Sunday, December 21, 2008

KEANE JITLAQ MINN MA' SUNDERLAND

L-avventura tal-ex plejer ta’ Manchester United Roy Keane bhala maniger ta’ Sunderland waslet fi tmiemHa nhar il-Hamis li ghadda hekk kif fil-ghodu harget l-ahbar li Keane kien halla din il-kariga bi qbil mad-dirigenti tal-klabb.

Keane halla l-kariga tieghu wara laqgha li kellu mac-cermen ta’ Sunderland Niall Quinn u membri ohra tal-bord, fosthom il-kap ezekuttiv gdid Steve Walton li gie mahtur f’din il-kariga propju il-gimgha l-ohra. Waqt din il-laqgha gie deciz li jkun ahjar ghal Keane u ghall-klabb li dan ihalli t-tmexxija ta’ Sunderland.

Wara t-tluq ta; Keane ic-cermen tal-klabb Niall Quinn qal li hu jemmen li l-pressjoni u l-intensita marbuta mal-post ta’ maniger ta’ Sunderland kienet kbira wisq u kien propju dan li wassal biex Keane ihalli din il-kariga. Quinn qal ukoll li hu ghamel sentejn shah jipprova ma jhallix din il-pressjoni taffetwa lil Keane izda fl-ahhar Keane iddecieda li ma jistax jaghti aktar lil Sunderland.

Kif qal Quinn stess Keane ghamel bidliet pozittivi f’Sunderland u ismu biss ukoll gholla l-profil tal-klabb tal-Istadium of Light. Keane kien strumentali biex Sunderland kisbu mentalita rebbieha u l-atitudni tal-klabb inbidlet ghal kollox. Skind Quinn, Keane gholla l-livell ta’ dak kollu li kien qed jigri fil-klabb ta’ Sunderland kemm f’dak li huwa loghob u kif ukoll f’dik li hija organizazzjoni tal-klabb.

Izda f’din l-istorja kollha kien hemm punti li jistonaw. Ir-rwol ta’ cermen zgur li mhux li jipprova jiddfendi lill-maniger mill-pressjoni. Il-pressjoni hija parti mill-pakkett u Keane m’ghandux il-karattru li jjibza’ mill-aspetattiva. Meta kien mistoqsi dwar il-pozizzjoni tiegu fl-Istadium of Light Roy Keane ma tax it-tip ta’ twegiba li wiehed jistenna minn dan il-karattru.

Keane irreagixxa billi qal li jkun hemm waqtiet li jhossu bhala l-bniedem li jista’ jmexxi lil Sunderland ‘il quddiem u mumenti ohra li fihom ma jhossux li jista’ jwassal lill-Black Cats ghas-success. Huwa qal li kuljum jistaqsi lilu nnifsu jekk ghandux jibqa’ manager ta’ Sunderland izda t-twegiba li jaghti lilu nnifsu mhux dejjem tkun l-istess.

Dakinhar stess li ta dawn il-kummenti Keane qal li propju f’dik il-gurnata qam fil-ghodu jhossu li ghandu jibqa’ jmexxi lil Sunderland. Izda huwa kompla li jekk fil-jumejn ta’ wara jhossu differenti allura jkun wasal iz-zmien li jirrevedi l-pozizzjoni tieghu.

Din l-inkonsistenza u indecizjoni mhix karatteristika ta’ Keane. Dawn il-kummenti, flimkien ma rapporti li bdew johrogu mill-ghada tad-divorzju bejn Keane u Sunderland, juru li ir-ragunijiet li ghalihom Keane halla, jew gie mgieghel ihalli, lil Sunderland, m’humiex semplici daqs kemm wiehed iqum fil-ghodu u jiddeciedi li mhux il-bniedem li ghandu jibqa’ jmexxi t-tim. Din id-decizjoni ma ttehditx mil-lum ghal ghada u warajha hemm kurrenti ohra.

