Tuesday, December 18, 2007

Is-Successur ta' McClaren


Kif kien mistenni Steve McClaren tnehha minn kowc tat-tim nazzjonali Ingliz u fl-ahhar gimghat l-attenzjoni daret fuq min se jehodlu postu fit-tmexxija tat-tim Ingliz.

Il-gurnali Inglizi u l-mezzi l-ohra kollha tal-midja semmew kull kowc taht il-kappa tax-xemz izda maz-zmien il-lista qed tirriduci ruha ghal wahda aktar realistika u l-attenzjoni qed tintefa’ fuq tlett ismijiet b’xi ohrajn jissemmew bhala “outsiders”.

Ghax-xettici it-tfittxija ghas-successur ta’ McClaren bdiet fuq sieq hazina meta l-missjoni giet fdata f’idejn il-Kap Ezekuttiv tal-FA Ingliza Brian Barwick. Dan kien il-bniedem responsabbli mill-istrategija farseska li wasslet biex l-FA titlef ic-cans li tappunta lil Felipe Scolari wara Sven Goran Eriksson biex imbaghad l-istess Barwick hatar lil Steve McClaren u qal li l-ex maniger ta’ Middlesbrough dejjem kien l-ewwel ghazla tal-FA Ingliza. Kif McClaren eventwalment tnehha u Barwick ma hassx li ghandu jirrezenja hija mistoqsija li jista’ jirrispondi Barwick biss. Il-fatti huma li dan ghadu jmexxi lill-Assoccjazzjoni Ingliza u se jerga’ jkun hu li jahtar il-kowc tat-tim nazzjonali Ingliz.

Jekk xejn Barwick jidher li tghallem xi ftit mill-esperjenza qarsa li ghadda minnha. Huwa ddikkjara pubblikament li qabel jasal ghad-decizjoni finali se jkun qed jikkonsulta ma’ esponenti ewlenin tal-futbol Ingliz u internazzjonali, kowcis u eks kowcis. Fost l-ohrajn huwa kkonsulta ma’ nies bhal Glenn Hoddle u Michel Platini.

Wiehed jista’ jargumenta li l-FA Ingliza m’ghandhiex ghal fejn titkellem ma’ personalitajiet ohra biex tahtar kowc nazzjonali, specjalment jekk dawn ma jkunux Inglizi. Barwick qed jissogra li jigi ttimbrat bla sinsla u li mhux kapaci jiehu decizjoni izda din il-mentalita hija wiehed mill-fatturi li dejjem tefghu il-futbol Ingliz lura. Jammettu u ma jammetux fl-Ingilterra ghadu jezisti element ta’ mentalita imperjalistika u kumpless ta’ superjorita. Hafna ghadhom jahsbu li l-Ingilterra hija pajjiz kbir li rregala l-futbol lid-dinja u ghalhekk ikun ta’ dizunur li titfittex l-ghajnuna minn barra l-pajjiz. Ir-realta hi li fil-futbol it-tim nazzjonali Ngliz m’ghadux li kien u kull ghajnuna li twassal ghal bdil fil-mentalita tal-loghob u ideat godda ghandha tigi milqugha b’idejn miftuha. Il-politika ta’ izolament ma twassal ghal imkien u t-triq ‘il quddiem tesigi tahlita ta’ ideat u sistemi differenti.

Hawn, bhas-soltu, terga’ tqum id-diskussjoni dwar jekk il-kowc ghandux ikun Ingliz jew barrani. Idealment il-kowc ta’ tim nazzjonali ghandu jkun minn dak il-pajjiz izda, sfortunatament, fil-prezent l-ebda kowc Ingliz ma jista’ joffri l-istoffa mehtiega ghal pozizzjoni bhal din. Hija tassew sfortuna li pajjiz bhall-Ingilterra m’ghandux kowc ta’ livell li jista’ jmexxi t-tim nazzzjonali izda din hija r-realta u jekk l-FA Ingliza trid l-aqwa kowc possibbli trid thares barra mix-xtut tal-pajjiz.

Harry Reknapp u Sam Allardyce huma l-aktar zewg kowcis Inglizi li jissemmew kull meta tigi diskussa din il-pozizzjoni izda dawn it-tnejn m’humiex tal-livell li ghandu bzonn it-tim Ingliz. Redknapp u Allardyce kellhom success relattiv mal-klabbs taghhom izda dan ma jpoggihomx fuq l-istess livell ta’ kowcis ohra li qed jissemmew bhal Jose Mourinho, Fabio Capello u ohrajn tal-istess portata. Il-kowc tat-tim nazzjonali irid ikun kowc b’rekord li jnissel rispett mill-plejers tieghu. Ir-rekords ta’ Mourinho u Capello jitkellmu wahedhom u r-rispett lejn dawn it-tnejn u kowcis ohra tal-istess livell ghandu jkun awtomatiku. Plejers ta’ certu livell mhux bil-fors iharsu mill-istess lenti lejn Redknapp u Allardayce li l-akbar success taghhom kien li hadu f’idejhom timijiet relattivament zghar u stabillixxewhom fil-Premiership. Dan ir-rekord mhux bizzejjed biex xi hadd minn dawn imexxi t-tim nazzjonali Ingliz u jgib is-success.

L-ex maniger ta’ Chelsea Jose Mourinho huwa l-aktar kandidat li qed jissemma biex jiehu f’idejh it-tim nazzjonali Ingliz. L-argumenti favur din il-possibilta huma hafna. Mourinho tghallem il-kultura tal-futbol Ingliz, dera s-sistema u l-possibilta li jkompli jghix u jahdem f’Londra hija xi haga li taffaxxinah. Forsi dan l-ahhar punt jidher superflu izda fil-fatt huwa fattur importanti. Kuntrarju ghall-maniger ta’ klabb, kowc ta’ tim nazzjonali jkun anqas involut fit-tmexxija ta’ kuljum tat-tim u ghalhekk ikollu aktar cans jghix il-hajja normali ‘il boghod mill-futbol. Jekk din il-hajja ma tkunx f’ambjent li joghgob lilu u ‘l-familja jistghu jinholqu l-problemi.

Punt iehor favur Mourinho hu li jgawdi r-rispett tal-plejers Inglizi. Ir-rispett li jgawdi mill-kontingent ta’ Chelsea fit-tim nazzjonali huwa indiskuss izda r-rispett gej ukoll minn plejers ohra li kienu avversarji tieghu fil-Premiership u jafu kemm huwa kowc tattikament bravu. Ma’ Chelsea il-pjani tieghu ma baqghux jahdmu kif xtaq meta gew imposti fuqu plejers kontra x-xewqa tieghu u gew trasferiti ohrajn li hu xtaq izomm. Ma’ l-Ingilterra dawn il-problemi ma jkunux jezistu ghax ikollu l-liberta kollha li jaghzel il-plejers li jrid u jaghzel is-sistema li jiffavorixxi hu.

Mourinho huwa lijder li kapaci jghaqqad u jispira t-tim, zewg elementi li tant deheru nieqsa fit-tim nazzzjonali Ingliz fl-ahhar perjodu. Il-“man-management” tieghu ukoll jigi mfahhar mill-plejers li laghabu tahtu u dan jghinu biex jiehu l-ahjar mill-plejers li jkollu.

Ic-cirkostanzi pero mhux kollha favur il-hatra ta’ Mourinho. L-aktar punt importanti hu jekk Mourinho hux veru jrid din il-kariga jew le. L-ahbarijiet li qed johorgu mill-kamp tal-Portugiz huma inkonsistenti u kunfliggenti fejn filli tigi propogata l-idea li Mourinho qed jistenna bil-herqa biex jinghata dan ic-cans u filli tisma’ li l-ex maniger ta’ Chelsea mhux lest jilqa’ l-offerta ta’ Barwick.

L-FA Ingliza trid toqghod attenta li ma tkunx il-vittma ta’ loghoba intelligenti li qed jilghab Mourinho. Jidher li Mourinho jippreferi li jistenna sas-Sajf li gej meta jkun jista’ jinghaqad ma’ klabb kbir Ewropew. Il-probabbilta hi li Mourinho jippreferi l-hajja ma’ klabb minhabba l-involviment kontinwu mal-plejers, xi haga li ma tkunx possibbli ma’ tim nazzjonali.

Minhabba f’hekk Mourinho jista’ jkun qed jitfa’ indikazzjonijiet li hu lest jilqa l-offerta tal-FA Ingliza sabiex dawk il-klabbs li sa issa kienu qed jahsbuha jekk javvicinawhx jew le jaghmlu dan kemm jista’ jkun malajr. Jidher li din it-tattika qed tahdem ghax diga hemm klabb Ewropew li pogga l-offerta tieghu fuq il-mejda ta’ Mourinho.

Il-kwalita tal-plejers fit-tim nazzjonali Ingliz ukoll tista’ tkun problema ghal Mourinho. Il-konsistenza u l-klassi tal-gowlkiper Peter Cech u tal-attakkant prolifiku Didier Drogba kienu strumentali fis-success tieghu ma’ Chelsea izda hemm dubju jekk mat-tim nazzjonali Ngliz ikunx jista’ jimla dawn iz-zewg pozizzjonijiet bi plejers tal-istess livell.

Zewg kowcis ohra li qed jissemmew huma z-zewg Taljani Fabio Capello u Marcello Lippi. S’issa jidher li Capello huwa t-tieni favorit tal-FA Ingliza wara Mourniho u dan mistenni jigi avvicinat f’dawn il-granet. Capello diga ddikkjara l-interess tieghu fit-tim Ingliz u dan nizel tajjeb hafna ma’; Barwick u shabu. Bhal Mourinho, Capello huwa kowc b’mentalita rebbieha u r-rekord tieghu inissel rispett fost il-plejers.

Ma’ Milan Capello wiret tim kbir izda hu rnexxielu jaghmilhom akbar u anki rebah it-Tazza tac-Champions fl-1994. Fl-Italja Capello rebah il-kampjonat ma’ tlett timijiet differenti u rrepeta s-success barra min pajjizu meta rebah il-kampjonat Spanjol darbtejn ma’ Real Madrid. Capello dejjem iddikkjara l-ammirazzjoni tieghu lejn il-futbol Ingliz u l-fatt li ma kkowcjax fl-Italja biss u ghamilha ma’ plejers min-nazzjonalitajiet differenti, fosthom David Beckham, ghandu jghinu fil-kandidatura tieghu ghal post ta’ McClaren. Capello mhux biss kien involut f’kulturi u sistemi differenti ta’ futbol izda rnexxielu jirbah fihom kollha.

Ir-rekord ta’ Lippi ma jaghmilx ghajb lil dak ta’ Capello. Marcello Lippi ghadu gej mir-rebh tat-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Taljan. Lippi rebah dan l-unur fl-aktar cirkostanzi difficli fejn il-futbol Taljan kien ghadu hiereg mill-krizi tal-calciopoli. Huwa rnexxielu juza n-negattivita li kienet qed iddawwar il-plejers Taljani biex stimola u ghaqqad il-plejers li taw risposta lil kulhadd fil-grawnd. Lippi ghandu rekord tajjeb ma’ Juventus fejn anki poggihom fuq il-quccata tal-futbol Ewropew. F’Turin Lippi wera l-kapacita tieghu fejn f’aktar minn okkazjoni wahda trasferixxa plejers meqjusa kolonni tat-tim u xorta rnexxielu jerga’ jwassal it-tim ghas-success.

Zvantagg ta’ Lippi ma’ Capello huwa l-fatt li Lippi qatt ma kkowcja barra mill-Italja u ma giex espost ghal kulturi differenti bhalma gie Capello. Madanakollu l-esperjenza tieghu mat-tim nazzjonali Taljan ghandha sservih tajjeb meta l-FA Ingliza tkun qed taghmel l-ghazla finali taghha. Kowc li rebah it-Tazza tad-Dinja b’tim imdawwar bil-problemi ghandu jidhol tajjeb fil-parametri li stabilixxiet l-FA.

Mourinho, Capello u Lippi m’humiex l-unici tlett ismijiet li qed jissemmew. Ohrajn bhal Jurgen Klinsmann u Martin O’Neill ukoll jinsabu fuq il-lista ta’ Barwick. Jista’ jkun hemm ukoll kandidati ohra li ma ssemmewx minhabba li qeghdin taht kuntratt ma’ xi klabb jew assoccjazzjoni ohra u l-FA trid toqghod attenta li ma tirrepetix l-izball li ghamelt ma’ Scolari.

X’se tkun l-ghazla finali irridu nistennew biex inkunu nafu. Li hu kwazi cert hu li l-ghazla se terga’ taqa’ fuq kowc barrani. Minkejja l-protesti patriottici tal-Inglizi li jemmnu li hadd ma’ jista’jghallimhom il-futbol, din hija l-ghazla gusta. L-FA mhux biss ghandha tmur ghall-aqwa u l-ahjar kowc Ewropew possibbli izda ghanda wkoll taghtih l-poteri biex johloq u jimplimenta pjan ghall-izvilupp tal-loghoba in generali mill-izghar sal-oghla livelli taghha. Jekk Barwick jaghmel din l-ghazla jkun patta ghall-izball li ghamel b’McClaren u medd l-ewwel pass ghal progress tat-tim nazzjonali Ngliz.

No comments: