Friday, August 17, 2007

Jibda l-Bundesliga


The following article by Mark Mizzi was published on l-Orizzont on Thursday 16 August 2007

JIBDA L-BUNDESLIGA- BAYERN MUNICH MILL-EWWEL FAVORITI

Il-kampjonat Germaniz rega’ fetah u, donnu biex jaghti risposta lil dawk li jippruvaw inaqqsmu mill-importanza u mill-mertu tieghu, nistghu nghidu li beda bil-kbir. Il-Bundesliga ma jiggenerax il-miljuni li jiggeneraw il-Liga, il-Premiership u s-Seria A izda dan ma jfissirx li l-oghla kampjonat Germaniz huwa xi wiehed nieqes mill-kwalita u l-ispettaklu.

Il-Bundesliga jigbed lejh medja ta’ 40,500 persuna kull partita u dan jixhed l-attrazzjoni li joffri l-futbol Germaniz. L-istagun li ghadda il-kampjonat gie deciz fl-ahhar mumenti tieghu u din ma tantx hija xi karatteristika komuni fil-kampjonati meqjusa akbar mill-Bundesliga fl-Ewropa. Dan pero mhux mistenni jerga’ jigri din is-sena ghax, jekk kollox imur kif mistenni, Bayern Munich m’ghandhomx ifallu milli jergghu isibu posthom fil-quccata tal-futbol Germaniz b’certu kumdita.

L-ewwel gurnata fethet nhar il-Gimgha bi draw ta’ 2-2 bejn ic-campjins Stuttgart u l-vici campjins Schalke f’loghoba mimlija emozzjonijiet. Kien Kobiashvili li pogga lil Schalke fil-vantagg b’xutt devjat wara 25 minuta izda Stuttgart irnexxielhom idawwru r-rizultat b’gowls minn Khedira u Pardo minn penalti. Dawn iz-zewg gowls waslu f’temp ta’ hames minuti. Erbatax –il minuta mit-tmiem Ivan Rakitic gab id-dro ghal Stuttgart biex iz-zewg timijiet kellhom jikkuntentaw b’punt kull wiehed.

L-ewwel programm tal-kampjonat kompla s-Sibt u l-Hadd b’Bayern Munich jirrispettaw il-pronostiku u jkollhom bidu mill-aqwa grazzi ghal rebha ta’ 3-0 fuq Hansa Rostock. Aktar importanti mir-rizultat kien il-fatt li l-akkwisti godda principali ta’ Bayern Munich Franck Ribery, Luca Toni u Miroslav Klose kollha mpressjonaw bl-attakkant Taljan Toni jiftah l-iscore u l-internazzjonali Germaniz Klose izid zewg gowls ohra.

Werder Bremen tilfu vantagg ta’ zewg gowls biex spiccaw dro ta’ 2-2 kontra Bochum u Hamburg ghelbu lil Hannover b’gowl wahdani. Rebha tajba away kienet dik ta’ Arminia Bielefeld li gelbu lil Wolfsburg 3-1

Ghal Bayern l-istagun li ghadda kien wiehed dizappuntanti ghall-ahhar fejn sahansitra fallew milli jikkwalifikaw ghac-Champions League. Matul is-sajf il-klabb mill-Bavarja ghamel minn kollox biex f’dan l-istagun ipattu ghal dik id-disfatta u apparti li jergghu isiru campjins, ikunu kontendenti serji wkoll ghat-Tazza UEFA fejn anki hawn se jkunu mal-favoriti netti.

Ironikament, wiehed mill-akbar dizappunti ta’ Bayern matul l-istagun li ghadda se jservi ta’ vantagg ghal dan l-istagun. In-nuqqas ta’ impenn fic-Champions League zgur se jghin lil dan it-tim jikkoncentra aktar fuq il-kampjonat u bis-sahha u l-kwalita tal-iskwadra li ghandhom din ghandha tkun is-sena taghhom.

Minkejja li mhux se jkunu qed jikkompetu fl-aqwa kompetizzjoni Ewropeja, Bayern xorta rnexxielhom jiksbu plejers ta’ certu profil u kwalita li jimmeritah klabb kbir bhal dan. L-akkwisti jidher li saru bil-ghaqal tant li l-plejers il-godda diga ffittjaw tajjeb fis-sistema tat-tim u fil-futbol Germaniz.

Dwar it-trasferimenti ta’ Bayern kien hemm hafna xetticizmu partikolarment dwar l-akkwist ta’ Luca Toni izda mil-loghobiet ta’ hbiberija, il-League Cup u l-ewwel loghoba tal-kampjonat dan diga jidher li se jkun pedina importanti ghat-tim ta’ Hitzfeld.

Matul dan is-Sajf Bayern nehhew lil Owen Hargreaves, Roy Makaay, Hasan Salihamidzic, Claudio Pizarro, Ali Karimi u Mehmet Scholl izda flokhom akkwistaw lil Franck Ribery, Luca Toni, Miroslav Klose, Hamit Altintop u Ze Roberto li ga kien maghhom qabel. Ma’ dawn Bayern hadu wkoll lil Marcell Jansen, Jan Schlaudraff u Jose Ernesto Sosa. Dawn l-akkwisti, flimkien ma’ plejers bhal Schweinsteiger, Lahm u Van Buyten zgur jaghmlu l-iskwadra ta’ Bayern wahda mill-aqwa fl-Ewropa. .

L-ottimizmu tal-General manager Uli Hoeness kien kwazi arroganti meta qal li l-oppozizzjoni se tkun qed thares lejhom bit-tromba. Min-naha l-ohra, sittax minn tmintax –il kowc fil-Bundesliga diga bassru li Bayern se jkunu c-campjins ta’ dan l-istagun u t-tbassira ta’ Hoeness tista’ ma tkunx ‘il boghod mill-verita.

Stuttgart jistghu ikunu fost ir-rivali ewlenin ta’ Bayern fit-tellieqa ghall-kampjonat u definittivament ikunu qed jiggieldu ghal post fic-Champions League ghalkemm, kuntrarju ghal Bayern Munich, l-involviment taghhom fl-istess Champions League ta’ dan l-istagun tista’ sservi ta’ distrazzjoni kemm mentali u kemm fizika matul ix-xhur li gejjin.

Stuttgart sahhew l-iskwadra bi plejers bhal Ewerthon b’self minghand Real Zaragoza u Yildiray Basturk minghand Hertha Berlin fil-waqt li plejers importanti bhal Roberto Hilbert, Sami Khedira u l-Messikani Pardo u Osorio baqghu mal-klabb. Minkejja li dawn il-plejers ghadhom zghar, l-istagun li ghadda kienu strumentali fil-konsistenza li wrew Stuttgart fid-dritta finali u n-nuqqas ta’ esperjenza ma deherx li ghamel bihom.

Mertu kbir ghas-success tal-istagun li ghadda ghandu jmur ghall-kowc Armin Veh li nghaqad mat-tim f’nofs l-istagun minflok Giovanni Trapattoni. Minkejja dan is-success Stuttgart jibqghu meqjusa tim tal-futur. Il-potenzjal ta’ dan it-tim qieghed hemm izda bejn il-potenzjal u l-effetivita matul l-istagun hemm bahar jaqsam u wiehed irid jara kif Armin Veh se jirnexxielu jadatta l-iskwadra tieghu biex taffronta z-zewg kompetizzjonijiet.

Schalke, li ilhom ma jirbhu l-kampjonat mill-1958, ma tantx jidher li jistghu jaghmlu progress mill-istagun li ghadda. Fejn ir-rivali diretti taghhom sahhew it-tim, Schalke tista’ tghid li baqghu fejn kienu jew marru lura. Huma tilfu plejers importanti hafna bhal Altintop li inghaqad ma’ Bayern, u l-midfielder Braziljan Lincoln li mar jilghab fit-Turkija ma’ Galatassaray. Schalke ppruvaw ipattu ghal dawn it-telfiet billi jakkwistaw lil Stephen Appiah minghand Fenerbache izda t-trasferiment ta’ dan ma’ mmaterjalizzax minhabba li t-talbiet tieghu gew meqjusa ezorbitanti mill-klabb Germaniz.

Werder Bremen ukoll jistghu ma jkunux kompetittivi kif kienu l-istagun li ghadda. Dawn tilfu lil Miroslav Klose li l-istagun li ghadda skorja tlettax –il gowl u wiehed ghad irid jara kemm iz-zarbun tal-attakkant internazzjonali Germaniz jista’ jimtela mill-akkwist gdid ta’ Bremen Boubacar Sanogo. Ghalkemm dan se jzid il-prezenza fizika fl-attakk, l-effetivita tieghu quddiem il-lasta ghad trid tigi verifikata. Markus Rosenberg, li nghaqad ma’ Werder Bremen minghand Ajax f’Jannar li ghadda, ukoll jista’ jghin biex itaffi xi ftit it-telfa ta’ Klose. Punt pozittiv ghal Werder Bremen kien li, almenu sa issa, irnexxielhom izommu maghhom lill-captain Torsten Frings u lil Braziljan Diego.

L-akbar problema ta’ Werder Bremen dejjem kienet id-difiza u l-wirjiet ta’ Per Mertesacker u Naldo se jiddeterminaw l-andament tal-istagun. L-istagun li ghadda il-problelmi tal-injuries ma hallewx lil din il-koppja tilghab bizzejjed flimkien biex tifforma bazi soda ghal-loghob ta’ Bremen.

Fit-trasferimenti ta’ dawn il-klabbs tidher ukoll l-id ta’ Bayern Munich. Jidher car li t-tattika ta’ Bayern hi li, apparti li jakkwistaw l-ahjar plejers, jiehdu wkoll l-aktar plejers importanti tal-avversarji diretti taghhom. It-telf ta’ Klose ghal Weder Bremen u ta’ Altintop ghal Schalke tista’ tghid li firxu t-tapit biex Bayern ikunu jistghu jghaddu minn fuq dawn it-timijiet meqjusa bhala theddida ghas-success taghhom.

Fuq il-karta Hamburg ghandhom skwadra tajba wkoll. Mohammed Zidan inghaqad ma’ Ivica Olic fl-attakk u l-Olandiz Romeo Castelen ghandu jkun sostitut denju ta’ Mehdi Mahdavikia. Van der Vaart ukoll huwa element importanti fl-iskwadra ta’ l-ex campjins Ewropej fil-waqt li d-difiza hija meqjusa bhala wahda mill-ahjar fil-Germanja.

Bayer Leverkusen jistghu jitqiesu ‘outsiders’ ghal post ma’ ta’ fuq. Huma gew imsahha bl-akkwist tat-top skorer tal-istagun li ghadda Theofanis Gekas minghand Bochum u minn Manu Friedrich li nghaqad maghhom minghand Mainz bl-ghan li jsahhah id-difiza.

Fit-tarf l-iehor tal-kampjonat, sorpriza fost il-kontendenti ghar-relegazzjoni jistghu ikunu Hertha Berlin li nehhew wisq plejers ta’ kwalita mill-iskwadra biex izommu l-istess livelli tal-istagun li ghadda.

Hansa Rostock, li rritornaw fl-oghla divizjoni wara nuqqas ta’ sentejn ukoll mistennija jbatu. It-tluq tal-gowlkiper Mathias Schober u d-difensur centrali Brazlijan Gledson dghajjfu t-tim b’mod sostanzjali u t-triq matul il-kampjonat mhux se tkun wahda facli.

Duisburg u Karlsruhe huma z-zewg klabbs l-ohra promossi fejn Karlsruhe tilfu lil Giovanni Federico li mar ma’ Borussia Dortmund. Jekk wiehed jista’ jiehu ezempju mill-mod kif dan it-tim iddomina t-tieni d-divizjoni s-sena l-ohra, jista’ jkun li Karslruhe huwa l-aktar tim bic-cans li ma jirritornax lura fit-tieni divizjoni wara stagun wiehed.

Kemm Duisburg u kemm Karlsruhe irregistraw rebhiet fl-ewwel harga taghhom fil-kampjonat fejn il-Hadd li ghadda Duisburg kisbu rebha tajba ta’ 3-1 away kontra Borussia Dortmund u Karlsruhe rebhu 2-0 ghand Nuremberg. Jekk dawn ir-rizultati humiex frott l-entuzjazmu tal-bidu jew sinjal li dawn it-timijiet ghandhom biex ihabbtuha ma’ dawk stabbiliti ghad irridu naraw.