Tuesday, November 20, 2007

Il-krizi ta' Milan u r-Referees

Mhux tas-soltu. Hekk jista’ jigi deskritt dak li sehh fuq is-sit ufficcjali tal-internet ta’ Milan wara d-dro ta’ 0-0 kontra Torino nhar is-Sibt li ghadda fejn is-socjeta ta’ Via Turati ippubblikat lista ta’ incidenti li fihom Milan gew daneggjati minhabba decizjonijiet zbaljati tar-referis.

Wara l-loghoba kontra Torino l-Amministratur Delegat ta’ Milan Adriano Galliani ikkritika l-izball tar-referi Tagliavento li ma saffarx penalti favur Milan ghal fawl ta’ Natali fuq Ambrosini u enfasizza li hemm problema ta’ decizjonijiet tar-referis fil-konfront ta’ Milan. Galliani qal li din hija problema kbira u l-izbalji qed jirrepetu ruhhom b’mod konsistenti. Galliani kien tal-opinjoni li l-incident tal-penalti rah kullhadd minnbarra r-referi.

Ftit wara din il-kritika ta’ Galliani, fuq is-sit ufficcjali tal-Milan deher artiklu bit-titlu qawwi “Adesso Basta”. Dan l-artiklu jikkwota studju li sar minn ghaqda tal-konsumaturi li f’nofs Ottubru kienet qalet li Milan kien l-aktar tim li kien gie daneggjat mir-referis u sa dakinhar Milan kienu gew imcahhda minn tal-anqas hames punti fil-kampjonat. Fl-artiklu msemmi Milan qalu li minn dakinhar ‘l hawn il-punti mtellfa zdiedu.

Milan elenkaw serje ta’ incidenti li kienu konsistentement kontra Milan fil-loghobiet kontra Siena, Palermo u Lazio barra minn darhom u kontra Catania, Empoli u Torino fil-Meazza. L-istess artiklu jipprova jwaqqa’ l-argument li dawn l-incidenti jibbilancjaw ruhhom matul l-istagun. Milan ma jinteressahomx li jircievu favuri biex ipattu ghal dawn l-izbalji kontrihom izda jridu biss gustizzja u decizjonijiet li ma jiffavorixxu lil hadd. Milan isahhu l-argument taghhom li dawn id-decizjonijiet ma jibbilancjawx ruhhom billi jinnutaw li s’issa ma kien hemm ebda decizjoni zbaljata favurihom.

Naturalment ma kienx tal-istess opinjoni il-kowc ta’ Torino Walter Novellino li fahhar il-wirja tat-tim tieghu u qal li fl-opinjoni tieghu il-penalti allegat minn Milan ma kienx. Novellino kkritika wkoll il-fatt li l-moviola fuq stazzjon tal-Mediaset thalliet f’idejn bniedem li huwa partitarju ta’ Milan u qal li b’dan il-mod l-analizi qatt ma setghet tkun oggettiva Fost l-ohrajn Novellino semma’ fawl partikolari fuq Bjelanovic li ma qajjem l-ebda polemika.

Dan kollu jidher stramb ghax deher fuq websajt ufficcjali ta’ klabb. Diskors bhal dan is-soltu jsir minn gurnalisti li fl-Italja tant jehdew jitkellmu fuq ir-referis u d-decizjonijiet taghhom. Id-diskussjoni fuq ir-referis hija l-hobz ta’ kuljum fil-futbol Taljan izda li tara elenku ta’ zbalji tar-referis pubblikata fuq sit ufficcjali tal-klabb mhix xi haga tas-soltu u ttella’ fuq livell oghla il-kritika lejn l-ufficcjali tal-loghoba.

Jista johrog xi gid mill-agir ta’ Milan? L-akbar effett li se jkollha din l-istorja hija li tkompli zzid il-pressjoni fuq ir-referis u sussegwentement tista’ wkoll tbati l-loghoba tal-futbol. L-argument minn dawn il-kolonni dejjem kien li aktar ma jkun hemm pressjoni fuq ir-referis aktar se jibzghu jiehdu certu decizjonijiet, jew ahjar ma jiehdux decizjonijiet. L-attenzjoni fuq zbalji li jiehdu l-ufficcjali igieghlu r-referis jiehdu anqas riskji u hekk, kull fejn ikun hemm dubju, flok jivvantaggjaw l-attakkant jew ihallu l-loghob ghaddej, iwaqqfu l-loghoba biex jevitaw li jidhlu f’xi polemika bhal din.

Dan diga qed jigri fil-bicca l-kbira tal-loghobiet li jgorru certu mportanza. Wiehed jista jinnota li persentagg kbir ta’ “set-pieces” fejn il-ballun jintlaghab ghal gol-kaxxa jispiccaw bir-referi isaffar fawl favur id-difiza. Hafna drabi ikun hemm konfuzjoni fil-kaxxa u gbid tal-flokk kemm min-naha u kemm minn ohra u r-referi, flok ihalli l-loghob ghaddej jew jikkastiga difensur, iwaqqaf il-loghob ghal fawl tal-attakkant li f’diversi okkazjonijiet ma jkun hati ta’ xejn hlief kuntatt normali li huwa parti mil-loghoba tal-futbol. Il-pressjoni fuq ir-referis hija kbira wisq u dawn ma jissugrawx ihallu l-loghob ghaddej minhabba l-biza li jsir xi gowl u wara l-kameras juru li f’xi hint al-azzjoni kien hemm xi gbid jew fawl iehor favur id-difiza. Minhabba f’hekk qed jintilfu hafna opportunitajiet ta’ gowls, jew almenu azzjonijiet perikoluzi ghal xejn izda l-ambjent li fih qed jahdmu r-referis igieghlhom jilghabu “safe” u jevitaw il-polemiki billi jwaqqfu l-loghob.

Dan it-tip ta’ negattivita jista’ jaffetwa wkoll il-kampjonat Taljan in generali u anki, fuq perjodu twil, lil Milan. M’hemm l-ebda dubju li tim bhal Milan ghandu sahha kbira u dak li jghidu Milan ghandu effett hafna akbar minn dak li johorgu bih il-klabbs hekk imsejjha provincjali. Bis-sahha tal-midja warajhom Milan jistghu iwasslu l-messagg taghhom b’certu forza u l-pressjoni li jezercitaw huma tista’ twassal ghal rizultati perversi. Meta jkun hemm pressjoni b’mod konsistenti ir-referis jistghu jigu affetwati fis-sens li, minhabba l-importanza ta’ klabb bhal ma hu Milan u minhabba l-biza’ ta’ riperkussjonijiet kontrihom, jibdew, bla ma jridu, jaghtu l-beneficcju tad-dubju lil dan it-tim. Ma jkunx gust fuq klabbs ohra li minhabba s-sahha li ghandhom il-klabbs il-kbar u minhabba l-pressjoni li kapaci jezercitaw jibdew igawdu mill-beneficcju tad-dubju.

Il-munita ghandha zewgt ucuh u x-xenarju jista’ jkun differenti. Flok vantaggjati Milan, jew il-klabb koncernat, jista’ wkoll jigi zvantaggjat. L-ghajta persistenti li Milan qed jigu trattati ingustament mir-referis tista’ twassal ukoll biex dawk li jirreffjaw lil Milan jibdew joqoghdu aktar attenti halli ma jaghtux impressjoni li cedew ghall-pressjoni ta’ Milan u qed jippruvaw ipattu ghal dawn in-nuqqasijiet biex b’xi mod jidhru f’dawl ahjar.

Biex jifhem din is-sitwazzjoni wiehed ghandu jpoggi lilu nnifsu fiz-zarbun tar-referi li se jirreffja l-loghoba li jmisshom Milan fil-kampjonat. X’jaghmel jekk ikun hemm incident jahraq li dwaru jkollu dubju? Kif se jiddeciedi? Isaffar favur Milan ghax jibza’ mill-kritika jew isaffar kontra biex juri li ma giex influenzat mill-pressjoni li ghamlu Milan? Tkun xi tkun id-decizjoni tieghu mhux se tkun wahda gusta u mehudha b’mod oggettiv u r-rizultat jista’ jkun wiehed pervers.

F’dan kollu zewg affarijiet huma cari. L-ewwel li, b’xi mod jew iehor, il-pressjoni fuq ir-referis ma twassal imkien jekk mhux ghal aktar decizjonijiet zbaljati u ingusti. L-ohra hi li n-negattivita ma ggibx success. Milan kellhom bidu hazin fil-kampjonat izda dan zgur mhux dovut ghad-decizjonijiet tar-referis biss. Uhud mill-wirjiet taghhom kienu patetici u l-element ta’ inkonsistenza li qed naraw dan l-istagun hija xi haga mhux tas-soltu.

Jista’ jkun hemm hafna ragunijiet ghal l-hekk imsejjha krizi ta’ Milan. Wahda minn dawk principali hija li d-dirigenti zbaljaw il-kampanja akkwisti specjalment fl-attakk. Gilardino, ghalkemm jigu loghobiet fejn isib ix-xibka, mhux dak il-plejer li xtaqu Milan u l-klabb ma jistax jibqa’ jiddependi fuq Inzaghi. Milan sahhew l-attakk bil-Braziljan Ronaldo li kemm ilu maghhom aktar kien imweggha milli tajjeb ghal-loghob, u z-zaghzugh Pato li ma jistax jilghab qabel Jannar.

Galliani ma jistax jezonera ruhu minn dawn l-izbalji u jitfa l-htija kollha fuq ir-referis. L-attakk ta’ Milan ma jistax jitqabbel ma’ dak ta’ Inter u Juventus flimkien ma timijiet ohra. L-iskwadra ta’ Milan mhix kompleta u dan qed igieghel lil Ancellotti jutilizza lil Ambrosini fl-attakk. Barra minn hekk, fil-loghobiet home fejn ir-rebha tkun mistennija, Milan qed itellghu il-plejers ta’ nofs il-grawnd u d-difensuri laterali fl-attakk biex ipattu ghad-deficjenzi ta’ dan id-dipartiment. Minhabba f’hekk id-difiza qed tkun esposta u miftuha ghal kontrattakki tal-avversarji.

In-negattivita ma tghinx lil Milan johorgu mill-problemi li jinsabu fihom u ma tincentivax lill-plejers biex jistinkaw aktar halli jtellghu lil Milan fejn jixirqilhom. Bi skuza istituzzjonilzzata u ufficcjalizzata mid-dirigenti tal-klabb, il-plejers, inkonxjament, ma jhossux responsabbilta u ma jaccettawx il-fatt li jridu jkunu huma li jxammru l-kmiem biex ibiddlu r-rotta tat-tim. Milan ghandhom juzaw l-energiji taghhom biex jimmotivaw il-plejers taghhom u inisslu arja ta’ pozittivita. It-tim jista’ jkun qed ibati minn krizi ta’ kunfidenza u din hija element difficli li tirkupra. Il-koncentrazzjoni fuq l-izbalji tar-referis zgur li ma tghinx biex tissolva din il-problema.

Il-pozittiv fil-kamp ta’ Milan jezisti izda dan mhux jigi enfasizzat. Ronaldo rega’ beda jittrenja u kellu jkun fl-iskwadra ta’ Milan ghal loghoba tac-Champions League ta’ din il-gimgha kontra Shaktar Donetsk. Matul il-karriera tieghu il-fenomenu Braziljan kemm –il darba gie kkritikat minhabba l-kundizzjoni fizika tieghu izda jekk hemm klabb li mieghu Ronaldo jista’ jirritorna fl-aqwa forma tieghu huwa Milan. Il-Milan Lab huwa maghruf mal-Ewropa kollha u l-mod kif Milan juzaw ix-xjenza medika biex jiehdu l-ahjar mill-plejers taghhom huwa l-ghira ta’ kulhadd. Ghalhekk wiehed jistenna li r-ritorn ta’ Ronaldo jkun ghodda utli ghal Milan biex jergghu jaqbdu t-triq tas-success.

Jannar qed joqrob ukoll u hekk ikun wasal iz-zmien ta’ Pato li hafna huwa mistenni minnu. Fil-waqt li huwa mportanti hafna li ma tintefax pressjoni zejda fuq dan iz-zaghzugh Braziljan, kulhadd qed jistenna li l-fantasija tieghu tista’ taghti impetus gdid lit-tim ta’ Milan.

Milan iridu wkoll jaghmlu minn kollox biex izommu lil Kaka kuntent u jibdew billi jilghabuh fil-pozizzjoni preferuta tieghu. Kaka huwa l-aktar plejer importanti ta’ Milan u l-klabb ma jaffordjax ikompli jurta lil dan il-plejer li ghalih hemm il-bieb tal-Bernabeu miftuh berah jistennieh. Real Madrid habbru li qatghu qalbhom mill-akkwist ta’ Kaka minhabba li Milan mhux lesti jittrasferuh izda jekk l-istess Kaka jghid li jrid jitlaq ix-xenarju jinbidel.

Ma ninsewx ukoll lill-plejer zaghzugh iehor Gourcuff. Dan huwa wiehed minn dawk it-talenti li ghandu jinghata aktar cans biex jizviluppa fi plejer kbir. Il-potenzjal qieghed hemm izda dan qed jigi mxekkel minn hafna hin fuq il-bank tas-sostituti. Galliani kien weighed lil Gourcuff li mhux se jakkwista lil Emerson biex hu ikollu aktar spazju izda Emerson wasal u, meta jilghab, Gourcuff qed jigi utilizzat f’pozizzjoni insolita ghalih.

Huma dawn l-elementi li ghandhom jigu ndirizzati mid-dirigenza ta’ Milan. In-negattivita u t-tfiegh tar-responsabbilta fuq id-decizjonijiet tar-referis ma jwasslu mkien. B’aktar pozittivita u b’xi rtokki fl-iskwadra fis-suq ta’ Jannar l-istagun domestiku ta’ Milan jista’ ma jkunx mitluf.

No comments: