Tuesday, November 20, 2007

Il-Football fir-Russja

Ir-rebha tar-Russja fuq l-Ingilterra f’Moska fil-loghoba ta’ kwalifikazzjoni ghall-Kampjonati Ewropej wasslet ghas-soltu kritika fuq il-kowc tat-tim nazzjonali Ingliz u fuq it-tim innifsu. Il-midja internazzjonali, partikolarment dik Ingliza, fethet attakk sfrenat kontra McClaren, it-tim u l-futbol Ingliz in generali.

Din il-kritika, fejn kienet kostruttiva, kienet gusta izda l-attenzjoni fuq l-aspett negattiv tat-tim nazzjonali Ingliz tfiet fattur iehor li qed johrog fic-car bil-mod –il mod u dan huwa l-progress li qed jaghmel b’mod gradwali il-futbol fir-Russja.

Fuq quddiem fl-imbuttatura lill-futbol Russu hemm il-biljunarju Roman Abramovich. Abramovich mhux l-ewwel darba li gie kkritikat li flusu nvestihom barra r-Russja u nesa ‘l futbol f’pajjizu izda dan huwa ferm ‘il boghod mill-verita. Abramovich qed jaghmel hafna biex jghin ‘il futbol Russu jimxi ‘l quddiem u minbarra li ffinanzja t-twaqqif tal-akkademja nazzjonali, kien strumentali wkoll biex l-Olandiz Gus Hiddink sari il-kowc tat-tim nazzjonali Russu. Abramovich ghandu pjan li jbiddel il-futbol fir-Russja sas-sena 2014 bl-ewwel fazi tilhaq il-kulminu taghha fit-Tazza tad-Dinja tal-2010.

Gus Hiddink huwa centrali fil-pjan ta’ Abramovich u wiehed jista jghid li dan huwa l-ahjar haga li qatt setghet tigri lill-futbol Russu fl-ahhar snin. Dan il-kowc bravu jinsab kuntent hafna fir-Russja u dan huwa kkonfermat mill-fatt li ghadu kif iffirma kuntratt gdid ta’ sentejn mal-federazzjoni Russa. Hiddink qed ihares lejn l-avventura tieghu fir-Russja mhux biss bhala l-bniedem li qed imexxi t-tim nazzjonali izda bhala missjoni biex jiehu l-futbol fil-pajjiz fuq livelli oghla.

Ironikament Hiddink kien issemma’ li jista’ jsir il-kowc tat-tim nazzjonali Ngliz wara Sven Goran Eriksson izda meta nhatar kowc tar-Russja huwa ddikkjara li huwa ferm kburi li nghata c-cans li jikkontribwixxi biex jizviluppa l-futbol Russu u jerga’ jaghmel ir-Russja forza fil-futbol internazzjonali. Il-Federazzjoni Russa u Hiddink gharfu li t-tim nazzjonali huwa biss il-faccata li tirraprezenta dak li jkun ghaddej fil-futbol domestiku. Il-livell tat-tim nazzjonali huwa rizultat tal-livell tal-gheruq tal-futbol tal-pajjiz u Hiddink jaf tajjeb li biex joghla l-livell ma’ tistax thares lejn it-tim nazzjonali wahdu u izolat minn dak li qed jigri madwaru. Minhabba f’hekk Hiddink regolarment jattendi laqghat tal-oghla ufficcjali tal-Federazzjoni Russa. Huwa tkellem ukoll fit-tul ma’ rapprezentanti tar-regjuni differenti fir-Russja u sema’ l-ilmenti u s-suggeriminti taghhom dwar x’ghandu jsir biex jitjieb il-futbol fil-pajjiz. Hiddink se jkun involut fl-organizzazzjoni li minn wara l-Kampjonati Ewropej tal-2008 se tibda tahdem biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-loghoba infisha mill-bazi u x-xoghol se jibda mill-klabbs, organizazzjonijiet regjonali u mbaghad il-federazzjoni nazzjonali. Din hija r-ricetta ideali biex jitjieb il-football fil-pajjiz. Jekk ix-xoghol jibda mill-qiegh nett il-frott jibda gej wahdu. Inutli jsir hafna xoghol fuq il-pakkett ta’ barra jekk fl-istess pakkett il-kontenut ikun imnawwar.

Dak li gara fil-loghoba bejn ir-Russja u l-Ingilterra hareg kuntrasti kbar bejn iz-zewg pajjizi. L-Ingilterra, li suppost hija omm il-loghoba tal-futbol, uriet li fil-livell ta’ tim nazzjonali ghandha stil rigidu bi plejers li jhossuhom komdi f’sistema wahda biss u m’humiex kapaci jadattaw il-loghoba u s-sistema taghhom skond ic-cirkostanzi u l-oppozizzjoni.

Id-differenza bdiet minn qabel il-loghoba fejn l-ilmenti fil-kamp tat-tim nazzjonali Ngliz kienu dwar il-problemi ta’ injuries ta’ John Terry u Ashley Cole flimkien ma’ Emile Heskey li rritorna fl-iskwadra nazzjonali wara ezilju pjuttost twil. Dawn l-ilmenti jaslu fid-dawl tal-fatt li suppost il-kowc tat-tim nazzjonali Ingliz ghandu hafna aktar kwalita u kwantita minn fejn jaghzel milli r-Russja izda l-kummenti li hargu mir-Russja dwar l-injuries taghhom kienu ferm differenti.

Il-kowc Gus Hiddink tkellem dwar il-fatt li tilef liz-zewg midfielders Vladimir Bystrov u Ivan Saenko izda qal li din m’ghandhiex tkun problema. Hiddink ikkummenta li jista’ jkun li jkollu bzonn ibiddel xi ftit l-istil u l-istruttura tat-tim izda dan m’ghandux ikun problema ghall-plejers tieghu ghax huma flessibbli bizzejjed biex jadattaw ruhhom. Fi tnax –il xahar Hiddink bidel il-mentalita tat-tim Russu u l-plejers tieghu urew li kapaci jilgahbu bi tlieta, erba’ jew hamsa fid-difiza u l-istess f’nofs il-grawnd u b’wiehed, tnejn jew tlieta fl-attakk. Fi snin twal ta’ storja tal-futbol Ingliz din il-flessibilita ghadha ma dahlitx fil-mentalita Ingliza.

McClaren laghab b’zewg difensuri laterali li l-pozizzjoni naturali taghhom hija ta’ difensuri centrali izda dawn urew li, kuntarrju ghar-Russi, m’humiex flessibbli u n-nuqqas ta’ adattabilita tal-plejers kien ovvju ghal kullhadd b’Hiddink jghid li hu ha gost bil-formazzjoni ta McClaren ghax seta jisfrutta l-faxex, specjalment in-naha ta’ Joleon Lescott.

Hiddink qed jibda era gdida fit-tim nazzjonali Russu billi jsejjah plejers zghazagh li, fi kliemu stess, lesti li jaghtu kollox ghat-tim. Dawn huma plejers li Hiddink jista jghagen il-formazzjoni taghhom u m’ghandhomx kumplessi ta’ superjorita. Dawn il-plejers m’humiex plejers b’ideat rigidi ta’ kif ghandhom jilghabu l-loghoba izda huma miftuhha ghal ideat u sistemi godda li jkunu jinkludu l-obbligu li jilghabu f’pozizzjonijiet li mhux bil-fors ikunu mdorrijin fihom.

Il-futbol domestiku fir-Russja ukoll ha spinta ‘il quddiem. Minkejja li l-klabbs forsi ghadhom ‘il boghod milli jiccalingjaw bis-serjeta f’kompetizzjonijiet bhac-Champions League, zgur li fl-ahhar ftit snin il-livell u l-profil tal-futbol Russu ghamel passi ta’ ggant ‘il quddiem. Is-sors ta’ dan il-progress huma il-biljunarji li ghamlu fortuni kbar mill-privatizazzjoni tal-industriji tal-istat. Abramovivh kien attur principali f’dan is-settur ukoll ghax kien hu li fl-2003, permezz tal-kumpanija li dakinhar kienet tieghu Sibneft, sponsorja lil CSKA Moscow bi hdax –il miljun lira sterlina fis-sena biex ghin lil dan il-klabb ikollu bagit ta’ 27.5 miljun sterlina fis-sena. Permezz ta’ dan il-bagit, fis-sena 2004, CSKA setghu jakkwistaw lill-Braziljan Wagner Love minghand Palmeiras ghal 5.7 miljun lira sterlina li kienet soma rekord ghall-klabb. Love skorja seba’ gowls fl-ewwel hdax –il loghoba tieghu ma’ CSKA u ghadu wiehed mill-aktar plejers importanti fit-tim.

Dak li ghamel Abramovich kellu effett fuq biljunarji ohra li wkoll iddecidew li jinvestu fil-futbol. Fl-2004 Spartak Moscow nefqu s-somma rekord ghall-futbol Russu- 7.7 miljun lira sterlina- ghall-attakkant ta’ River Plate Fernando Cavenaghi fil-waqt li Dynamo Moscow akkwistaw plejers bhal Maniche, Costinha u Derlei minghand Porto wara li dawn kienu rebhu c-Champions League. Fil-bidu tal-“boom” ekonomiku Lokomotiv Moscow irnexxielhom jakkwistaw lil Dmitry Sychev minghand il-klabb Franciz Olimpique Marseilles. Il-klabb ta’ Terek Grozny, li huwa bbazat fic-Cecnija, ukoll qed jirnexxielu jkollu bagit ta’ 16 –il miljun lira sterlina fis-sena. Ghall-klabbs Ewropej din hija somma redikola imma fl-istess hin, sa ftit ilu, kienet ukoll somma immaginabbli ghal-klabb mir-regjun mifni bil-gwerra bhalma hu ic-Cecneja.

Matul is-Sajf li ghadda CSKA Moscow hadu lid-difensur Braziljan Ratinho minghand Corinthians fil-waqt li nefqu ftit aktar minn erba’ miljun Ewro fil-Pollakk Dawid Janczyk minghand Legia Warsaw. Lokomotiv Moscow nefqu ghaxar miljun Ewro biex hadu lin-Nigerjan Odemwingie minghand il-Francizi Lille u akkwistaw gowlkiper Braziljan. Lokomotiv ghandhom maghhom ukoll lill-gowlkiper Taljan Ivan Pellizzoli. FC Moscow ukoll investew fi plejers Sud Amerikani bl-akkwisti ta’ Maxi Lopez minghand Barcelona u Maximiliano Moralez minghand Racing Club Avellaneda. Il-gowlkiper internazzjonali Kroat Stipe Pletikosa ghazel li jilghab fir-Russja fejn iffirma ma’ Spartak Moscow.

Dawn huma biss ftit mit-tasferimetni li kienu jinvolvu plejers jew klabbs barranin. It-trasferimenti forsi ma jinvolvux ismijiet dashekk maghrufa mal-Ewropej fil-waqt u l-prezzijiet imhallsa mhux dejjem ilahhqu mal-oghla transazzjonijiet fl-Ewropa. Madanakollu dawn l-akkwisti jitfghu sinjal li s-suq tal-futbol Russu m’ghahdux l-istess u l-klabbs bdew jixirfu rashom minn wara l-purtiera tal-hadid biex jakkwistaw plejers minn barra l-pajjiz. It-trasferimenti juru wkoll qaghda finanzjarja tajba fil-klabbs Russi ghax huwa mifhum li biex plejers minn pajjizi bhan-Nigerja jew pajjizi tal-Amerika t’Isfel u sahansitra l-Italja jmorru jilghabu fil-klima u l-kundizzjonijiet Russi, bil-fors li qed jigu attratti mill-pakkett finanzjarju li jigu offruti. Dan jikkonfermah l-ex plejer ta’ Chelsea Alexei Smertin li qal li fil-prezent il-pagi tal-ahjar klabbs fir-Rusjja jikkomparaw tajjeb hafna ma’ dak li jigi offrut fl-Ewropa.
Il-plejers barranin li qed imorru fir-Russja llum m’humiex plejers skartati minn klabbs ohra Ewropej izda plejers ta’ talent u abbilita tekninka li qed jghinu lil futbol Russu jkompli jimxi ‘l quddiem. Il-plejers zghazagh Russi qed ikunu esposti ghall-kulturi u sistemi differenti u qed jitghallmu hafna minghand dawn il-plejers. Il-frott ta’ dan qed jidher kemm fil-livell tal-kampjonat u kif ukoll it-tim nazzjonali immexxi minn Hiddink.

No comments: