r-rabtiet ta' Mendoza mal-ultras tal-klabb, il-bidliet fir-regolamenti tal-Assemblea ta' Real Madrid, il-kummissjonijiet kbar imhallsa lill-agenti tal-plejers u t-tmexxija hazina fil-qasam tal-marketing tal-klabb.

Dan kien zmien fejn hadd ma kien jissogra jikkritika lil Mendoza izda Calderon ra dan in-nuqqas bhala nicca li seta' jimla u dan ghamlu b'success. Bil-vuci solitarja tieghu Calderon sar l-eroj ta' dawk li xtaqu jopponu lil Mendoza imma ma ssugrawx. Calderon sar il-bandiera tal-oppozizzjoni.

Calderon sahhah l-oppozizzjoni tieghu meta t-tmexxija waqghet f'idejn Lorenzo Sanz. Il-kampanji ta' Calderon ippremjawh meta Florentino Perez lahaq president u hu irnexxielu jisb postu bhala parti mit-tmexxija tal-klabb. Dan ma waqqafx lil Calderon milli jkompli jikkritika lit-tmexxija. Il-kritika tieghu hraxet meta l-klabb kecca lill-kowc Vicente Del Bosque li kien l-aktar kowc li kiseb success fl-istorja ricenti tal-klabb Madrilen.

Calderon ipprezenta l-kandidatura tieghu ghall-presidenza ta' Real Madrid meta rrezenja Perez. Is-snin li qatta jopponi u jikkritika t-tmexxija tal-klabb ghamluh il-kandidat naturali biex jiehu postu fis-siggu u jirranga dak li kien ilu jitkellem kontrieh. Fl-2006 kienet waslet is-siegha tal-prova u mill-kritika tal-gallarija Calderon kellu jibda jsib u jimplimenta s-soluzzjonijiet.

Calderon beda mill-ewwel fuq sieq hazina. Huwa rebah il-presidenza b'madwar 10,000 vot li huwa anqas minn 1/8 tat-total tal-elettorat. Dan sehh wara li l-qorti hassret il-voti kollha li dahlu bil-posta minhabba evidenza ta' tbaghbis f'dawn il-voti. Din hija indikazzjoni li Calderon mill-ewwel ma kellux is-sahha li wiehed ghandu bzonn biex imexxi l-klabb u dan kompla jinkixef fl-ahhar sentejn.

Il-kredibilita tieghu ukoll qatt ma rabbiet gheruq sodi. Calderon rebah l-elezzjoni fuq il-weghda li jakkwista lil Kaka, Fabregas u Robben. Minn dawn it-tlett plejers wasal biss Robben u anki dan gie sena wara li kien imwieghed. F'din it-transfer window Real Madrid akkwistaw zewg plejers u minn dawn wiehed biss huwa eligibbli biex jilghab fic-Champions League.

Calderon appunta lil Pedrag Mijatovic u tah is-sahha li jakkwista u jnehhi l-plejers. Din id-decizjoni ma tantx nizlet tajjeb mal-partitarji. Il-klabb beda jhallas prezzijiet minfuha ghal numru ta’ plejers u fost dawn kien hemm Sneijder, Gago u Higuain li, qabel Real Madrid, kien offrut lill-klabbs ohra ghall-prezz ferm anqas minn dak imhallas minn Calderon.

Wara zewg titli wasal is-Sajf tal-2008 u hawnehekk ir-reputazzjoni ta' Calderon kompliet niezla l-isfel. F'perjodu fejn fost id-dipartimenti li kellhom jitrangaw kien hemm id-difiza li kibret fiz-zmien, Calderon u Mijatovic imbarkaw fuq missjoni biex jippruvaw jakkwistaw lil Cristiano Ronaldo. Dan sar minkejja li Manchester United kienu ghamluha cara li ma jirdux ibieghu lil dan il-plejer.

Calderon uza tattici mahmuga biex jipprova jasal ghal Ronaldo u l-istorja ta' x'gara bejn Real Madrid u Manchester United jafa kulhadd. B'din il-mossa Calderon kien qed jipporva jsalva r-reputazzjoni tieghu u jgib fir-realta weghda li kien ghamel fil-kampanja elettorali. Izda f'Sir Alex Ferguson sab ghadma iebsa u ladarba Manchester United kienu daqshekk determinati li ma jbieghux lil Ronaldo il-missjoni ta' Calderon kienet destinata li tfalli. It-tattici uzati kissru r-reputazzjoni ta' dan il-president u, sfortunatament ghall-Klabb, tappnu wkoll l-isem ta' Real Madrid.

Matul is-Sajf Real Madrid akkwistaw biss lil Rafael Van der Vaart. Min-naha l-ohra Robinho inghaqad ma' Manchester City u Calderon falla fit-tentattivi tieghu biex jakkwista lil David Villa u Santiago Cazorla. Matul dan l-istagun wasal ukoll it-tluq tal-kowc Bernd Schuster u l-hatra ta' Juande Ramos sa tmiem l-istagun.

Izda ironikament ma kienx dak li gara fil-grawnd jew fil-kamp tat-trasferimenti li wassal ghat-tluq ta' Calderon. Id-destin ried li Calderon jitlaq kif beda. Il-gurnal Spanjol Marca ippubblika storja fejn allega li Calderon dahhal partitarji fl-assemblea tas-socji f'Dicembru halli jivvutaw favorih u jigu approvati l-financial statements tal-2008.

Calderon rebah l-elezzjoni f'atmosera ta' suspetti u konferma tal-qorti dwar tbaghbis ta' voti. Huwa kellu jhalli s-siggu tal-poter minhabba l-istess raguni. L-istorja tirrepeti ruha u hafna drabi meta l-bniedem jibda jahseb li hadd ma jista' jmissu u hu 'il fuq mill-gustizzja ikun beda jipprepara t-triq ghall-falliment tieghu stess.

Ghall-ewwel Calderon innega l-allegazzjonijiet ta' Marca. Wara huwa kecca lill-habib tat-tifel tieghu li kien impjegat tal-klabb u kien ukoll implikat fl-istorja. B'dan kollu Calderon ma rebahx il-fiducja u ma kellux triq ohra ghajr li jirrezenja.

Ghal hafna din kienet ahbar tajba. Real Madrid helsu minn President li tul it-tmexxija tieghu qatt ma rebah il-kredibilita u l-fiducja. Kien president li telaq tellief u t-tmexxija tieghu m'ghamlet xejn biex tissoda t-tluq dghajjef tieghu. Fi tlett snin Calderon kien sar dak kollu li ppriedka kontrieh fl-20 sena li ghamel jikkritika t-tmexxija tal-klabb.

KICK OFF EDITORIAL 18 JANUARY 2009

Matul din il-gimgha harget l-ahbar tal-offerta strordinarja li Manchester City ghamlu biex jakkwistaw lil Kaka minghand Milan. L-offerta taqbez il-£100 miljun u il-paga li jista’ jaqla Kaka’ thallik bla kliem.

Issa bdiet id-diskussjoni dwar il-moralita ta’ din l-offerta u kif Manchester City jistghu joholqu distortion fis-suq tat-trasferimenti. Fl-ambitu tal-problemi ekonomici tal-prezent hafna qed jaraw din l-offerta bhala skandlu.

Izda la s-sidien ta’ Man City jifilhu ihallsu dawn il-flejjes hadd ma jista’ jzommhom. Partitarji ta’ klabbs ohra jistghu johorgu b’hafna argumenti kontra trasferimenti bhal dawn izda kieku l-klabb taghhom kien daqshekk f’sahhtu zgur kienu jiehdu gost bil-possibilita ta’ akkwist bhal Kaka.

Il-partitarji ta’ Man City zgur ikunu kuntenti b’akkwisti kbar- ….imma l-verita tibqa’ li l-football Ingliz donnu qed jghix f’dinja ghalih u maqtugh mir-realtajiet tal-hajja…u l-biza’ li xi darba l-buzzieqa tinfeqa’ tibqa’.

FELIPE SCOLARI din il-gimgha wera li mhux kollox miexi harir fi Stamford Bridge. Huwa pprova jpingi stampa li Chelsea huma l-vittmi ta’ agenti u klabbs ohra li qed jitteppjawlu l-plejers…xi haga li tigri dejjem izda forsi, ironikament, ma tigrix daqshekk fil-konfront tal-plejers ta’ Chelsea minhabba l-pagi li diga jgawdu.

Scolari qal li dan huwa l-hin li jsiru l-offerti u min ma jridx jibqa’ jista’ jitlaq. Drogba il-bierah rega’ thalla barra mill-iskwadra. Tghid Scolari qed jarah bhala influenza negattiva u lest biex ihallih jitlaq?

Hu x’inhu, l-omissjoni ta’ Drogba setghet swiet qares il-bierah u Scolari jrid jirringrazzja lill-players li laghabu ghal xulxin u ghalih biex evitaw rizultat li kien ipoggi l-pozizzjoni tal-Braziljan fid-dubju.

Il-futur ta’ BENITEZ ma Liverpool ghadu incert. Wara li kollox kien jindika li l-kuntratt gdid huwa vicin, Benitez irrifjuta li jiffirma minhabba li ma riedx ikun accountable ghac-Chief Executive fejn jidhlu trasferimenti. Benitez qal li huwa accountable biss ghall-partitarji u ghar-rizultati.

Il-pozizzjioni ufficcjali hija ottimista li Benitez se jibqa’. Izda din hi il-verita? Biex Benitez jibqa’ xi hadd irid icedi u jkun interessanti nsegwu min se jkun lest jaghmel pass lura jew jekk dan il-pass hux se jsehh jew le.

Manchester United il-bierah ikkonfermaw il-potenzjal taghhom u regghu telghu fl-ewwel post tal-klassifika. Berbatov skorja l-goal importanti izda hafna mill-mertu tal-ewwel post jrid imur ghal difiza li ma qalghetx goal f’10 loghobiet konsekkuttivi u l-bierah, grazzi ghal O’SHEA u EVANS, ma hassitx in-nuqqas ta’ EVRA u FERDINAND.
MARK MIZZI