Saturday, March 1, 2008

Esperjenza ta' finali


Dan l-artiklu gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 28 ta' Frar 2008
Il-pagna tal-lum se tiehu forma differenti minn tas-soltu. Din il-gimgha iddecidejt li nikteb f’forma aktar personali u se nwasslilkom djarju ta’ gurnata li fiha ntlaghbet il-finali tal-League Cup f’Wembley. Kien ili hafna nisma’, naqra u nara li finali ta’ tazza f’Wembley tiggenera emozzjonijiet u atmosfera li ftit loghobiet ohra jistghu joffru. Kulhadd jaqbel li Wembley huwa xi haga specjali u finali ta’ tazza Ingliza hija differenti minn kompetizzjonijiet ohrajn. Izda dawn l-affarijiet inutli taqra dwarhom. Biex thosshom u tifhimhom trid tghixhom u fil-granet li ghaddew kelli c-cans li nghix din l-esperjenza unika.

Il-League Cup Ingliza tiegi t-tielet f’dik li hija importanza u priorita fil-futbol domestiku. Madanakollu min jasal finali ma jkunx irid johrog minn Wembley b’idu vojta u l-importanza tal-finali ta’ din is-sena kibret minhabba li laqqghet flimkien ir-rivali ta’ Londra Chelsea u Tottenham.

Ir-rivalita bejn dawn iz-zewg timijiet ma kienx l-uniku element li ghamel din il-finali wahda mportanti. Tottenham u Chelsea huma mmexxija minn manigers godda li nhatru f’nofs l-istagun u t-tnejn riedu jiehdu l-ewwel cans taghhom ta’ unur fl-Ingilterra. Chelsea kienu qed iharsu lejn din it-tazza bhala l-ewwel pass fi triq li possibilment kellha twassalhom biex jirbhu l-erba’ unuri li qed jikkompetu fihom. Ghal Spurs dan kien ic-cans li jirbhu l-ewwel tazza wara disa’ snin u jiggarantixxu post fl-Ewropa ghall-istagun li gej.

Fil-granet ta’ qabel il-loghoba il-midja Ingliza ghamelet dak kollu li setghet biex tgholli l-aspetattiva ta’ din il-fnali derbi u l-programmi sportivi fuq it-televizjoni u r-radju tkellmu dwar kull aspett possibbli tal-finali. Fost is-servizzi helwin li gew murija fuq it-televizjoni kien hemm wiehed dwar l-ex plejer ta’ Chelsea u Tottenham Micky Hazard li llum huwa sewwieq tat-taxi. Il-kameras telghu fit-taxi ta’ Hazard u dan ha lit-telespettaturi fuq ir-rotta bejn Stamford Bridge u Wembley u matulha tkellem dwar id-differenza fil-klabbs bejn zmienu u llum u anki ghamel analizi ta’ kif jahseb li se tizvolgi il-finali.

Hazard ma kienx l-uniku ex-plejer ta’ Tottenham jew Chelsea li tkellem ghaliex il-gurnalisti ntervistaw hafna ohrajn sabiex ikomplu jghollu l-interess fil-partita. Mhux ghax l-interess ma kienx kbir. Fil-fatt l-interess tant kien kbir li kien difficli hafna li wiehed jakkwista biljett biex jidhol Wembley.

Hawnhekk ta’ min jaghmel referenza ghall-biljetti li jinbieghu illegalment fuq l-idejn u l-problemi li qed jinholqu ghall-organizzaturi, il-klabbs u fuq kollox il-partitarji genwini. Fil-waqt li ghal partitarju genwin kien ferm difficli li jakkwista biljett, hafna ohrajn irnexxielhom jakkwistaw numru ta’ biljetti li bieghu fuq l-idejn ghal prezzijiet ezorbitanti. Fil-granet li ghamilt Londra qabel u wara l-finali smajt hafna stejjer li jgieghluk jiddispjacik ghall-partitarji ta’ veru. Wiehed mill-kazi li ltqajt maghhom kien ta’ persuna li xtrat zewg biljetti ghal hames mitt lira sterlina ‘il wiehed minn fuq sit tal-internet izda l-biljetti ma waslu qatt. Meta l-persuna nvoluta marret tfittex l-ufficcju tal-kumpanija ta’ dan is-sit sabet li l-ufficcju ma jezistix. L-istess gara lil numru ta’ partitarji Norvegizi li vvjaggaw apposta ghal-loghoba izda l-biljetti li kienu mweghda u li kienu hallsu ma sabuhomx.

It-toroq ta’ madwar Wembley kienu mizghuda nies jippruvaw ibieghu il-biljetti fuq l-idejn ghall-prezzijiet ta’ 800 lira sterlina, 1,000 lira sterlina u anki aktar. Persuna li naf tajjeb hafna gie offrut xejn anqas minn 6,000 lira sterlina biex ibiegh l-erba’ biljetti li kien akkwista b’mod legali minn wiehed miz-zewg klabbs. L-abbuz fis-sistema tal-biljetti huwa wiehed car u l-awtoritajiet ghandhom jaghmlu xi haga biex iwaqqfuh. Minn dan kollu qed igawdu biss ftit nies bla skruplu fil-waqt li qed ibatu il-partitarji u anki l-klabbs infushom.

Lura ghal aspetti aktar pozittivi, il-gurnata tal-finali bdiet bhal hafna ohrajn ghall-partitarji jigifieri bi zjara lejn il-famuz pub. Id-differenza bejn din il-loghoba u l-loghob tal-kampjonat hi li l-partitarji riedu jibdlu l-pub li is-soltu jiffrekwentaw qrib l-istejdjum tal-klabb taghhom. Iz-zewg linji tal-underground li jwasslu ghal Wembley Stadium huma l-Metropolitan u l-Jubilee Line u l-pubs kollha li jinsabu qrib l-istazzjonijiet fuq dawn iz-zewg rotot kienu mimlija bil-partitarji armati sa snienhom bi bnadar, xalel u elf haga ohra bil-kuluri tat-tim taghhom.

Naturalment il-fatt li Chelsea u Tottenham huma zewg klabbs ta’ Londra seta’ ta lok ghal tensjoni u nkwiet bejn il-partitarji li facilment setghu jiltaqghu f’dawn il-pubs. Grazzi ghall-pulizija Ingliza u ghas-sens komun tal-partitarji nnifishom dan ma sehhx. Tista’ tghid li l-partitarji nfirdu b’mod naturali u kulhadd ghazel pubs differenti bir-rizultat li ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ nkwiet madwar Londra.

Dawk li jiffurmaw il-qalba tas-sapport ta’ Spurs kienu miftehema li jiltaqghu f’pub partikolari hdejn l-istazzjon ta’ Baker Street izda dan lahaq gie kkapparrat mill-partitarji ta’ Chelsea. B’mod donnu naturali il-pjan inbidel u l-partitarji ta’ Tottenham iltaqghu f’pub iehor hdejn Wembley Stadium. Jien kelli cans nosserva l-atmosfera li nholqot f’dan il-pub mill-vicin. Ghal madwar erba’ sieghat shah qabel il-partita il-kant u l-briju ma waqaf qatt. M’ghandix dubju li il-partitarji ta’ Chelsea kienu qed jaghmlu l-istess f’Baker Street u f’pubs ohra madwar Londra.

Osservazzjoni nteressanti waqt dan il-briju u kant hija li minkejja r-rivalita bejn iz-zewg partitarji qatt ma kien hemm sinjal li jista jinholoq xi inkwiet. Il-pub invadut mill-partitarji ta’ Tottenham kien fil-bidu tat-triq li twasslek ghall-istejdjum u ghalhekk partitarji ta’ Chelsea kienu kontinwament jghaddu minn quddiemu. Il-kant u l-botti bejn il-partitarji ma qatax izda dawn dejjem saru fi spirtu ta’ rivalita sportiva aktar milli ta mibgheda. Il-botti taz-zewg settijiet ta’ partitarji nisslu tbissima fuq kulhadd u minkejja l-prezena sottili tal-pulizija, din qatt am kellha bzonn tintervjeni.

Il-hin tal-loghoba beda joqrob u bil-mod il-mod il-partitarji bdew ihallu l-pubs u jerhulha lejn Wembley. It-triq ta’ quddiem Wembley kienet xi haga mpressjonanti. Triq dritta u wiesgha mimlija b’bahar ta’ partitarji kollha mexjin lejn direzzjoni wahda u lebsin il-kuluri tat-tim taghhom…imbaghad fl-ahhar ta’ triq l-istejdjum maestuz ta’ Wembley bil-famuza arkata tiddomina fuq kollox.

85,000 ruh sabu ruhhom f’Wembley minghajr problemi ta’ xejn u minghajr bzonn ta’ stennija f’xi kjus twal. In-numru kbir ta’ entraturi ghall-grawnd, il-mod organizzat li bih gew immexxija l-partitarji, u l-passaggi wiesgha barra u gewwa l-grawnd jaghmluha facli biex dan kollu jsehh b’mod efficcjenti.

Jekk ix-xena ta’ Wembley minn barra kienet impressjonanti, dik minn gewwa ma kinitx b’anqas. L-organizzaturi hasbu biex ipoggu bnadar tat-timijiet involui fuq kull siggu u l-atmosfera li holqu dawn hekk kif it-22 plejer hargu fil-grawnd kienet wahda li ma tinsija qatt. Grawnd maqsum bejn il-partitarji ta’ Cheslea u Tottenham kollha jincitaw il-benjamini taghhom f’arena li hija kapolavur uniku tal-arkitettura sportiva. Il-mod kif id-disinjaturi tal-grawnd irnexxielhom joholqu grawnd b’seating komdu u b’veduti tajba tal-picc minn kullimkien minghajr ma tilfu dawk il-karatteristici tal-grawnds Inglizi li jghinu biex tinholoq atmosfera unika hija xi haga ta’ min jammiraha u possibilment jikkuppjaha.

