Sunday, December 21, 2008

TRASFERIMENTI F'JANNAR LI GEJ

Jannar jinsab wara l-bieb u bhal ma’ jigri kull sena, minn gimghat qabel, jibdew ix-xnieghat u l-ispekulazzjoni dwar it-trasferimenti li jistghu isehhu matul it-tieqa tat-trasferimenti tax-Xitwa.

Tradizzjonalment dan ix-xahar ma jkunx ikkaratterizzat minn trasferimenti kbar. Ir-ragunijiet principali huma tnejn. Plejers kbar aktarx ikunu qed jilghabu ma’ klabbs li qed jikkompetu jew laghabu fic-Champions League, jew inkella ma’ timijiet li ghadhom bic-cans ghall-unuri domestici. Minn banda dawn il-klabbs ma jkunux daqshekk lesti li jhallu l-ahjar plejers taghhom jitilqu biex ma jiddghajfux. Mion-naha l-ohra, il-klabbs li jkun ghadhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej ma jkunux lesti johrogu l-miljuni ghall-plejers li diga laghabu ma klabb iehor fl-Ewropa ghax dawn ikunu “cup tied”.

Ix-xahar id-diehel jista’ jkun differenti. Minkejja t-tradizzjoni u minkejja is-sitwazzjoni ekonomika xejn pozittiva fid-dinja, it-tieqa tat-trasferimenti mistennija tkun movimentata mhux hazin madwar l-Ewropa. Ir-ragunijiet huma diversi izda ewlenija fosthom hemm mil-fatt li numru ta’ klabbs jinsabu f’sitwazzjoni li xejn ma stennew u jridu jaghmlu minn kollox biex johorgu minnha kemm jista’ jkun malajr. Raguni ohra hi li numru ta’ klabbs jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja u ghalhekk humma suxxettibbli li jbieghu l-ahjar plejers taghhom.

Fost il-klabbs li stennew ahjar minn dan l-istagun u jridu juzaw ix-xahar ta’ Jannar biex jirkupraw hemm Real Madrid li tkellimna dwarhom il-gimgha l-ohra. Minkejja li Jannar ghadu ma wasalx dan il-klabb diga kien attiv fit-tieqa tat-trasferimenti u lahaq ftehim mal-attakkant Olandiz ta’ Ajax Klaas Jan Huntelaar. Il-player ta’ 25 sena se jiswa madwar £17 miljun u ffirma kuntratt ma’ Real li jidhol fis-sehh f’Jannar li gej u jiskadi fl-2013.

Dan l-istagun Huntelaar laghab biss fit-Tazza UEFA u ghalhekk se jkun eligibbli biex jilghab fic-Champions League mal-klabb Spanjol. It-top skorer tal-Kampjonat Olandiz l-istagun li ghadda bi 33 gowl se jkollu r-responsabbilita li jimla’ l-vojt imholli minn Ruud Van Nisterlooy li se jitlef il-kumplament tal-istagun.

Il-hatra ta’ Juande Ramos bhala kowc gdid flok Bernd Schuster tefghet l-attenzjoni fuq il-kampjonat Ingliz u l-ewwel akkwist ta’ Ramos mill-Ingilterra jidher li se jkun il-midfielder kumbattiv ta’ Portsmouth Lassana Diarra. Il-plejer ta’ 23 sena, li nghaqad ma’ Portsmouth minn ma’ Arsenal f’Jannar li ghadda, inghata permess jitkellem ma’ Real Madrid wara li Portsmouth accettaw offerta deskritta bhala “eccezzjonali”.

Il-maniger ta’ Portsmouth Tony Adams kien cahad rapporti li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Portsmouth hija wahda prekarja u kien qal li f’Jannar m’hu se jigi mgieghel ibiegh l-ebda plejer importanti. Il-bejgh ta’ Diarra jitfa’ dan kollu fid-dubju. Meta Harry Redknapp halla ‘l klabb biex inghaqad ma’ Tottenham kien intqal li wahda mir-ragunijiet kienet li x-xahar id-diehel kien se jkollu jbiegh numru ta’ plejers. B’dak li gara issa din l-istorja tinstema’ aktar realistika.

Portsmouth, li bhala klabb jinsabu ghall-bejgh, qalu li Diarra inbiegh biss minhabba li l-offerta kienet kbira hafna. Izda t-trasferiment ta’ dan il-plejer jitfa’ sinjal ukoll li plejers bhal Jermaine Defoe, Peter Crouch u Sylvain Distin jistghu jithallew jitilqu jekk ikun hemm offerta tajba. Il-bejgh ta’ Diarra jista’ jibdel l-atitudni tal-plejers li sa ftit ilu kienu determinati jibqghu ma Portsmouth Jekk dawn jaraw li l-klabb m’ghandux l-istess ambizzjoni taghhom jibdew jiccaqilqu huma wkoll.

Logikament il-maniger ta’ Tottenham Harry Redknapp qed jigi msemmi li jista’ jmur lura lejn l-ex klabb tieghu biex jipprova jakkwista xi plejers. Redknapp ghadu kif ikkonferma li pprezenta l-lista ta’ plejers li jixtieq jakkwista f’Jannar lic-cermen ta’ Tottenham Daniel Levy. Huwa qal li l-iskwadra hija ferm ‘il boghod milli ticcalingja lill-ewwel erbgha. Minhabba f’hekk huwa jrid biss plejers li jaghmlu d-differenza. Redknapp kompla li jekk ma jirnexxielux jakkwista lil dawk li ghandu f’mohhu allura lest jipprova jakkwista plejers ohra b’self imbagahd jirritorna ghall-miri originali fis-Sajf.

Id-difesnsur centrali Distin huwa wiehed mill-plejers ta’ Portsmouth possibilment fil-mira ta’ Redknapp. B’Ledley King ibghati minn injury kronika Redknapp jaf li jrid isahhah id-difiza u Distin huwa plejer li jaf tajjeb. Izda Redknapp jaf ukoll li l-attakk ta’ Spurs huwa wiehed dghajjef u huwa kwazi cert li din il-pozizzjoni ghandha numru ta’ kandidati fuq il-lista li Redknapp. Min jaf jekk Jermaine Defoe hux qieghed fuqha?

Fl-istess sitwazzjoni ta’ Portsmouth fl-Ingilterra hemm ukoll West Ham u Newcastle United. Dawn iz-zewg klabbs jinsabu ufficcjalment ghall-bejgh. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ West Ham m’hi tajba xejn u din tista’ tehzien jekk il-klabb jispicca jhallas multa multimiljunarja lil Sheffield United minhabba l-kaz Tevez u r-relegazzjoni tal-Blades.

Din is-sitwazzjoni qed twassal ghal incertezza kbira f’Upton Park u l-maniger Gianfranco Zola ga qal li jekk jinbieghu l-ahjar plejers hu ikollu jirrevedi l-futur tieghu. Plejers bhall-gowlkiper Robert Green u d-difensur Matthew Upson diga qed jigbdu nteress minn diversi klabbs.

Min-naha l-ohra Newcastle ghandhom numru ta’ plejers li jinsabu fl-ahhar sena tal-kuntratt taghhom u dawn jistghu liberament jitkellmu ma’ kabbs ohra f’Jannar. Id-diskussjonijet dwar kuntratti godda huma prattikament wieqfa minhabba li l-klabb jinsab fil-limbu. Wara t-tkeccija ta’ Kevin Keegan, is-sid tal-klabb Mike Ashley spicca lanqas jista jersaq lejn St.James’ Park minhabba r-rabja tal-partitarji. Dan qed jipprova jbiegh ‘il klabb izda fis-sitwazzjoni ekonomika prezenti mhux qed isibha facli.

Sadanittant numru ta’ plejers ma jafux x’inhu l-futur taghhom ma’ Newcastle. L-aktar plejer li qed jinkwieta lill-klabb huwa l-attakkant Michael Owen. Fl-ahhar jiem il-klabb ghamel mod u pogga offerta ta’ kuntratt gdid lil dan il-plejer izda dan jista’ ma jkunx bizzejjed. Il-kuntratt gdid jimplika tnaqqis sostanzjali fil-paga tal-plejer u wiehed irid jara x’jigri jekk Owen jircievi offerta sostanzjali minghand klabb aktar stabbli. Jekk Owen u plejers ohra jitolbu li jkunu trasferiti f’Jannar Newcastle ikolhom icedu ghax ma jistghux jirriskjaw li jitifluhom b’xejn fi tmiem l-istagun.

Fl-Italja l-isem fuq ilsien kulhadd huwa l-attakkant ta’ Napoli Ezequiel Lavezzi. Il-plejer Argentin qed ikun l-eroj ta’ Napoli u diga ssemmew hafna klabbs interessati fih fosthom Chelsea. Minkejja li fil-futbol qatt ma tista’ tghid qatt s’issa jidfer difficli li dan il-peler jista’ jiccaqlaq. Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentis qed ikun prattikament kuljum fl-ahbarijiet jiddikkjara li Lavezzi se jibqa’ ma Napoli tul il-kuntratt kollu. Min-naha l-ohra l-agent ta’ Lavezzi qed jghdi li dan il-plejer huwa kuntent f’Napli izda qed jistenna li, wara s-success li kiseb, jinghata kuntratt ahjar minn De Laurentis.

Fis-Serie A wiehed jistenna li Milan ukoll ikunu nvoluti fis-suq tat-trtasferimenti. Ir-rizultati u l-loghob zgur li m’humiex dawk mixtieqa mill-klabb u jekk ma jissahhux f’Jannar l-istagun domestiku mhux se jaghti l-frott mixtieq. David Beckham se jinghaqad ma’ Milan b’self izda dan il-plejer wahdu mhux se jahmel id-differenza.

L-ahhar kritika lejn l-iskwadra ta’ Milan waslet minn Luciano Moggi li qal li l-akkwisti ta’ Milan ghal dan l-istagin kienu irrazzjonali u l-iskwadra hija mibnija bl-aghar mod possibbli. Kummenti horox izda kummenti simili ilhom jinghadu u donnu transfer window wara ohra Milan mhux jirnexxielhom jindirizzaw il-problemi li ghandhom fl-iskwadra. Il-problemi komplew jikbru bl-injury ta’ Gattuso li se jitlef il-kumplament tal istagun u injuries ohra. Injuries li jaghmluha imperattiva ghal Ancelloti li jakkwista xi plejer jew plejers matul ix-xahar id-diehel.

Inter ukoll mistennija jkunu attivi fis-suq izda hawnhekk l-akbar isem se jkun plejer li aktarx ihalli l-klabb. Il-Braziljan Adriano se jithalla jitlaq wara serje ta’ episodji li tappnu l-karriera ta’ dan it-talent sud-amerikan fl-Italja. Ricentement il-kowc ta’ Inter Jose Mourinho qal li Adriano issa huwa ttimbrat bhala imqareb u dan it-timbru difficli jehles minnu. Dan l-ahhar Adriano ma ttrenjax minhabba li kien ma jiflahx u l-gurnali malajr dawwru l-istorja fejn qalu li Mourinho baghatu lura d-dar minhabba li kien ghamel lejl barra u ma kienx f’kundizzjoni li jittrenja.

Mourinho qal li din kienet gidba tal-gazzetti li pero turi li jaghmel x’jaghmel Adriano se tkun difficli ferm ghalih li jerga jikseb reputazzjoni tajba. Mourninho ghalaq il-kummenti tieghu billi qal li bhala kowc jixtieq li Adriano jibqa’ ma’ Inter izda ghall-gid tal-plejer innifsu jkun ahjar ghalih li jfittex arja gdida.

Lura fl-Ingilterra u fl-ahhar granet rega sploda l-kaz Ronaldo ta’ Manchester United. Real Madrid ghamlu minn kollox biex ihajjru lil dan il-plejer jitlaq lil United izda meta r-Red Devils zammew sod, il-klabb Spanjol bidel id-diska u qal li kien Ronaldo li beda din l-istorja. F’dawn l-ahhar granet Real Madrid qalu li ladarba Ronaldo mhux ghal bejgh huma mhux se jkomplu juru nteress fih ghax iridu l-ahjar relazzjonijiet ma’ Manchester United.

