Saturday, March 1, 2008

Il-Premiership barra mill-Ingilterra

Dan l-artiklu gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 14 ta' Frar 2008.

Il-Malti jghid li bil-flus taghmel triq fil-bahar. Il-Premier League Ingliz se jaghmel ‘il kontra u se jipprova jaghmel triq fil-bahar biex igib aktar flus. L-ahhar proposta tal-kap ezekuttiv tal-Premier League Richard Scudamore halliet lil kulhadd skantat ghal dak lesti jaghmlu dawn in-nies biex ikomplu jkabbru d-dhul taghhom. Ic-cermen tal-klabbs li jaqblu mal-proposta qed juru li l-interess primarju taghhom huma l-finanzi u ghalihom il-Premeir League huwa biss mezz kif jaghmlu aktar flus. Dan kien jissoponieh kulhadd izda ftit jew hadd ma kien jistenna li biex jikber id-dhul il-loghob tal-Premiership se jibda jintlaghab barra mill-Ingilterra.

Scudamore qed jipproponi li tizdied fixture ohra fil-kampjonat biex kull tim jilghab loghoba izjed f’xi belt barra mill-Ingilterra. Dawn il-loghobiet jitilghu bil-polza izda l-klabbs il-kbar se jkunu issijdjati biex ma jiltaqghux flimkien. Dan ifisser li se jkun hemm timijiet li jilghabu kontra xulxin tlett darbiet flok darbtejn bit-tielet loghoba tintlaghab f’belt li tkun applikat biex tospita l-loghob tal-Premeir League. Il-pjani huma li l-loghobiet jintlagahbu f’Dicembru jew Jannar u l-belt li tkun applikat biex tospita l-loghoba zejda ma jkollha ebda kontroll fuq liema loghoba tintlaghab fiha. Il-punti mirbuha minn dawn il-loghobiet ikunu jghoddu ghal-kampjonat.

Dawk li huma favur din l-idea qed jghidu li meta wiehed jara l-interess li jigbed il-Premiership minn madwar id-dinja kollha, dan huwa pass logiku. Scudamore qal li l-Premeir League irid jaghmel xi haga biex jimmassimizza l-vantaggi tal-globalizazzjoni li toffri l-midja moderna.

Jekk wiehed ihares lejn il-figuri li jiggenera l-Premier League jikkonferma li ghall-ghoxrin cermen li qablu li din il-proposta ghandha titmexxa ‘l quddiem qatt ma hu bizzejjed. Id-drittijiet biex jixxandar il-Premier League f’Hong Kong swew mitt miljun lira sterlina u l-kuntratt prezenti ta’ drittijiet televizivi barra mill-Ingilterra jiswa 625 miljun lira sterlina.

Il-loghobiet tal-Premiership jintwerew f’600 miljun dar f’202 pajjiz fil-waqt li huwa stmat li l-loghoba bejn Arsenal u Manchester United f’Novembru tas-sena l-ohra rawha madwar biljun ruh. Izda dan mhux bizzejjed u Scudamore irid jiehu l-loghob barra mill-Ingilterra ghax “…is-suq fl-Ingilterra huwa saturat u issa rridu nharsu lejn is-swieq barra mir-Renju Unit. Dan huwa c-cans li npoggu l-prodott taghna f’vetrina madwar id-dinja”

L-iskop tal-proposta mhu xejn ghajr mezz iehor biex il-klabbs jaghmlu aktar flus. Jghid x’jghid Scudamore u c-cermen li jappoggjaw l-idea, il-loghoba Ingliza infisha mhu se tiggwadanja xejn minn din il-proposta u l-unici nies li se jgawdu huma dawk li ghandhom interess finanzjarju fil-loghoba.

Ilu hafna jinghad li l-futbol Ingliz qed jitlef ir-ruh tieghu. Il-principju tradizzjonali dejjem kien li l-klabb jirraprezenta l-lokalita u l-kommunita li jkun fiha. Biz-zmien il-manigers u plejers barranin gew accettati u sakemm dawn jghollu l-livell tal-futbol, kif fil-fatt ghamlu, m’hemm xejn hazin. B’xi mod jew iehor gew accetati wkoll l-investitutri barranin u llum hafna klabbs huma kkontrollati minn barra l-Ingilterra. Izda li l-loghoba nfisha se tittiehed barra mill-pajjiz m’ghandha tigi accettata qatt. Din hija prova, jekk kien hemm bzonnha, li is-sidien tal-klabbs jinteressahom biss mill-flus u ftit li xejn jimpurtahom mill-partitarji u mill-principji li suppost ihaddan il-klabb.

