Tuesday, February 5, 2008

Trasferimenti fl-Italja u d-dhul ta' Pato fix-xena


Dan l-artiklu miktub minn Mark Mizzi gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 31 ta' jannar 2008

Bhal fil-kumplament tal-kampjonati Ewropej, din il-gimgha jasal fi tmiemu is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar fl-Italja. Minkejja li, kif nghidu dejjem, Jannar mhux ix-xahar li fih isiru l-aqwa trasferimenti, xorta wahda kien hemm diversi spunti interessanti li ta’ min wiehed itihom daqqa t’ghajn.

L-aktar trasferiment li spikka s’issa kien wiehed li ma sehhx matul Jannar. L-attakkant Braziljan ta’ Milan Pato kien akkwistat matul is-Sajf izda ma setax jiddebutta qabel dan ix-xahar. Id-debutt issa wasal u mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li Pato se jkun ghall-altezza tal-aspetattiva li kien hemm ghal dan il-plejer zaghzugh.

Iz-zewg gowls li Pato skorja kontra Genoa jikkonfermaw it-talent u l-potenzjal li ghandu dan il-plejer. Is-Serie A mhux kampjonat facli u t-tatticizmu partikolarment fid-difiza huwa meqjusa bhala l-aqwa fl-Ewropa. Izda Pato ma bezax minn dan kollu u fl-ewwel dehriet tieghu f’loghob ufficcjali qed juri li apparti t-talent u t-teknika, ghandu wkoll il-personalita biex ma jhallix l-eta tenera taffetwah u hekk ikun success fil-futbol Taljan.

Il-kaptin ta’ Milan Paulo Maldini gabar il-karrateristici kollha ta’ Pato fi ftit kliem u ddeskrivieh bhala plejer li ghandu talent, velocita u personalita. Maldini qal ukoll li Pato ma jhallix il-pressjoni taffetwah u dan huwa ngredjent importanti hafna ghal plejer zaghzugh li jrid jirnexxi f’wiehed mill-aqwa kampjonati fl-Ewropa. Min-naha tieghu il-kowc ta’ Milan Carlo Ancellotti qal li Pato qed jaghmel dak li hu u d-dirigenti ta’ Milan kienu qed jistennew li jaghmel.

Id-dilemma ghal Ancellotti issa tista’ tkun dwar jekk Pato ghandux jitqies bhala talent li jista’ jigi sfruttat jew inkella ghandux jigi protett sakemm jimmatura aktar. Minkejja li, kif qal Maldini, Pato ma jaghtix l-impressjoni li jigi affetwat mill-pressjoni, din il-pressjoni ma tistax tigi injorata. Sa certu punt Pato huwa vittma tas-success tieghu stess. Kull meta Milan gew kkritikati dwar in-nuqqas ta’ attivita fis-suq tat-trasferimenti dejjem wiegbu b’mod li jaghtu wiehed x’jifhem li Pato se jsolvi l-problemi kollha. Jista’ jkun li dan ikun minnu pero l-klabb irid joqghod attent li bid-dikjarazzjonijiet ufficcjali li johorgu ma jkunux huma stess li jghabbu lil Pato b’aktar pressjoni u responsabbilta. Ma’ dan kollu hemm ukoll il-prezz imhallas ghalih fejn fuq spallejh Pato qed igorr it-timbru ta’ ghoxrin miljun Ewro.

Pato diga qed jesperjenza kif il-midja tista’ tghollik mas-sema u ftit wara tnizzlek fl-abissi tal-infern. Wara l-gowl tieghu kontra Napoli Pato gie gglorifikat u ismu gie mzejjen bl-aqwa aggettivi izda dan kollu sparixxa wara l-wirjiet kontra Udinese w Atalanta fejn gie deskritt bhala talent immatur. Il-glorja naturalment regghet irritornat wara z-zewg gowls tiegghu kontra Genoa. Il-parir tad-dirigenti ta’ Milan ghal Pato hu biex dan jara mill-anqas televizjoni u jevita li jaqra l-gurnali sportivi- xi haga prattikament impossibbli f’pajjiz fejn il-futbol huwa religjon u l-hin allokat ghal dan l-isport fuq il-midja kwazi jisboq kull suggett iehor.

Ancellotti ma tantx qed juri li huwa lest izomm lill dan it-talent lura. Huwa qal li Milan ghandhom hafna kwlaitajiet li ghandhom jigu sfruttati u mhux limitati. Ancellotti qal ukoll li biex Pato jakkwista l-epserjenza u l-maturita mehtiega biex johrog l-ahjar kwalitajiet tieghu ghandu bzonn kontinwita fit-tim. Minn dan jidher li l-kowc ta’ Milan ma tantx lest ihalli lil Pato jistrieh.

Ancellotti ghandu ragun jirraguna li huwa l-loghob li jimmatura ‘l plejer. Jista jkun li minn zmien ghall-iehor Pato jkollu bzonn jistrieh izda s’issa ma weriex li huwa xi plejer li ghandu bzonn trattament bl-ingwanti. Il-fatt li kellu zewg loghobiet indifferenti fejn tilef opportunitajiet facli ta’ gowls u rkupra minnhom billi skorja zewg gowls kontra Genoa juru li Pato ghandu l-karattru mehtieg f’dan il-livell ta’ futbol. Aktar milli jipproteguh fil-grawnd, Milan ghandhom jipprotegu lil dan il-plejer barra l-grawnd minn elementi esterni ghal klabb. Milan zgur ghandhom is-set-up u n-nies li kapaci jaghmlu dan u Pato m’ghandux isibha difficli li jkompli jiffjorixxi fl-ambjent Milanist.

Attivita nteressanti waslet ukoll mill-klabb ta’ Juventus. Fejn ghal Milan iddebutta plejer li akkwistaw fis-Sajf, Juventus diga qed jahsbu ghall-istagun li gej u akkwistaw ufficcjalment lid-difensur Svediz ta’ Aston Villa Olof Mellberg. Il-kuntratt ta’ Mellberg ma’ Aston Villa jiskadi fi dan l-istagun u ghalhekk Juventus mhux se jhallsu flus ghat-trasferiment tieghu. Mellberg mistenni jsahhah id-difiza ta’ Juventus u jzid l-element ta’ esperjenza u solidita. Dan l-istagun qed ikun wiehed mill-aqwa ghal Mellberg fil-Premiership u mhux ta’ b’xejn li gibed l-attenzjoni ta’ Claudio Ranieri. Ranieri qal li ilu jsegwi lil dan il-plejer u jinsab sodisfatt hafna li fl-ahhar irnexxielu jakkwista l-firma tieghu.

Mellberg, li ghandu 31 sena, ghandu statura perfetta ghal difensur centrali. Fl-istess hin huwa plejer flessibbli u veloci u ma jikkaverjax biss ic-centru tad-difiza. Il-kundizzjoni fizika tajba li ghandu l-plejer Svediz tippermettilu jiddefendi wkoll il-faxex laterali u ghalhekk dan se jkun addizzjoni mportanti hafna ghad-difiza ta’ Juventus.

Aspett iehor importanti dwar Mellberg huwa l-gowls li kapaci jiskorja minn “set pieces” fejn issa saret karetteristika regolari ta’ Aston Villa li tara lill Mellberg jitla jattakka l-korners u l-freekicks iex isib ix-xibka bir-ras.

Juventus pero ma hasbux ghall-futur biss u ghal dan l-istagun sahhew id-difiza permezz ta’ Guglielmo Stendardo li nghaqad mat-tim ta’ Turin b’self minghand Lazio. Min-naha taghhom Lazio ma damux ma mwlew il-vojt imholli minn Stendardo u akkwistaw lid-difensur centrali ta’ 21 sena Rumen Radu minghand Dinamo Bucharest. Lazio sahhew ukoll l-attakk bl-akkwist ta’ Rolando Bianchi minghand Manchester City.

Juventus iddecidew li jzommu maghhom lil Portugiz Tiago. Jidher li Juventus kienu diga accettaw offerta minn Tottenham ghall-ex plejer ta’ Chelsea izda l-plejer ma tantx deher favur dan it-trasferiment. Fi Tiago kien hemm interess ukoll minn Atletico Madrid u Benfica izda dawn, jew ma offrewx daqs Tottenham, jew inkella riduh b’self. Dan johrog mill-fatt li Juventus ppruvaw jikkonvincu lil Tiago jaccetta t-trasferiment ghal ma’ Tottenham. Meta Tiago baqa’ jirrifjuta din l-alternattiva, Juventus iddecidew li jirtiraw lil Tiago mis-suq tat-trasferimenti.

Id-Direttur Sportiv ta’ Juventus Alessio Secco ikkonferma l-interess f’dan il-plejer. Huwa qal li Tottenham baqghu isegwuh sal-ahhar izda n-negozjati mal-plejer gibdu fit-tul u ma kienx baqa’ zmien biex it-transazzjoni ssehh. B’dan il-kliem Secco kkonferma li, ladarba t-trasferiment ghal ma’ Tottenham kien sfuma, huma pprefew izommuh maghhom milli jtuh lil Benfica jew Atletico. Din hija l-konferma li l-offerta ta’ dawn it-tnejn ma kinitx accettabbli ghal Juventus. Secco qal ukoll li issa Tiagi se jkollu cans jirbah postu ma’ Juventus u jimpressjona lil Ranieri.

Din mhux se tkun xi haga facli ghax ftit tal-jiem ilu Ranieri qal li sfortunatament xi akkwisti li ghamlu Juventus qed isibuha difficli jilhqu l-aspettattiva. Huwa kompla li dan jista’ jkun minhabba l-fatt li dawn il-plejers ma jifilhux ghall-pressjoni li jgib mieghu il-flokk abjad w iswed. Ranieri qal ukoll li ghalih Tiago huwa l-akbar misteru ghax minkejja li jemmen li l-plejer Portugiz ghandu l-ingredjenti kollha biex ikun plejer kbir, dan baqa’ ma qabdx art f’Turin u s’issa qatt ma lahaq il-livelli mistennija. Bhal Tiago Juventus kellhom ukoll lil Almiron u Boumsong li t-tnejn gew trasferiti ghall-kamjonat Franciz fejn il-livell mhux bil-fors huwa gholi daqs dak Taljan.

Juventus kienu mistennija jsahhu wkoll nofs il-grawnd bl-akkwist tal-plejer internazzjonali tal-Mali Mohammed Sissoko minghand Liverpool. Sissoko huwa wiehed mill-ahjar midfielders difensuri fic-cirkolazzjoni u jekk dan il-plejer jirnexxi fl-Italja ghandu jkun investiment kbir ghal Juventus. Ma’ Liverpool ftit li xejn kien qed jinghata cans u forsi kien ukoll xi ftit sfortunat minhabba li ghal postu kellu jikkompeti mal-Argentin Javier Mascherano.

Mascherano kien fic-centru ta’ kwistjoni bejn il-maniger ta’ Liverpool Rafa Benitez u s-sidien tal-klabb fejn Benitez stinka kemm felah biex jikkonvinci lis-sinjuri Hicks u Gillette jonfqu sbatax –il miljun lira sterlina biex jakkwistaw lil dan il-plejer b’mod permanenti. Fid-dawl ta’ din il-kwistjoni Benitez ma’ kienx jaffordja jhalli lil Mascherano barra mit-tim ghax hekk kien ikun qed idghajjef il-pozizzjoni tieghu fl-argument mas-sidien Amerikani.

Sal-ahhar granet dawn kienu l-aktar punti nteressanti dwar is-suq tat-trasferimenti fl-Italja. Il-lijders tal-klassifika Inter ttrasferew b’self lill-internazzjonali Braziljan Adriano ghal ma’ Sao Paolo bit-tama li fil-Brazil jerga’ jsib it-trankwillita psikologika li tista’ tghinu jiritorna ghal forma li nafuh fiha meta kien fl-aqwa tieghu. Min naha l-ohra il-kowc ta’ Roma Luciano Spalletti emmen fil-bilanc tal-iskwadra tieghu u ghazel li ma jaffetwahx b’akkwisti godda.

Dawn kienu biss ftit spunti li hargu mis-suq tat-trasferimenti fl-Italja sa ftit jiem qabel ghalaq is-suq. Kif diga ghidna, matul ix-xahar li gej ikollna cans naghmlu analizi aktar kompleta ta’ kif ikun mar is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar madwar il-kamojonati Ewropej.