Izda dan kollu tar mar-rih hekk kif il-midja internazzjonali irrapurtat li wiehed mid-dirigenti tal-klabb Spanjol ammetta li Real Madrid diga ghandhom ftehim mal-klabb u mal-plejer izda ma jistghu ihabbru xejn ghal issa.

Din l-istorja tista’ tkun minnha u tista’ ma tkunx izda l-probabilta hi li dan kollu huwa tentattiv iehor biex jiskoncentraw lil Ronaldo u jkomplu jhajjruh ihalli Old Trafford. Sir Alex Ferguson ma tantx kien kuntent b’dawn il-kummenti u ddeskriva lil Real Madrid bhala “mob”. Hu qal li qatt m’hu se jkun lest jiffirma ftehim “ma dawn in-nies” u kompla li lil Real Madrid lanqas hu “lest li jbieghlhom virus”. Ferguson qal ukoll li kien cert li meta joqrob Jannar kienet se terga’ tisplodi din l-istorja. Ronaldo min-naha tieghu qal li hu ma kellu ebda kuntatt ma’ Real Madrid u jinsab kuntent f’Old Trafford.

Hasra li l-FIFA u l-UEFA jhallu dawn l-affarijiet jigru. Li thabbar jew tivvinta stejjer bhal dawn huwa ugwali ghal meta klabb javvicina plejer minghajr il-permess tal-klabb li jkun qed jilghab mieghu. Din hija xi haga li jaghmel kwazi kull klabb. Il-hazin hu li meta jitressaq xi kaz quddiem il-FIFA jew il-UEFA dawn rari jiehdu passi. Hekk gara fil-kaz originali ta’ Ronaldo u Real Madrid fejn il-UEFA qalet li Real ma kienu ghamlu xejn hazin. Il-huta minn rasha tinten u qabel ma jittiehdu passi serji kontra dawn l-illegalitajiet dan kollu se jibqa’ jsehh u l-klabbs il-kbar se jibqghu ihossuhom potenti li javvicinaw plejers ta’ xulxin u ta’ klabbs ohra u jiddistabilizzawhom.

Insemmu ftit ukoll lil Juventus u Manchester City. Il-midja internazzjonali qed tghid li Juventus huma nteressati fi plejers kemm mill-Premier League u kemm mil-Liga. L-aktar li qed jissemmew huma Daniel Agger u Ryan Babel ta’ Liverpool u Royston Drenthe ta’ Real Madrid.

Min-naha l-ohra, Manchester City, wara li saru wiehed mill-aktar klabbs sinjuri fid-dinja, qed jissemmew li huma nteressati f’numru ta’ ismijiet kbar fosthom David Villa, Gianluigi Buffon u Kaka. Minkejja s-sahha finanzjarja Manchester City jistghu isibuha difficli li jakkwistaw l-aqwa ismijiet fl-Ewropa minhabba l-pozizzjoni taghhom fil-klassifika izda zgur li se jkunu jistghu jissahhu u jinqalghu mill-pozizzjoni li jinsabu fiha fil-prezent. Id-dirigenti ta’ Manchester City wieghdu sorprizi matul ix-xahar li gej. Nistennew u naraw x’se jkunu.

Din kienet biss toghma ta’ dak li mistenni jsehh fil-gimghat li gejjin. Uhud mill-ispekulazzjoniet se jibqghu’ spekulazzjoniet, ohrajn se jsiru realta fil-waqt li m’hemmx dubju li se jkun hemm ukoll xi trasferimenti mhux mistennija. Hu x’inhu, dehlin ghal xahar iehor ecitanti fejn certu tinijiet se jissahhu, ohrajn se jiddghajfu u klabbs ohra li bdew hazin jistghu isalvaw l-istagun. Kollox ma kollox qed nistenna Jannar attiv aktar minn ohrajn. U fil-waqt li fid-dinja tibqa’ tikber il-krizi ekonomika, il-futbol jibqa’ jghix f’univers ghalih u l-miljuni jkomplu jibdlu l-idejn.

No comments: