Saturday, November 29, 2008

Zjara f'Londra

Bhalissa ninsab fuq zjara f'Londra fejn, fost l-ohrajn, kelli cans nara Chartlon v Sheffield United (2-5), Tottenham v Blackburn (1-0), QPR v Charlton (2-1) u ghada nara Tottenham v Everton. Dawn huma ftit ritratti li hadt waqt din iz-zjara. Nittama li fil-jiem li gejjin ikolli cans inpoggi aktar ritratti u inf0rmazzjoni.













Esperjenza f'The Valley

Dan l-artiklu ta' Mark Mizzi deher f' L-Orizzont tal-Hamis 27 ta' Novembru 2008

Fil-pagna tal-lum ippermetuli nirrakonta esperjenza personali li ghadni kif ghaddejt fil-kapitali Ingliza Londra. Kif jaf kull min mar l-Ingilterra, l-inzul fl-ajruport ta’ Heathrow rari jkun fil-hin. It-traffiku tal-ajru huwa intensiv wisq u hafna drab l-ajruplan ikollu joqghod idur fil-vojt sakemm jinghata permess jinzel Meta tidhol flt-terminal ‘il bicca l-kbira ssib kju mhux hazin ghall-kontroll tal-passaport u mbaghad ikun fadal stennija ohra pjuttost twila biex tasal il-bagalja. Jekk ma tkunx se tuza t-tube iku fadallek teghleb il-problema u l-frustrazzjoni li jaf joffri t-traffiku f’Londra sakemm tasal fil-lukanda.

Ghalfejn qed nghid dan kollu? Qieghed nipprova niggusitifika ruhi ghall-fatt li wasalt Londra s-Sibt minghajr ma kont pjannajt li nara xi loghoba. Hsibt li l-hin mhux se jippermettili u ghalhekk ma ppjanajt xejn. Izda dak li ma stennejtx gara. L-ajruplan wasal fil-hin, il-bagalji waslu mill-ewwel u t-traffiku donnu m’ghazilx it-toroq li ghaddejt minnhom jien.

Wasalt il-lukanda u malajr mort nara l-fixtures tat-timijiet ta’ Londra. Fost l-ohrajn kien hemm Chelsea kontra Newcastle izda kont naf li l-biljetti kienu mibjugha kollha. Inzilt ftit l-isfel fil-programm ta’ loghobiet u ddecidejt li nerhilha lejn in-naha t’isfel ta’ Londra. Destinazzjoni The Valley, Charlton ghal-loghoba tac-Championship bejn Charlton Athletic u Sheffield United. Minhabba l-pozizzjoni ta’ Charlton fil-klassifika, dan l-istejdjum mhux qed ikun mimli u allura tlaqt bit-tama li nixtri biljett mad-dhul.

L-aktar alternattiva prattika biex tasal The Valley hija li taqbad it-tren minn Chairng Cross li tiehdok dirett Charlton. L-istejdjum jinsab ftit ‘il boghod mill-famuza Dome izda difficli tarah mit-toroq principali. The Valley ma jismux hekk ghalxejn. Fil-fatt kull triq li twasslek ghalih hija ghan-nizla u ma nkunx qieghed nesagera jekk nghid li l-istejdjum qieghed go hofra, jew ahjar, f’wied. Izda r-raguni wara l-isem The Valley hija ohra, u din narawha aktar ‘il quddiem.

L-ewwel li laqatni kif hrigt mit-tren kien il-ksieh kbir li kien qed jahkem. U dan ma kontx qed inhossu jien biss ghax mhux imdorri f’din il-klima. L-Inglizi li kienu mexjin lejn l-istejdjum ukoll kienu mkeffnin minn rashom sa saqajhom. Kulhadd miexi b’rasu baxxuta, idejh fil-bwiet u b’pass mghaggel biex jishon xi ftit.

Xi haga differenti minn stejdja ohra li zort fl-Ingilterra huwa l-fatt li l-bini innifsu tal-istejdjum huwa mdawwar bit-turnstiles. It-turnstiles m’humiex parti mill-grawnd innifsu izda jiffurmaw perimetru madwaru. Il-biljett jinqata minn dawn it-turnstiles u meta tghaddi tispicca bejn dan il-perimetru u l-istejdjum. F’din l-area wiehed isib il-hwienet tal-kafe, ikel, toilets, ufficini tal-bookmakers u xi hwienet tas-souverniers. Affarijiet li f’hafna stejdja ohra issibhom fuq geww fl-concourses li jdawwru l-istands. Biex tidhol fis-sezzjoni tieghek ma jergghux isiru kontrolli izda sempliciment tidhol u ssib postok.

The Valley ghandu storja interessanti hafna. Wara li kienu uzaw diversi grawnds Charlton bdew juzaw dan l-istejdjum fl-1919. Il-klabb kien qed ifittex sit biex ikollu l-stejdjum tieghu u sab pit tar-ramel u l-gibs abbandunata. Il-klabb pero ma kellux il-finanzi biex jizviluppa din l-art fi stejdjum u ghalhekk grupp ta’ voluntiera meddew idejhom ghax-xoghol u haffru n-nofs tas-sit sabiex isir il-picc. Huma wzaw il-materjal li qalghu biex jibnu l-gnub tal-istejdjum. Aktarx li originarjament dan il-metodu wassal biex il-grawnd gie jixbah ‘il wied u kien minn hemm li aktarx tfacca l-isem The Valley.

L-ewwel loghoba ta’ Charlton f’The Valley intlaghabet minghajr ma kien ghad hemm ebda seating jew kif kienu dakinhar terraces u l-picc kien imdawwar b’habel. Biex jaraw il-loghgob l-ispetatturu kienu joqoghdu wara l-habel fuq il-munzelli ta’ materjal li kien inqala’ biex sar il-picc.

Ghal snin twal The Valley kien l-akbar grawnd tal-futbol f’Londra u kien jesa’ madwar 75,000 spettatur. L-East Stand, jew ahjar, fic-cirkostanzi ta’ dak iz-zmien, l-East Bank, kienet certament l-akbar stand fl-Ingilterra. Madanakollu is-snin li Charlton ghamlu barra mill-oghla livelli tal-futbol Ingliz swewhom qares u minhabba f’hekk qatt ma kien hemm il-finanzi biex issir rinovazzjoni fl-istejdjum. Eventwalment il-klabb falla u aktar tard inxtara minn trust maghmula mill-partitarji.

F;dan il-perjodu The Valley baqa’ propjeta tas-sid ta’ qabel. Il-klabb ma kellux il-finanzi biex jaghmel it-tibdiliet li kien hemm bzonn halli l-istejdjum jilhaq il-livelli mehtiega ta’ sigurta u ghalhekk Charlton kellhom imorru jilghabu f’Selhurst Park ta’ Crystal Palace.

Fl-1988 The Valley rega’ waqa’ taht idejn il-propjetarji tal-klabb u ghal darba ohra il-partitarji vvolontarjaw ruhhom biex inaddfu l-picc. Madanakollu l-istands kien ghadhom antiki u l-partitarji pproponew li jibnu stejdjum gdid madwar il-picc ezistenti izda l-Kunsill tal-lokalita’ ta’ Greenwich irrifjuta din il-proposta.

Din it-talba kienet giet michuda u hawnhekk il-partitarji tal-Addicks sahansitra dahlu fil-politika biex jilhqu l-objettiv taghhom. Il-partitraji ffurmaw il-partit politiku taghhom biex jikkontestaw l-elezzjoni lokali ta’ Greenwich. Dan il-partit rebah kwazi 15,000 vot fl-elezzjoni tal-1990 u eventwalment irnexxielu jaghmel il-pressjoni necessarja biex il-Kunsill japprova l-pjani ghall-istejdjum il-gdid.

Il-bini fuq The Valley il-gdid beda fl-1991u sadanittant Charlton telqu minn Selhurst Park biex bdew jilgabu l-loghob home taghhom fil-grawnd ta’ West Ham, Upton Park. Charlton irritornaw fid-dar spiritwali taghhom fl-1992 u minn dakinhar lil hawn The Valley ghadda minn aktar zvilupp strutturali.

Tista’ tghid l-North Stand, East Stand u West Stand gew mibninija mill-gdid biex il-grawnd gie jesa’ 27,000 spettatur. Il-klabb kellu pjani wkoll li jkabbar l-East Stand u jerga’ jibni s-South Stand biex The Valley isir jesa’ 40,000 izda b’Charlton fic-Championship u minghajr tant tamiet li jirritornaw mal-kbar dan l-istagun, wiehed ghad irid jara meta dawn il-pjani se jsiru realta.

Lura ghal-loghoba, din ma tantx kienet xi wahda memorabbli ghal Charlton ghax fiha sfaw meghluba minn Sheffield United 5-2. Il-wirja tal-Addicks kienet fqira ghall-ahhar u kien biss meta l-iscore kien 5-1 u kollox kien mitluf li huma ghamlu xi ftit tar-reazzjoni izda dan naturalment kien ftit u tard wisq.

Il-partitarji xejn ma hadu gost bil-wirja u ma tistax ma ttihomx ragun. Dan mhux ghax tlfu izda ghal mod kif gew il-gowls fejn donnhom Sheffield United skurjaw kif u meta riedu b’mod facli u bid-difiza ta’ Charlton komplici fl-azzjonijiet. Bdejt nitkellem ma’ partitarji li kienu hdejja u qaluli li fil-loghobiet ta’ Charlton qatt ma kien hemm dak l-ammont ta’ ibbujar f’loghobiet home. Charlton kien ghadhom gejjin minn telfa ohra f’darhom u l-partitarji ma felhux aktar.

Id-diskussjoni bejn iz-zewg partitarji li kienu hdejja kienet interessanti. Ma’ kull pass hazin u ma kull gowl soffert wiehed minnhom beda jinghaqad mal-maggoranza fil-grawnd jghajjar lil maniger Alan Pardew u jappella biex dan jitkecca. L-ghajta “Pardew out” bdiet tidwi madwar The Valley b’mod regolari. Ir-reazzjoni ta’ siehbu keient differenti. Dan deher rassenjat ghal kollox. Dar fuqi u qalli li inutli li jehel Pardew ghax il-verita hi li Charlton m’ghandhomx il-materjal necessarju biex jilghabu fic-Championship.

Meta waslet biex tispicca l-loghoba u, min kien ghadu fil-grawnd jissaporti l-kesha enormi u l-umiljazzjoni, qam biex jitlaq dawn iz-zewg hbieb godda tieghi daru lejn xulxin u ftehemu li jiltaqghu fil-loghoba li jmiss. Wiehed qal lill-iehor li meta jergghu jiltaqghu ma jahsibx li Pardew se jkun ghadu jmexxi t-tim. U hekk kien. Madwar 300 partitarju baqghu fl-istejdjum jipprotestaw kontra Pardew Wara l-loghoba harget l-ahbar li Pardew tnehha mill-kariga tieghu bi ftehim bejnu u bejn il-klabb.

Il-loghoba kontra Sheffield United kienet it-tminn wahda konsekkuttiva bla rebha ghal Charlton. Dan l-istagun Charlton ga tilfu 10 loghobiet tal-kampjonat fil-waqt li fil-League Cup hima sfaw eliminati minn Yeovil. Pardew, li ghandu 47 sena, fil-waqt li qal li r-rekord tieghu mal-klabb kien tajjeb, ammetta li dan l-istagun kien qed isibha difficli hafna. Pardew qal li hu inghaqad ma’ Charlton meta dawn kienu qabdu it-triq tan-nizla u hu ma rnexxielux iwaqqaf dan ir-rigress.

Pardew inghaqad ma’ Charlton f’Boxing Day tal-2006 u, minkejja tentattiv denju biex izomm ‘il klabb fil-Premiership, dan ma rnexxielux jaghmlu. Il-falliment ta’ Pardew f’dak l-istagun kien ukoll rizultat tal-bidu hazin li kellu t-tim taht it-tmexxija ta’ Ian Dowie u mbagahd Les Reed. L-istagun li ghadda Charlton ma rnexxielhomx jaslu sal-playoffs u z-zewg staguni fallimentari wasslu biex Charlton tilfu l-flus. Rizultat ta’ dan huma tilfu wkoll uhud mill-ahjar plejers taghhom. Biex tkompli tigi hazina ghall-klabb, apparti li ghandhom dejn ta’ madwar €20 miljun, ix-xahar li ghadda tilfu cans tad-deheb li jdawwru r-rotta hekk kif il-kumpanija bbazata f’Dubai Zabell Investments ma komplewx bl-nteress taghhom li jixtru l-klabb.

Pardew accenna li n-nuqqas ta’ finanzi u t-telf ta’ plejers importanti kienu x-xkiel principali li minhabba fihom l-avventura tieghu ma’ Charlton ma kinitx is-sucess mixtieq. Qabel ma kien jaf li se jitkecca Pardew kien qal li r-ragunijiet principali ghall-pozizzjjoni prekarja ta’ Charlton kienu l-bejgh ta’ plejers importanti u l0inabilita tal-akkwisti l-godda tieghu li jissetiljaw. Huwa qal li t-telfa ta’ Andy Reid f’nofs l-istagun li ghadda kellha effett negattiv fuq il-plejers. Paerdew qal ukoll li minhabba li ma waslux sal-playoffs, dan l-istagun huwa ma setghax isahhah it-tim kif jixtieq. Fuq kollox, kompla Pardew, huwa tilef lic-Ciniz Zheng Zhi. Minkejja dan kollu Pardew qal li kien jistenna akar mill-plejers l-ohra, kemm godda u kemm m’humiex.

Fuq dan nerga nigi ghall-esperjenza tieghi fil-loghoba li rajt fi tmiem il-gimgha u jkolli nghid li Pardew ghandu punt validissimu. Dan huwa l-istess punt li kellhom il-partitarji. Pardew kien diplomatiku izda l-partitarji ma kienux u bdew jaghmluha cara mal-plejers li m’humiex denji li jilbsu l-flokk ta’Charlton. L-impressjoni li hadt kienet ta’ grupp ta’ plejers li m’humiex jippruvaw. Kemm ‘il darba ghidna li huma l-plejers li jaghmlu jew ikissru ‘ l kowc. Jista’ jkun l-aqwa maniger tad-dinja ghax jekk il-plejers ma jaghtux il-mija fil-mija taghhom u ma jilghabux ghalih is-success mhux se jasal u il-maniger jispicca jdabbar is-sensja.

Huwa minnu li n-nuqqasijiet li rajt f’Charlton jista’ jkun li gejjin min-nuqqas ta’ kunfidenza li minn naha taghha tkun gejja minn serje ta’ rizultati negattivi. Jekk inhu hekk, il-plejers ma tantx urew li jridu jiggielduha u l-wirja taghhom fil-grawnd uriet car li qalbhom ma kinitx hemm. U hekk ergajna spiccajna bl-istorja tas-soltu- tkeccija tal-maniger rizultat ta’ cirkostanzi finanzjarji difficli u nuqqas ta’ mpenn mill-plejers.

Wiehed jittama li l-maniger il-gdid jirnexxielu jdawwar ir-rotta l-plejers jibdlu l-atitudni taghhom. Il-plejers ghandhom iqumu mill-apatija u l-letargja li qeghdin fiha u lill-maniger li jmiss jghinuh jikseb is-success. Jekk mhux ghalihom dan ghandhom jaghmluh ghall-partitarji li, mill-ftit li sirt nafhom, jixirqilhom ferm aktar minn dak li qed jiehdu fil-prezent.