Scudamore iddefenda l-proposta tieghu billi qal li meta l-kampjonat imur tajjeb, il-partijiet l-ohra fil-kommunita tal-futbol igawdu wkoll minhabba r-ridistribuzzjoni tal-gid. S’issa qatt ma kien hemm xi forma ta’ distribuzzjoni li tagevoa l-partiatrji. Minkejja l-gid kollu li hemm fil-Premier League, il-biljetti tal-loghobiet dejjem joghlew, il-prezzijiet tal-ikel u x-xorb fil-grawnds huwa ezorbitanti u l-merchandising li jitbella’ lill-partitarji leali bhal flokkijiet ufficcjali li jinbidlu kull stagun m’hu xejn ghajr sfruttament tal-lealta tal-partitarji li ghalihom, mhux bhal dawk li jmexxu, il-klabb huwa kollox.

Scudamore qal li kull meta jkun hemm bidla bhal din ir-reazzjoni tal-partitarji tkun negattiva izda hu jappellalhom biex jieqfu jahsbu ftit fuq il-pozittiv. Il-problema hi li ghal partitarji m’hemm xejn pozittiv sakemm il-Premeir Legaue mhux lest ihallas vaganzi lill-partitarji biex imorru jaraw it-tim taghhom barra l-pajjiz.

Il-proposta hija wkoll ipokrezija grassa min-naha tal-klabbs. Xbajna nisimghu bl-ammont zejjed ta’ loghobiet li jintlaghabu mit-timijiet Inglizi. Din l-ipokrezija mhix xi haga gdida. Qabel it-twaqqif tal-Premeirship, l-oghla divizjoni Ingliza kien fiha 22 tim. Dak iz-zmien kemm ‘il darba sar tentattiv biex in-numru ta’ timijiet jitnaqqas izda, minkejja t-tgergir kollu, kull meta vvutaw il-klabbs dejjem ivvutaw kontra t-tnaqqis. Meta kien qed jigi ppjanat il-Premiership kien gie propost li l-kampjonat il-gdid ikun fih 18 –il tim izda din il-proposta wkoll m’ghaddietx u l-klabbs ivvutaw biex ikun hemm 20 tim.

L-ammont ta’ fixtures li jintalaghbu f’Dicembru w Jannar dejjem jigi kkritikat izda Scudamore qed jipproponi li din il-loghoba zejda tintlaghab f’dawn iz-zminijiet. Kif fixture ta’ klabb minn Londra f’Liverpool jew Newcastle tohloq problemi ta’ vjaggar u ghejja ghal plejers flimkien ma’ problemi finanzjarji ghal partitarji, u loghoba fl-Awstralja, Dubai jew il-Malasja ma tohloqx dawn id-diffikultajiet hija xi haga li ghad irridu nifhmu.

Il-kongestjoni ta’ fixtures hija problema kbira fl-Ingilterra izda l-klabbs mhux veru jridu jsolvuha ghax fejn jidhlu l-flus huma lesti jissagrifikaw il-kwalita ghall-kwantita. Din il-problema diga kwazi qatlet il-League Cup u dghajjfet sew l-FA Cup. Loghoba ohra barra l-pajjiz tkompli tkabbar il-problema u l-importanza tal-League Cup u l-FA Cup tkompli tonqos b’aktar timijiet jaghzlu li jilghabu b’formazzjonijiet rimaneggjati f’dawn il-kompetizzjonijiet. L-istess jigri lit-tim nazzjonali u l-ammont ta’ injuries fantazma biex plejers jevitaw li jilghabu mat-tim nazzjonali jkomplu jikbru.

Scudamore qed jipprova jghid ukoll li minkejja din il-loghoba zejda, u l-fatt li t-timijiet mhux se jibqghu jilghabu kontra xulxin darba home u darba away, il-kamojonat se jibqa’ gust ma kull tim l-istess. Il-logika li juza Scudamore biex jiddefendi dan l-argument hija sempliciment li l-klabbs se jkunu jafu r-regolamenti minn qabel u t-tielet loghoba se tkun fi grawnd newtrali. Il-fatt li l-klabbs jafu r-regolamenti ma jaghmilx is-sistema wahda gusta. Il-timijiet il-kbar se jkunu ssijdjati u allura kull wiehed minnhom se jilghab kontra xi tim iehor tlett darbiet.

Ejja nimmaginaw li din is-sistema bdiet tithaddem minn dan l-istagun u per ezempju l-loghoba zejda ta’ Arsenal hija kontra Fulham u Wigan se jilghabu barra mill-Ingilterra kontra Derby County. B’dan il-mod il-glieda kontra r-relegazzjoni tkun giet korrotta ghax fil-glieda taghhom kontra r-relegazzjoni Fulham se jkollhom jilghabu kontra Arsenal tlett darbiet fil-waqt li Wigan se jkollhom ic-cans jiehdu l-punti minn tlett loghobiet kontra Derby County li, fl-ezempju ta’ dan l-istagun, huma prattikament relegati.

L-istess jghodd ghal zoni ohra tal-klassifika bhal ma huma t-tellieqa ghar-rebh tal-kampjonat, il-postijiet tac-Champions League u l-postijiet fit-Tazza UEFA. Jekk inkomplu fuq dan l-istagun, ikun gust ma’ Manchester United jekk dawn ikollhom jilghabu loghoba zejda kontra xi tim bhal Manchester City, Aston Villa jew Everton u Arsenal jilghabu barra mill-Ingilterra ma’ Reading? B’dan il-mod it-timijiet mhux se jkunu qed jikkompetu fuq l-istess livell u l-Premiership Ingliz se jigi iffalsifikat bil-barka ta’ Scudamore u c-cermen tal-istess klabbs.

Il-kap ezekuttiv tal-Premier League mhu konsistenti xejn dwar kif se jittellghu il-poloz. Huwa qal li l-loghoba zejda se titla’ bil-polza u l-avversarju jkun kwistjoni ta’ xorti bhal ma jigri fl-FA Cup fil-waqt li f’kummenti ohra kkontradixxa lilu nnifsu u qal li wahda mis-sistemi possibbli hi li kull tim jilghab kontra tim li jkun hdax –il post l’isfel minnu.

Il-kaz ta’ polza bix-xorti u l-paragun mal-FA Cup ma jregix ghax wahda mid-differenzi fundamentali bejn l-FA Cup u l-kampjonat hi li t-tazza ghandha element fortuwitu fil-waqt li l-kampjonat huwa bazat fuq skeda programmata li taghmel il-kompetizzjoni fuq l-istess livell ghal kulhadd. Huwa propju ghalhekk li t-tim li jirbah il-kampjonat ikun meqjus bhala l-aktar tim f’sahhtu.

Il-possibilita li kull tim jilghab kontra dak li jkun hdax ‘il post l’isfel minnu hija bla sens ukoll u tiffavorixxi lit-timijiet il-kbar. Jekk niehdu l-klassifika fil-prezent ikun ifisser li dan l-istagun Sunderland ikollhom jilghabu tlett darbiet kontra Chelsea fil-waqt li Arsenal jilghabu tlett darbiet kontra Tottenham. Mill-erba’ timijiet li semmejna f’dan il-kaz partikolari jkunu biss Chelsea li jgawdu u l-kompetizzjoni ma tibqax gusta.

Element iehor importanti hu li wahda mill-akbar attrazzjonijiet tal-Premiership huma l-partitarji u l-atmosfera li tinholoq fil-grawnds Inglizi. L-atmosfera fil-loghobiet f’postijiet bhall-Istati Uniti qatt ma tista’ tkun l-istess bhal dik fl-Ingilterra, specjalment jekk il-loghoba tkun bejn zewg timijiet mhux meqjusa mal-kbar. Partitarju tal-futbol Ingliz minn Melbourne qal li l-passjoni fil-grawnds Inglizi taghmel il-futbol Ingliz dak li hu u l-loghobiet barra l-pajjiz se jkunu minghajr l-aktar ingredjent importanti. Dan il-partitarju jghid, “…ir-raguni li jien u shabi naraw il-futbol Ingliz fuq it-televizjoni hi biex niehdu gost bl-atmosfera li tinholoq bejn partitarji ippassjonati u rivali fi grawnds mimlija storja u tradizzjoni. Loghoba fi grawnd newtrali barra mill-Ingilterra ma jkollha xejn minn dan u l-attrazzjoni tintilef.” Kull kumment iehor huwa superflu.

Il-President tal-UEFA Michel Platini iddeskriva din l-idea bhala cajta. Paltini ghandu ragun izda kollox jindika li din ic-cajta se ssir realta. Il-kampjonat suppost rispettat Ingliz se jibda jkun deciz b’numru farrad ta’ loghobiet b’rawnd shih ta’ loghobiet irkantat ma’ numru ta’ bliet madwar id-dinja.

Fil-maggoranza kbira taghhom il-partitarji huma kontra din l-idea. Fil-fond ta’ qalbhom nimmagina li hafna manigers u plejers jahsbuha l-istess. Il-bicca l-kbira tal-gurnalisti u dawk li jhobbu l-loghoba ukoll hargu qatta’ bla habel kontra l-idea. Dawn il-partijiet ghandhom haga wahda komuni. Hadd minnhom ma kien jew se jkun involut fid-diskussjonijiet. Id-decizjoni se tittiehed minn dawk li jaraw biss id-dhul finanzjarju.

Meta lil Scudamore staqsewh jekk jikkunsidrax johrog il-proposta ghal vot tal-partitarji huwa wiegeb li kieku l-partitarji jithallew jiehdu d-decizjonijiet, kieku l-loghob tal-Premiership ghadu jintlaghab kollu s-Sibt fl-4.00pm. Mhux li kien! Veru kaz ta’ “kemm konna ahjar meta konna aghar”.

Mark Mizzi

3 comments:

Anonymous said...

It do not agree

Anonymous said...

In it something is. Thanks for the help in this question, can I too I can to you than that to help?

Anonymous said...

It is interesting. Prompt, where I can find more information on this question?