Wednesday, January 16, 2008

MANIGER GDID GHAL NEWCASTLE





“Xtrajt lil dan il-klabb biex niehu gost imma ma tantx kont qed niehu gost. Issa ghamilt dak li messni ghamilt fil-bidu u ddecidejt li mmexxi ‘l klabb kif nixtieq jien”. Dawn kienu l-ewwel kummenti li ta is-sid ta’ Newcastle United Mike Ashley wara t-tkeccija tal-maniger Sam Allardyce.

Ashley qal li meta xtara lil Newcastle United l-istint tieghu kien li jdahhal grupp ta’ nies maghzula minnu biex imexxu t-tim izda hu injora l-istint u halla n-nies li kien hemm qabel. Ashley qal li hu jrid tim li jhabbatha ma’ Chelsea u Manchester United u sal-lum nefaq madwar 250 miljun lira sterlina biex jara l-holma tieghu issir realta. Ir-rizultati ghamluha ovvja li l-klabb ma kienx miexi fid-direzzjoni biex din il-holma ssehh.

Mike Ashley huwa sid differenti ghal kollox mis-sidien l-ohra tal-klabbs Inglizi. Ashley xtara l-klabb izda qaghad kemm jista jkun ‘il boghod mit-tmexxija ta’ kuljum. Il-klabb qed jitmexxa mic-cermen Chris Mort u Ashley s’issa pprefera jagixxi ta’ partitarju fejn rajnieh isegwi l-loghob ta’ Newcastle minn qalb it-Toon Army liebes il-flokk tal-Magpies. Kif jghid hu stess, Ashley ma tantx ihossu komdu mal-etikett u l-protokoll li jimxu fuqu dirigenti ohra ta’ klabbs u jippreferi jkun mal-partiarji milli qalb il-glekkijiet u l-ingravati.

Ashley qed jipprova jghix f’utopija fejn il-passjoni ghat-tim hija kollox. Ir-realta hija differenti hafna minn hekk u fil-futbol tal-lum id-decizjonijiet li jittiehdu fil-boardrooms u l-politika li tezisti fil-loghoba huma element importanti daqs dak li jigri fil-picc. Sid ta’ klabb irid juri l-awtorita tieghu u jkun assertiv fit-tmexxija tal-klabb ghax fin-nuqqas ta’ dan, bil-mod il-mod, tibda diehla l-apatija, l-indifferenza u n-nuqqas ta’ motivazzjoni f’setturi different tal-klabb li jirriflettu wkoll fir-rizultati.

Illum mhux se nidhlu fil-mertu dwar jekk Ashley ghamilx tajjeb jew le li nehha lil Allardyce. Dan ktibna dwaru diga. Is-success ta’ Allardyce kien li stabilixxa lil Bolton fil-Premiership izda l-partiarji u l-klabb ta’ Newcastle jixirqilhom ferm aktar minn hekk. Allardyce huwa kowc pjuttost difensiv u dan imur kontra l-mentalita tal-klabb u l-partitarji li jippretendu li jaraw futbol offensiv u attraenti.

Il-fatt li Allardyce ma kienx l-ghazla ideali ta’ Newcastle ma jistax jitqies bhala responsabbilta ta’ Ashley ghax dan ma kienx l-ghazla tieghu. Ir-responsabbilta tieghu kienet meta, kif qal hu stess, ma hatarx lin-nies li xtaq hu mill-ewwel. Imma issa dan ghadda u Ashley qed jiffaccja responsabbilta gdida. Il-biljunarju li fl-eta ta’ 41 sena huwa stmat li ghandu madwar 1.6 biljun lira sterlina, irid jahtar il-bniedem li ghandu jwassal biex il-holma ta’ kull min ghandu ghal qalbu il-klabb tan-naha ta’ fuq tal-Ingilterra issir realta u Newcastle jergghu jibdew jilghabu futbol attraenti u fuq kollox jitqiesu bhala kontendenti ghall-unuri.

Din l-ghazla mhux se tkun wahda facli u Ashley irid joqghod attent kontra zewg ghedewwa kbar li ghandu kontrih. Dwn huma n-nuqqas ta’ esperjenza fit-tmexxija ta’ klabb tal-futbol u l-passjoni li ghandu lejn l-istess klabb.

In-nuqqas ta’ esperjenza kien diga hareg car qabel it-tkeccija ta’ Allardyce. Kif diga ghidna, fil-waqt li s-sapport minn qalb il-partitarji jista’ jinzel tajjeb mal-istess partitarji, din mhux tip ta’ tmexxija effettiva ghax min irid ‘il klabb tieghu jimxi ‘l quddiem ghandu jkollu x’jaqsam aktar mat-tmexxija diretta tal-klabb u jkun fil-qalba ta’ dak kollu li jkun ghaddej fil-kuriduri tal-poter.

Dan in-nuqqas ta’ esperjenza kompla deher bir-rifjut ta’ Harry Redknapp li ma laqghax l-offerta ta’ Newcastle u pprefera jibqa’ jmexxi lil Portsmouth. Illum hareg bic-car li Redknapp kien l-ewwel ghazla ta’ Ashley. Iz-zewg partijiet tkellmu fuq il-possibilta li Redknapp isir il-maniger il-gdid ta’ Newcastle izda wara ftit jiem ta’ kunsiderazzjoni il-maniger ta’ Portsmouth iddecieda li jibqa’ fejn hu. Din id-decizjoni hasdet ghal kollox lil Ashley u shabu li immaginaw li l-attrazzjoni tal-isfida li joffri l-klabb taghhom u s-salarju offrut kienu se jkunu bizzejjed biex jikkonvincu lil Redknapp. Redknapp pero hasibha mod iehor u dan kollu wera li d-dirigenti ta’ Newcastle ma kienux ghamlu x-xoghol preparatorju qabel nehhew lil Allardyce mill-kariga tieghu.

Forsi Newcastle bezghu minn dak li gara lil Tottenham meta dawn inkixfu li kellmu lil Juande Ramos meta Martin Jol kien ghadu fil-kariga tieghu. F’dinja ideali dawn l-affarijiet ma jsirux izda l-futbol jinsab f’dinja reali u mhux ideali. Tottenham gew imsallba mill-midja Ingliza meta nkixfu n-negozjati ma’ Ramos izda dak li jinteressa lill-klabb kien li hekk kif telaq kowc, kien hemm iehor lest biex jehodlu postu.

L-istess jidher li qed jaghmlu Liverpool. Minkejja d-dikjarazzjonijiet pubblici dwar futur garantit ghal Benitez mal-klabb, il-kurrenti li hemm ghaddejin minn wara l-kwinti jixhdu mod iehor. Kif qalu diversi manigers, inkluz Allardyce, huma jahdmu f’business tar-rizultati u jekk dawn ma jigux ikunu qed jissugraw posthom. Ir-rizultati ghal Benitez mhux jigu u l-holma tal-bidu tal-istagun li Liverpool ikunu fost il-favoriti ghar-rebh tal-kampjonat bdiet tisfuma fix-xejn.

Tom Hicks, li huwa wiehed miz-zewg sidien ta’ Liverpool, qal li Liverpool kienu tkellmu ma’ Jurgen Klinsmann qabel dan iddecieda li jsir il-kowc ta’ Bayern Munich mill-istagun li gej. Hicks qal li f’Novembru, meta Liverpool kienu sejrin hazin fil-kampjonat u kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn is-sidien u Benitez, huma ddecidew li jitkellmu ma’ Klinsmann. Hicks qal li ppruvaw jorbtu lill-ex kowc tat-tim nazzjonali Germaniz biex jinghaqad maghhom f’kaz li Benitez jiddeciedi li jhalli l-klabb izda z-zewg partijiet qatt ma waslu ghal dan il-ftehim.

Hicks kompla li wara dan kien hemm laqghat ohra ma’ Benitez fejn gew iccarati d-differenzi kollha mal-maniger Spanjol u issa kulhadd jinsab wara Benitez biex Liverpool jiskbu s-success. Jekk Hicks u Gillette riedux lil Klinsmann f’kaz li jitlaq Benitez jew inkella ppruvawx jikkonvincuh jinghaqad maghhom biex ikunu jistghu inehhu lil Benitez jafuh Hicks u Gillette biss. Hi x’inhi l-verita, il-fatt jibqa’ li Hicks u Gillette riedu jkunu certi li f’kaz li Benitez ma jibqax maghhom, il-klabb ikollu maniger lest biex jehodlu postu. Newcastle m’ghamlux hekk u r-rifjut ta’ Redknapp hallihom ifittxu maniger gdid.

L-ghadu l-iehor li ghandu Ashley huwa l-passjoni li ghandu hu stess ghall-klabb ta’ Newcastle. Ashley qal li jrid lit-tim tieghu jerga’ lura ghall-istil li kienu jilghabu bih that il-maniger Kevin Keegan ghax skond hu, dak iz-zmien Newcastle kienu jilghabu futbol li jigi ammirat minn kulhadd. Dan jista’ jkun minnu izda b’dan il-futbol attraenti kollu Newcastle xorta qatt ma rebhu xejn u meta kienu qrib li jirbhu l-kampjonat irnexxielhom jitilfu vantagg sostanzjali fl-ahhar ftit loghobiet biex it-tragward finali intlahaq minn Manchester United.

Il-futbol ta’ Keegan kien attraenti u offensiv izda dan ma kienx garanzija tas-success. In-nuqqas ta’ tatticizmu kien car u llum dan sar element importanti aktar milli kien fi zmien Keegan. Ashley nsista li hu jrid ikun parti mill-passjoni li jiggenera l-klabb ta’ Newcastle izda din il-passjoni m’ghandhiex isservi ta’ ghamad quddiem ghajnejh meta jigi biex jiddeciedi dwar il-maniger li jmiss. Keegan, Alan Shearer u anki Graeme Souness huma fost dawk li qed jissemmew li jistghu jiehdu t-tim f’idejhom.

Jista’ jkun li dawn huma biss spekulazzjoni u l-miri ta’ Ashley huma differenti ghal kollox minn dak li qed tirraporta l-midja. Madanakollu il-mod li bih qed jitkellem Ashley bil-fors igieghlek tahseb f’dawn il-meqjusa leggendi ta’ St. James Park.

F’dawn ic-cirkostanzi Ashley irid ihalli qalbu fil-genb u jiddeciedi b’mohhu. Il-fatt li Alan Shearer ghamel isem kbir bhala plejer ma’ Newcastle ma jaghti l-ebda garanzija li se jkun maniger tajjeb fil-waqt li r-rekords u l-karatteristici ta’ Keegan u Souness ma tantx jawguraw li St.James’ Park jista’ jerga’ jara l-glorja taht xi hadd minnhom.

Ashley ghandu jmur ghal-maniger kontinentali ta’ stoffa u li diga rebah. Kif nghidu dejjem biex klabb kbir ikollu s-success irid ikollu kowc kbir. Jekk irid jirbah Ashley irid jahseb kbir u jgib maniger li jista jikseb ir-rispett tal-plejers. Irid ikun kowc li l-plejers iharsu lejh bhala xi hadd li jaf kif ghandu jirbah u jemmnu li bhal ma wasal ghas-successi ma’ klabbs ohra jista’ jasal ukoll bihom. Dan ma setgghux jaghmluh ma’ Allardyce ghax dan qatt ma rebah xejn. B’kowc b’rekord tajjeb fix-xena domestiika w internazzjonali il-plejers ikunu aktar motivati biex jilghabu ghalih ghax jemmnu li jistghu jaslu ghas-success.

Wahda mill-problemi ta’ Newcastle dejjem kienet li, minkejja li jonfqu l-miljuni, dejjem hadu plejers li, ghalkemm ikunu ta’ isem, ikunu gew skartatai mill-klabbs li jirbhu. Jekk Ashley irid jikkompeti ma Chelsea, Manchester United, Liverpool u Arsenal ma jistax jixtri plejers li jkunu gew skartati minn dawn l-istess timijiet. B’kowc ta’ certu profil u isem il-klabb jista’ jsir aktar attraenti ghal plejers kbar u hekk jibdew jigu akkwistati plejers li verament jaghmlu d-differenza ghal Newcastle.

Jekk Newcastle igibu kowc minn barra l-Ingilterra hadd ma jista’ jakkuzahom li mhux qed jaghtu cans lill-kowcis Inglizi. L-ewwel mira ta’ Newcastle kienet maniger Ingliz izda dan m’accettax l-isfida. Smajna hafna gustifikazzjonijiet minn Redknapp stess u minn ohrajn li ddefendewh. Fosthom hemm l-eta, il-fatt li Newcastle huwa ‘l boghod minn Portsmouth, il-familja, il-lealta tieghu lejn il-plejers u l-klabb ta’ Portsmouth u hafna ohrajn.

Redknapp kellu kull dritt jiehu d-decizjoni li ha izda f’termini ta’ futbol jibqa’ l-fatt li wiehed mill-akatr kowcis Inglizi meqjusa tajbin kellu cans li jiehu f’idejh klabb kbir u jerga’ jwasslu ghall-glorja li tixraqlu izda pprefera l-hajja komda ma’ Portsmouth fejn m’ghandu l-ebda pressjoni u hadd ma jistenna xejn straordinarju minnu.