Monday, January 28, 2008

It-Tazza tan-Nazzjonijet Afrikani


Dan l-artiklu gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 24 ta' Jannar 2008
Din il-gimgha qed jintlaghabu l-ewwel loghobiet tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrkani li din is-sena qed issir fil-Ghana. Din il-kompetizzjoni saret tigbed interess kbir anki barra mill-Afrika stess bir-raguni principali tkun in-numru dejjem jikber ta’ plejers Afrikani li qed jinghaqdu ma’ klabbs Ewropej. Permezz tal-klabbs Ewropej il-profil ta’ dawn il-plejers kiber u maghhom kiber ukoll il-profil tal-kompetizzjoni li llum tara dhul sostanzjali minn drittijiet televizivi biex it-turnament jigi mxandar barra mill-Afrika.

Bhal kull edizzjoni ohra fl-ahhar snin, l-edizzjoni ta’ din ix-xitwa tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani gabet maghha wkoll il-polemika rigward iz-zmien li tintlaghab fih u l-frekwenza tal-kompetizzjoni. B’kuntrast mal-Kampjonati tan-Nazzjonijet Ewropej u t-Tazza tad-Dinja, din il-kompetizzjoni ssir kull sentejn u tintlaghab fl-aqwa tal-istaguni domestici fl-Ewropa. Minhabba f’hekk hafna klabbs madwar l-Ewropa jitilfu l-aqwa plejers taghhom fi zmien krucjali tal-kompetizzjonijiet domestici u l-manigers, kowcis u partitarji jispiccaw jaraw l-iskwadri taghhom jigu decimati minghajr ma jistghu jaghmlu xejn.

Din il-problema ma kinitx tezisti qabel numru kbir ta’plejers Afrikani bdew jigu akkwistati minn klabbs Ewropej. Madwar ghoxrin sena ilu, meta l-kompetizzjoni kienet saret fil-Marokk, l-unici plejers li kienu maghrufa mal-Ewropej kienu Stephen Keshi, Roger Milla u Joseph Bell. Izda mas-snin dawn l-ismijiet bdew jizdiedu hekk kif zdiedu wkoll in-nazzjonijiet li jippartecipaw f’din il-kompetizzjoni. Fil-fatt il-Konfederazjoni Afrikana zieded it-timijiet li jikkwalifikaw ghall-finali u hekk kabbret il-problemi ghall-klabbs Ewropej. L-ewwel furur fuq certu skala qam fl-edizzjoni tal-1992 meta n-numru ta’ plejers li hallew il-klabbs taghhom fl-Ewropa biex imorru jilghabu fis-Senegal kien wiehed konsiderevoli. In-numru ta’ dawn il-plejers baqa’ jikber u llum din il-kompetizzjoni saret ugiegh ta’ ras ghall-klabbs Ewropej.

Il-President tal-FIFA Sepp Blatter tkellem dwar din il-problema u appella lill-Konfederazzjoni Afrikana biex tikkonsdra bis-serjeta li tibda torganizza din il-kompetizzjon matul ix-xhur tas-Sajf.

Proprju erbgha w ghoxrin siegha qabel il-ftuh ufficcjali tal-kompetizzjoni f’Accra Blatter qal li dan it-turnament ghandu jibda jigi organizzat fix-xhur ta’ Gunju u Lulju. Blatter semma in-numru ta’ plejers li qed jigu ssagrifikati minn klabbs Ewropej meta l-aktar li jkollhom bzonnhom u accenna ghat-Tazza tad-Dinja fejn qal li l-plejers Afrikani jistghu ibatu fit-Tazza tad-Dinja minhabba l-kompetizzjoni Afrikana. Il-President tal-FIFA qal li hu jifhem li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani f’Jannar kull sentejn hija tradizzjoni izda wiehed irid ikollu l-kuragg li jbiddel xi haga li mhix konformi mal-kalendarju internazzjonali u li mhux qed taghmel gid lill-futbol Afrikan stess.

Il-FIFA ilha hafna tishaq biex tistabilixxi kalendarju internazzjonali uniformi u Blatter qal li l-mira tal-FIFA hi li dan il-kalnedarju jigi stabbilit sas-sena 2016. Huwa sahaq li dan ghandu jkun kalendarju li jhares l-interessi tal-partijiet kollha partecipi fil-futbol internazzjonali.

Billi t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ssir kull sentejn wiehed irid joqghod attent li, jekk din tibda tigi organizzata fis-Sajf, ma tahbatx mat-Tazza tad-Dinja jew mal-Kampjonati tan-Nazzjonijiet Ewropej. Huwa logiku li mumru mill-pajjizi li jippartecipaw fit-kompetizzjoni Afrikana jkunu kkwlaifikaw ukoll ghall-finali tat-Tazza tad-Dinja u b’hekk il-kompetizzjoni ma tkunx tista’ ssir fl-istess sena. Min-naha l-ohra, jekk it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani tahbat mal-Kampjonati Ewropej allura ikun naturali li l-attenzjoni tal-Ewropa tmur fuq dawn il-Kampjonati u t-Tazza Afrikana titlef parti kbira mill-attenzjoni globali u d-dhul li di iggib maghha minn barra l-kontinent Afrikan.

Blatter qed jissuggerixxi li, apparti li l-kompetizzjoni tibda ssir fis-Sajf, tibda tigi organizzata fi snin farradi biex hekk ma tibqax tahbat maz-zewg kompetizzjonijiet il-kbar l-ohra. Dwar it-Tazza tad-Dinja Blatter enfasizza dwar il-problema ta’ dawk il-plejers Afrikani li jkollhom jilghabu fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani u t-Tazza tad-Dinja fl-istess stagun. Wara stagun mal-klabb taghhom li jkun jinkludi wkoll xahar ta’ mpenn fil-kompetizzjoni Afrikana, dawn il-plejers ma jaslux fl-ahjar kundizzjoni ghat-Tazza tad-Dinja u minhabba f’hekk ibatu huma, it-timijiet nazzjonali nfushom u l-livell tat-Tazza tad-Dinja. Dan se jigri sentejn ohra meta f’Jannar issir edizzjoni ohra tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani u fis-Sajf tal-istess sena issir it-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t’Isfel.

Dawn il-proposti ta’ Blatter ma tantx qed jinzlu tajjeb mal-Konfederazzjoni Afrikana. Il-President tal-CAF Issa Hayatou qal li sakemm idum President hu, “…l-akbar festa ta’ futbol fl-Afrika mhux se tinbidel”. L-awtoritajiet tal-futbol Afrikan jghidu li l-istagun tax-xita f’hafna pajjizi Afrikani matul Gunju u Lulju jaghmilha mpossibbli li l-kompetzzjoni tigi organizzata fis-sajf. Hayatou jghid li, “…hekk kif diversi kampjonati Ewropej jieqfu fix-xitwa ghax il-grawnds ikunu ffrizati, ahna nieqfu ghax il-grawnds ikunu mifqugha bl-ilma”

F’dan kollu hemm element ta verita u t-temp jista’ tassew ikun problema. Madanakollu inhass ukoll in-nuqqas ta’ volonta mill-Afrika li tikkopera mal-FIFA biex issolva din il-problema. Ic-Champions League tal-Afrika tibda f’Gunju u tispicca f’Novembru fil-waqt li l-loghob ta’ kwalifikazzjoni ghall-istess Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani jintlaghab fis-Sajf u dan juri li t-temp wahdu ma jwaqqafx il-futbol fl-Afrika. Huwa ovvju ghalhekk li t-temp mhux l-uniku raguni biex it-turnament jintlaghab kif qed jintlaghab fil-prezent u wara l-isistenza tal-CAF hemm ukoll l-interessi finanzjarji.

L-Afrikani jafu li jekk it-turnament jibda jsir fis-Sajf dan ikollu jikkompeti ma’ avvenimenti ohra kbar fid-dinja sportive. Jekk ma jkunux it-Tazza tad-Dinja jew il-Kampjonati tan-Nazzjonijiet Ewropej jistghu ikunu avvenimenti ohra bhal-Copa America jew l-Olimpjadi. Jekk it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ssir fl-istess zmien ta’ xi wiehed minn dawn l-avvenimenti zgur li titlef hafna mill-attenzjoni li tircievi llum u minhabba f’hekk jintilfu wkoll hafna flus.

Il-flus huma wkoll ir-raguni li l-kompetizzjoni ssir kull snetejn flok kull erba’ snin. Minhabba din il-frekwenza hemm aktar pajjizi li ghandhom l-opportunita li jorganizzaw din il-kompetizzjoni u hekk jircievu ghajnuna finanzjarja biex itejjbu l-infrastruttura taghhom u naturlament jigbdu n-negozju w kummerc lejn pajjizhom waqt il-kompetizzjoni. Hafna mill-pajjizi Afrikani huma foqra u l-investiment li jista jigi permezz ta’ kompetizzjoni internazzjonali bhat-Tazza tan-Nazzjonjiet Afrikani huwa meqjus bhal manna mis-sema.

Il-Konfederazzjoni Afrikana ghandha kull dritt tipprotegi lilha nfisha u taghmel dak li hu fl-ahjar interess taghha u l-pajjizi li thaddan. La Blatter u lanqas il-klabbs Ewropej m’ghandhom dirt jindahlu fit-tmexxija ta’ din il-Konfederazzjoni biex jissalvagwardjaw l-interessi taghhom. Il-fatt li t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ssir kull sentejn u f’Jannar mhix xi skoperta tal-bierah u l-klabbs Ewropej ikunu jafu b’dan kull meta jakkwistaw plejers Afrikani. Hija ironika kif klabbs Ewropej l-ewwel jakkwistaw plejers mill-kontinent Afrikan u mbaghad igergru ghax dawn jitilqu biex jirraprezentaw lil pajjizhom f’dik li l-plejers Afrikani jaraw bhala t-Tazza tad-Dinja taghhom.

Min-naha l-ohra pero il-Konfederazzjoni Afrikana trid toqghod attenta li ma tkunx qed tisparha ghal saqajha stess frott il-pika mal-FIFA u mal-klabbs Ewropej. Meta Blatter tkellem dwar il-kundizzjoni tal-plejers li jilghabu fl-Afrika f’Jannar u fit-Tazza tad-Dinja fis-sajf tal-istess sena kellu ragun biex ibiegh. Illum kulhadd jilmenta mil-fatt li l-plejers qed jilghabu hafna loghobiet u minhabba f’hekk, minbarra l-kundizzjoni fizika tal-istess plejers, qed ibati wkoll il-livell tal-loghob. Plejer involut fil-kompetizzjonijiet domestici mal-klabb tieghu, possibilment fic-Champions League jew fit-Tazza UEFA u f’turnment internazzjonali mat-tim nazzjonali f’nofs l-istagun ma jistax jasal fl-ahjar kundizzjoni ghall-finali tat-Tazza tad-Dinja fis-sajf tal-istess sena. Dan jista’ jwassal ghal prestazzjonijiet u rizultati negattivi mill-pajjizi Afrikani li eventwalment minnhom tbati wkoll il-Konfederazzjoni Afrikana.

L-insistenza tal-CAF fuq il-format prezenti tat-turnament taghha tista’ twassal ukoll biex klabbs kbar Ewropej jjibdew jahsbuha darbtejn qabel jakkwistaw plejer Afrikan. L-ebda klabb ma jiehu gost ihallas il-miljuni fi trasferimenti u pagi biex imbagahd il-plejer jitlaq ghal xahar fl-aktar zmien krucjali. Il-klabbs jistghu jitfghu l-attenzjoni taghhom fi swieq ohra u hekk jibdew jonqsu l-opportunitajiet ghall-plejers ta’ talent Afrikani li jhallu pajjizhom biex jilghabu f’kampjonati akbar fejn jghollu l-livell taghhom u eventwalment il-livell tat-tim nazzjonali.

Jekk dawn il-plejers jonqsu, awtomatikament tonqos ukoll l-attenzjoni tal-Ewropa fuq it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Kif diga ghidna hafna mill-attrazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni fil-kontinent taghna gejja mill-fatt li hemm hafna plejers jilghabu mal-aqwa klabbs Ewropej. Jekk dawn jitnaqqru b’mod konsiderevoli u l-kompetizzjoni ssir mimlija plejers li ftit li xejn ikunu maghrufa barra l-Afrika, tmajna wkoll l-attrazzjoni tal-kompetizzjoni u maghha jmajna d-dhul li jidhol minn barra l-kontinent Afrikan.

Il-klabbs Ewropej jistghu iwettqu wkoll pressjoni sottili fuq il-plejers Afrikani taghhom biex jibdew jinjoraw din il-kompetizzjoni u hekk tonqos hafna l-kwalita tat-turnamnent. Dan diga jigri f’kompetizzjonijiet ohra bhal Copa America u l-loghob ta’kwalifikazzjoni ghat-Tazza tad-Dinja fil-grupp tal-Amerika t’Isdfel fejn hafna plejers bbazati fl-Ewropa jaghzlu li ma jinghaqdux mat-tim nazzjonali ghal dan il-loghob.

Il-Konfederazzjoni Afrikana ghandha tissalvgwardja l-interessi finanzjarji u t-tradizzjonijeit taghha izda ghandha wkoll tissalvagwardja l-futur fit-tul taghha u tal-plejers li thaddan. Id-dirigenti tal-futbol Afrikan ghandhom ikunun ftit aktar flessibbli u jpoggu bil-qieghda mal-FIFA biex jahdmu fuq kalendarju internazzjonali li, kif qal Blatter, jissodisfa l-interessi ta’ kulhadd. Dan m’ghandux jitqies bhala sottomissjoni servili ghal FIFA izda pass li jaghmel sens fl-interess tal-plejers Afrikani u t-timijiet nazzjonali taghhom stess.
Mark Mizzi