Mhux l-iskop ta’ dan l-artiklu li naghmlu xi analizi teknika tal-loghoba. Ir-reazzjoni generali kienet li il-maniger ta’ Chelsea Avram Grant zbalja l-ghazla tal-ewwel hdax u t-tattika tal-loghoba fil-waqt li Juande Ramos azzekka ezatt il-pjan tal-partita u meta Spurs marru minn taht irnexxielu jdawwar ir-rizultat b’sostituzzjonijiet intelligenti. L-atmosfera bejn iz-zewg partitarji kienet wahda elettrifikanti li tikkonferma r-rivalita bejn iz-zewg klabbs izda qatt ma rriduciet ruha ghal mibgheda u fl-ebda hin ma kien hemm biza’ ta’ xi vjolenza.

Naturalment it-tisfira finali rat il-plejers u l-partitarji ta’ Tottenham jinfexxu f’delirju ta’ ferh ghax fl-ahhar il-klabb irritorna ghar-rebh tal-unuri. Izda ghal Tottenham din ir-rebha ma kinitx tfisser biss tazza ohra fil-vetrina. Kif qal l-assistent maniger ta’ Tottenham Gus Poyet din ir-rebha ghandha taghti mentalita rebbieha lill-plejers. Kien hemm wisq okkazjonijiet fejn Tottenham iffaccjaw wiehed mill-klabbs il-kbar, laghabu tajjeb izda ma kisbux ir-rebha. Donnu li mentalment ma kienux preparati biex iqisu lilhom infushom fuq l-istess livell tal-kbar. Rebha ta’ finali fuq Chelsea ghandha taghmel hafna biex tbiddel dan kollu u bil-mod il-mod Spurs jergghu jibdew jigu meqjusa bhala sfidanti regolari ghall-unuri. Natutalment ir-rebha accertat ukoll post fit-Tazza UEFA ghal Spurs li bil-bidu hazin li kellhom dan l-istagun, kien se jkun impossibbli li jakkwistaw post fl-Ewropa permezz tal-kampjonat.

Ghal Chelsea din keenet telfa f’finali kontra r-rivali eterni taghhom. Kienet ukoll daqqa ta’ harta ghal Avram Grant li ghandu jerfa’ parti magguri mir-responsabbilta tat-telfa. Izda dan bl-ebda mod ma jifisser li issa l-istagun ghal Chelsea spicca. Avram Grant zgur li jaf xi zbalji ghamel u x’ghandu jaghmel biex jikkoregihom. Chelsea ghadhom b’cans tajjeb li jirbhu l-kampjonat, l-FA Cup u c-Champions League. L-iskwadra mimlija plejers ta’ kwalita li ghandhom zgur ghandha twassalhom biex jibqghu jiggieldu fuq it-tlett fronti u jkomplu jitqiesu mal-favoriti.

Wara l-loghoba il-pulizija kellhom bicca xoghol difficli jikkontrollaw il-partitarji kollha li attendew ghal loghoba u jiggwidawhom lejn l-istazzjonijiet tal-underground sabiex kulhadd jaqbad it-triq lejn daru. F’dan il-forzi tal-ordni regghu hargu bl-unuri fejn minkejja l-massa kbira ta’ nies kollox mexa harir u, ghalkemm ix-xita rxiex xarrbet lil kulhadd, fl-ebda hin ma kien hemm xi stennija zejda jew xi tensjoni bejn partiarji u l-forzi tal-ordni.

Sadanittant l-istazzjonijeet kollha fuq ir-rotta ta’ Wembley bdew jimtlew bil-partitarji ta’ Tottenham jiccelebraw ir-rebha. Hafna ghazlu li jmorru qrib White Hart Lane fejn ic-celebrazzjoniet ma waqfu xejn u l-briju u l-atmosfera li jafu joholqu l-partitarji Inglizi baqghet sejra sas-sieghat bikrin ta’ fil-ghodu. It-toroq kienu mimlija b’partitarji Inglizi u ohrajn minn barra l-pajjiz bhal Malta, n-Norvegja, l-Isvezja u l-Belgju- kollha maghqudin jiccelebraw rebha li regghet gholliet l-isem ta’ Tottenham Hotspur. Il-partitarji ta’ Chelsea ngabru fi djarhom dispjacuti bit-telfa kontra r-rivali. Izda jekk ihallu ghal ftit fil-genb il-passjoni taghhom u jirragunaw b’mohhom, jindunaw li ghal Chelsea se jkun hemm okkazjonijiet ohra biex jiccelebraw. Bl-iswkadra li ghandhom ma jistax ikun differenti.

No comments: