Friday, January 11, 2008

Is-Suq ta' Jannar fl-Ingilterra


Dan l-artiklu gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 10 ta' Jannar 2008
Kif ghidna l-gimgha l-ohra iz-zmien tal-festi tal-Milied, flok mistrieh, igib aktar intensita ta’ loghob fl-Ingilterra. Il-loghob fil-grawnd pero mhux l-uniku azzjoni li tkompli ghaddejja ghax max-xahar ta’ Jannar fetah wkoll is-suq tat-trasferimenti li fl-ewwel jiem tieghu diga huwa movimentat mhux hazin. Ghalkemm ghadu ma ccaqlaq l-ebda plejer ta’ isem kbir, l-ahbarijiet u xnieghat dwar dak kollu li jista’ jigri matul Jannar jinsabu fl-aqwa taghhom.

Wiehed mill-aktar ismijiet li qed jissemmew fl-Ingilterra huwa l-internazzjonali Bulgaru ta’ Tottenham Dimitar Berbatov. Skond rapporti li jidhru kuljum fuq il-midja Ingliza f’dan il-plejer hemm interessati Manchester United, Chelsea u anki Manchester City. Ma’ dawn issemmew ukoll klabbs Ewropej bhal Inter, Milan u Real Madrid.

M’hemm l-ebda dubju li plejer tal-kwalita ta’ Berbatov jinteressa lill-aqwa klabbs fl-Ewropa izda wiehed irid jara kemm, mill-ahbarijiet li johorgu, huma veritieri u kemm huma purament spekulazzjoni. Fost l-akbar sorsi ta’ xnieghat dwar Berbatov hemm l-agent tal-plejer stess Emil Danchev u l-midja Bulgara. Danchev ghandu kull interess li jqajjem din l-ispekulazzjoni. Ir-rizultat jista’ jkun li jirnexxielu jwassal ghat-trasferiment li minnu hu jiehu persentagg tajjeb jew inkella igieghel lil Tottenham itejjbu l-kuntratt tal-Bulgaru.

Min-naha taghha l-midja sportiva Bulgara tikkoncentra hafna fuq dan il-plejer u regoalrment tistieden sahansitra membri tal-familja ta’ Berbatov biex imbaghad, bil-mod li jitpoggew l-mistoqsijiet, dawn jispiccaw jaghtu risposti li jkunu jistghu jigu nterpretati u mghawwga kif jaqbel lill-midja.

Tottenham diga qalu li m’ghandhom ebda intenzjoni inehhu lil dan il-plejer. Il-maniger Juande Ramos qal l-istess haga sakemm ma jkunx hemm xi offerta fenomenali li tikser ir-rekord tas-suq Ingliz jigifieri aktar minn 30 miljun lira sterlina. Berbatov cahad dawn ix-xnieghat darbtejn u din il-gimgha rega’ qa li xeba’ jara stejjer u spekulazzjoni bla sens dwar il-futur tieghu. Berbatov qal li hu kuntent ma’ Tottenham u m’ghandu l-ebda hsieb li jitlaq f’Jannar.

Fl-istess hin pero huwa ma ddizassoccjax ruhu mill-agent tieghu li qieghed dejjem izid id-doza tal-ispekulazzjoni. X’inhi l-verita? Dimitar Berbatov huwa plejer tal-kelma u jifhem li ghandu jkun lejali lejn Spurs li tawh ic-cans jispikka fix-xena internazzjonali. Jaf ukoll li biex jibqa’ mahbub mill-partitarji u mill-klabb ma jistax johrog jghid li jekk jigi xi klabb bhal Manchester United ghalih hu jkun interssat jiccaqlaq. Min-naha taghhom Tottenham qeghdin f’sitwazzjoni finanzjarja f’sahhitha u m’ghandhomx ghalfejn ibieghu plejers. Jafu wkoll li l-kuntratt ta’ Berbatov fadallu biex jispicca u ghalhekk mhux qed jirriskjaw li jitilfu lil dan il-plejer b’xejn.

Min-naha l-ohra fil-futbol qatt ma tista’ tghid qatt u jekk ikun hemm xi offerta straordinarja jista’ jigri kollox. Tottenham ma jistghux ma jikkonsidrawx offerta li permezz taghha jistghu ikomplu jsahhu t-tim fil-waqt li l-ebda plejer fid-dinja mhu se jibqa’ biered quddiem xi offerta li ttih ic-cans jirbah l-aktar unuri mportanti fil-futbol. L-uniku element li jista’ jahdem kontra trasferiment eventwali huwa l-ammont ta’ dikjarazzjonijiet li ghamlu Spurs fis-sens li mhux se jnehhu lil Berbatov. Dawn id-dikjarazzjonijiet jistghu jaghmluha difficli ghall-klabb li jmur lura minn kelmtu quddiem il-partitarji minkejja l-fatt li l-offerta tista’ tkun wahda vantaggjuza ghal kullhadd.

Il-lijders tal-klassifika Arsenal ma tantx jidhru li se jkunu involuti f’dan is-suq ghalkemm is-skiet jista’ jkun il-preludju ghal tempesta u ma tkunx xi sorpriza jekk Arsene Wenger jaghmel xi trasferiment mhux mistenni u jkompli jgib aktar talenti li kienu mohbija lejn il-Premiership. Harsa lejn l-ahhar ftit snin tindika li wiehed mill-aqwa akkwisti li saru f’Jannar sar propju minn Arsenal meta dawn hadu lil Adebayor minghand Monaco. Wiehed irid jghid ukoll li f’dawn il-gimghat donnu qed isib postu mal-Gunners l-attakkant akkwistat fis-Sajf Eduardo. Wara gimghat ta’ incertezza Eduardo qed jadatta ruhu ghal futbol Ingliz u qed isir plejer importanti ghal Arsenal. Ghal Wenger se jkun qisu akkwist gdid ta’ Jannar.

Tezisti l-possibilta li Arsenal ikunu nvoluti f’bejgh ta’ plejers fejn hemm rapporti li Gilberto, Lassana Diarra u Diaby m’humiex kuntenti minhabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet fl-ewwel tim. Il-maniger ta’ Arsenal se jitlob lil dawn il-plejers biex ikunu aktar pacenzjuzi u jistennew ic-cans taghhom izda jekk huma ma jaccettawx is-sitwazzjoni Wenger mhux se jiddejjaq inehhihom mill-Emirates. Plejers mhux kuntenti jistghu ihassru l-ispirtu tal-iskwadra u l-maniger Franciz zgur mhux se jaccetta sitwazzjoni bhal din.

Id-decizjoni dwar dawn il-plejers tista’ tigi afettwata mit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li tibda fl-20 ta’ dan ix-xahar f’Ghana. Arsenal se jitilfu lil Kolo Toure, Emanuel Eboue u Alexande Song u minhabba f’hekk Gilberto, Diarra w Diaby jistghu ikollhom aktar c-cans li jilghabu fl-ewwel hdax. Barra minn hekk Wenger jista’ jaghzel li ma jitlifx aktar aktar plejers u jiddeciedi li jzommhom mal-klabb almenu sa tmiem l-istagun.

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani mhux se taffetwa biss lil Arsenal. Din il-kompetizzjoni jista’ jkollha effett kemm fuq is-suq tat-trasferimenti u kif ukoll fuq l-andament tal-istagun ghal numru ta’ timijiet. B’kollox se jkun hemm madwar 38 plejer mill-Premiership li se jmorru jilghabu fil-Ghana u timijiet bhal Chelsea, Newcastle, Everton, Portsmouth u Birmingham se jkunu fost l-aktar affetwati. Mikel, Drogba, Kalou u Essien se jhallu lil Chelsea fil-waqt li Newcastle se jitilfu lil Martins, Geremi, Faye u Beye. Minn Goodison Park se jitilqu Yobo, Yakubu u Pienaar u Portsmouth se jkollhom jghaddu minghajr is-servizzi ta’ Diop, Kanu, Utaka u Muntari. Birmingham se jkunu minghajr Kingson, Nafti u Jaidi. Fost il-plejers l-ohra mportanti li se jhallu l-Premiership ghat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani hemm ukoll Zokora (Tottenham), Diouf (Bolton), Mido (Middlesbrough), Sonko (Reading) u Camara (West Ham). Dawn kollha w’ohrajn jistghu iwasslu biex il-klabbs taghhom ikunu attivi fis-suq tat-trasferimenti halli jpattu ghal nuqqasijiet importanti.

Suq interssanti ghandu jkun dak ta’ Liverpool. Wara n-nuqqas ta’ qbil dwar l-investiment fi plejers bejn il-maniger Rafa Benitez u s-sidien tal-klabb, ikun interessanti li wiehed isegwi minn se jkun rebah il-glieda psikologika bejn iz-zewg partijiet. Benitez ghamilha cara li jrid aktar sapport finanzjarju u fost il-miri tieghu hemm difensur centrali ta’ klassi u Javier Mascherano li ghadu mhux propjeta ta’ Liverpool.

Dwar dawn iz-zewg akkwisti Benitez ghandu ragun biex ibiegh. Difensur centrali ta’ klassi ghandu jkun prriorita ghall-klabb fil-waqt li tkun hasra kbira jekk Liverpool jitiflu plejer tal-klassi ta’ Mascherano li fir-rwol tieghu huwa wiehed mill-aqwa plejers fl-Ewropa. Izda Benitez zbalja meta ha l-glieda tieghu barra l-hitan tal-ufficcji amministrattivi ta’ Anfield. Wara li, b’risposta ghal Benitez, is-sidien tal-klabb qalu li huma jridu jaraw fejn jista’ jasal it-tim bil-plejers li hemm bhalissa, huma se jsibuha diffcli li jibilghu kliemhom u jergghu jinvestu bil-kbir.

Benitez uza tattika hazina meta qal pubblikament li mhux kuntent bl-investiment fil-plejers u li bis-sistema kif inhi fil-prezent ma jistax ilahhaq ma’ klabbs bhal Manchester United. L-infiq ta’ Benitez ma jaghmilx ghajb lil dawk ta’ klabbs ohra u mhux gust li s-sidien ta’ Liverpool jigu akkuzati b’nuqqas ta’ investiment. Benitez inghata l-fondi mehtiega u l-ghazliet tal-akkwisti kienu prerogattiva tieghu. Il-maniger irid jerfa’ ftit mir-responsabbilita tar-rizultati ghax dawn qed jigu bil-plejers li xtara hu minghajr indhil u bis-sapport finanzjarju mehtieg. Huwa minnu li fic-cirkostanzi it-tim ghandu bzonn diifensur u lil Mascherano izda bil-mod kif mexa Benitez jista’ jkun li ghamel il-pozizzjoni tieghu stess aktar difficli.

Il-maniger ta’ Manchester United Sir Alex Ferguson qal li mhux se jakkwista plejers matul dan ix-xahar izda, bhal fil-kaz ta’ Wenger, ma tkun l-ebda sorpriza jekk Manchester United jaghtu xi sorpriza pozittiva lill-partitarji taghhom u jaghmlu xi akkwist importanti. Minkejja li jidher li se jkun difficli, Berbatov zgur se jibqa’ msemmi bhala wiehed mill-miri tar-Red Devils fil-waqt li attakkant iehor li nistghu narawh f’Old Trafford huwa Nicolas Anelka ta’ Bolton.

Il-prezz ta’ dan il-plejer mhux projbittiv daqs ta’ Berbatov u Anelka huwa attakkant tekninku u prolifiku fil-waqt li diga huwa ppruvat fil-futbol Ingliz. Ferguson irid isolvi wkoll il-problema ta’ Wes Brown li qed jirrifjuta li jiffirma kuntratt gdid mal-klabb. Il-maniger Skocciz qed jaffronta d-dilemma jekk izommx plejer utli u li ghandu bzonn sa tmiem l-istgun fejn imbaghad aktarx jitilfu b’xejn jew inkella jbieghx ‘il plejer matul dan ix-xahar. S’issa jidher li Ferguson qed jiddeciedi favur tal-ewwel u diga irrifjuta offerta minghand Newcastle ghal dan il-plejer.

Jekk Manchester United iridu jakkwistaw lil Anelka iridu jhaffu ghax f’dan il-plejer hemm interessati wkoll Chelsea. Din il-gimgha Bolton irrifjutaw l-ewwel offerta ta’ Chelsea ghal Anelka izda dan mhux mistenni jaqta’ qalb il-klabb ta’ Abramovich li f’dawn il-granet mistennija jghollu l-offerta taghhom ghall-attakkant Franciz. Bi Drogba f’Ghana u b’Shevchenko u Pizarro ma jurux il-konsistrenza mehtiega, Chelsea ghandhom bzonn lil Anelka bhal hobz u se jkun ferm difficli ghal Bolton li jirnexxielhom izommuh maghhom. In-numru ta’ plejers imwegghin li ghandhom Chelsea flimkien mal-plejers li se jkunu mpenjati fl-Afrika, jaghmluha kwazi imperattiva ghal Avram Grant li jakkwista aktar plejers u Branislav Ivanov ta’ Lokomitiv Moscow jista’ jkun wiehed minn dawn l-akkwisti. Min naha l-ohra plejers bhal Ben Haim u Steve Sidwell qed jissemmew li jistghu ihallu l-klabb.

Din hija biss harsa hafifa lejn kif mistennija jkunu attivi uhud mill-klabbs Inglizi fis-suq tat-trasferimenti matul dan ix-xahar. Fil-gimghat li gejjin ikollna cans naraw l-attivita ta’ klabbs ohra Ewropej u wara li jghaddi dan ix-xahar ikollna wkoll l-opportunita li naghmlu analizi dettaljata ta’ kif ikun mar is-suq tat-trasferimenti madwar il-kampjonati Ewropej.
Mark Mizzi