Stejjer li hargu fil-granet li ghaddew jghidu li c-cermen tal-klabb Niall Quinn u Roy Keane ma tantx kellhom relazzjoni tajba hafna flimkien. Dawn it-tnejn kellhom kwistjoni meta kienu jilghabu mat-tim nazzjonali Irlandiz u jidher li minn dakinhar ‘l hawn ir-relazzjonijiet qatt ma gew ghan-normal.

Hemm min qed jghid li kemm ilu li nghaqad ma’ Sunderland Keane u Quinn kienu jitkellmu biss permezz tal-messaggi fuq it-telfon cellulari. Jekk din hix verita jew esagerazzjoni mhux mgharuf izda l-qazba ma ccaqcaqx ghal xejn u jidher car li r-relazzjoni bejn cermen u maniger ma kinitx wahda ideali biex il-klabb jimxi ‘il quddiem.

Izda minkejja din it-tensjoni, fejn seta’, jidher li Quinn nesa l-kwistjonijiet personali u, flimkien mal-bord tad-diretturi u s-sostenituri finanzjarji ta’ Sunderland, dejjem issanzjona somom kbar biex Keane ikun wiehed mill-aktar manigers attivi fit-trasferimenti.

F’sentejn u nofs Keane nefaq bejn £70miljun u £80miljun fi plejers. Din mhix figura zghira specjalment ghall-klabb li kien tiela’ mic-Championship u dan jikkonferma li minkejja kollox il-klabb dejjem issapportja lil maniger.

Ir-responsabbilita ta’ dan l-investiment hija tal-maniger u nhoss li parti mir-raguni ghalfejn Sunderland jinsabu fejn jinsabu hija propju l-mod kif Keane investa dawn il-miljuni. Din is-somma intefqet biex jintlahqu tlett skopijiet izda minn dawn it-tlieta intlahaq skop wiehed biss.

Bil-flus minfuqa Sunderland bnew tlett timijiet. L-ewwel wiehed kien it-tim li kellu jaqla’ lil Sunderland mic-Championship u dan irnexxa. It-tieni skop ta’ Sunderland kien li jinbena tim biex jistabilixxi t-tim fil-Premiership izda, fil-waqt li ghal hafna dan l-iskop deher li ntalahq, personalment nahseb li l-ghan ma ntlahaqx. Sunderland salvaw mir-relegazzjoni bi tlett punti biss u spiccaw fil-15 –il post. Ghalkemm li tim promoss jispicca fil-15 –il post jista’ jitqies success relattiv, li ssalva bi tlett punti ma jistax jigi deskritt bhala stabilizazzjoni fil-Premiership.

Dan qed jigi konfermat dan l-istagun hekk kif Sunderland qed jiffaccjaw battalja ohra kontra r-relegazzjoni. Dan l-istagun nistghu nghidu li nbena t-tielet tim u l-iskop din id-darba kien li t-tim jiccalingja fl-ewwel nofs tal-klassifika izda s’issa, ghal darba ohra, l-iskop rega’ ma ntlahaqx u l-flus minfuqa ma hallewx il-frott mixtieq.

Fost il-plejers akkwistati minn Keane hemm il-gowlkiper Skocciz Craig Gordon li sewa £9miljuni. Ghalkemm dan huwa gowlkiper ta’ kwalita il-prezz imhallas kien eccessiv u klabb li qed jipprova jistabilixxi ruhu seta’ firex din is-somma fuq numru ta’ plejers biex jimla aktar nuqqasijiet tat-tim.

Pascal Chimbonda inghaqad ma’ Sunderland minghand Tottenham ghal kwazi £5miljuni. Chimbonda ukoll huwa plejer ta’ talent izda l-problemi ta’ karattru u atitudni tieghu kienu evidenti. Keane emmen li bl-istil ta’ management tieghu seta’ jsolvi dawn il-problemi u jiehu l-ahjar minn dan il-plejer izda Chimbinda baqa’ li kien. Minkejja xi loghobiet tajbin, il-problemi dixxiplinarji ta’ dan il-plejer ma jaghmluhx wiehed mill-ahjar investimenti ta’ Keane.

Minghand Tottenham dan l-istagun Keane ha ukoll lil Teemu Tainio u Steed Malbranque. Zewg plejers li jaghtu qalbhom ghat-tim izda l-limitizzjonijiet taghhom ukoll kienu evidenti. Il-kummenti generali dwar dawn il-plejers fil-karriera taghhom ma’ Tottenham kienu li Tainio jbati wisq mill-injuries u Malbranque rari ta aktar mnn taqsima stupenda. L-istess baqa’ jigiri ma’ Sunderland. Tainio baqa’ jwegga spiss u Malbranque baqa’ jbati biex jaghti certu rendiment tul id-90 minuta. Ma’ dawn wiehed jista’ jzid plejers bhal Michael Chopra li, ghalkemm huma plejers ta’ certu kwalita, ma kinux il-plejers li jistghu jiehdu lil Sunderland f’livell ghola.

It-trasferimenti ma kinux kollha negattivi. Forsi l-ahjar akkwist ta’ Roy Keane kien Kenwyne Jones li halla lil Southampton ghal madwar £6miljini. Jones huwa attakkant veloci u li jaghti dimensjoni fizika lill-attakk ta’ Sunderland. Dan ikkonfermah id-difensur ta’ Chelsea John Terry li qal li Jones kien l-aktar avversarju iebes ghal blalen bir-ras. Il-problema ta’ Keane fir-rigward ta’ Jones kienet li l-istagun ta’ dan il-plejer kien affetwat mill-injuries u Keane ma setax jiehu li jrid minnu.

Akkwist iehor tajjeb kien Kieran Richardson minghand Manchester United. Ghalkemm bata xi ftit fl-ewwel stagun tieghu, dan il-plejer ghamel progress kbir u huwa s-sors ta’ fantasija u energija fil-midfield ta’ Sunderland. Huwa wkoll wiehed mill-ahjar plejers mis-set pieces u l-gowls tieghu minn freekicks diretti ghinu hafna lil Roy Keane jakkwista r-rizultati. Dwight Yorke, Anton Ferdinand u Djbril Cisse’ ukoll kienu akkwisti tajba izda anki hawn, fil-kazi a’ Ferdinand u Cisse’, kien hemm il-problema ta’ karattru u personalita.

L-akbar problema ta’ Keane ma kinitx il-konvinzjoni tieghu jekk hux il-bniedem li jista’ jwassal is-success f’Sunderland jew le. Il-problema kienet li l-plejers li gab hu stess, kemm dawk li kienu success relattiv u kemm le, ma kinux qed jaqblu mal-metodi tieghu u l-messagg tieghu ma kienx qed jasal. Il-karattru ta’ Keane hu dak li hu u zgur li ma kienx se jkun hu li jadatta u jbiddel is-sistemi tieghu ghall-plejers.

Il-mentalita ta’ Keane hija wahda rebbieha, dixxiplinata u regimentali. Dan ma kienx qed jinzel tajjeb mal-plejers, specjalment dawk mhux Inglizi. Keane qatt ma hassu komdu bil-mentalita tal-plejers tal-lum u jekk, kif qal hu stess, irid jirritorna fil-management, irid jifhem li l-plejers tal-lum m’humiex il-plejers li kienu jilghabu meta hu kien fl-aqwa tieghu bhala plejer u jrid ikun ftit aktar flessibbli fl-approach tieghu.

Id-dirigenti tal-klabb kienu diga talbu lil Keane jibdel xi ftit il-metodi awtoritarji tieghu specjalment mal-plejers barranin izda hu qatt ma sema u dejjem emmen li l-uniku mod li jista’ jasal huwa l-mod tieghu. Dan ifisser li d-decizjoni li jitlaq ma kinitx tieghu biss. Meta tim jghaddi mis-serje ta’ rizultati negattivi li ghaddew minnha Sunderland u d-dirigenti jaqghu fuq il-maniger biex ibiddel il-metodi tieghu ifisser hafna.

It-tifsira ovvja hi li d-dirigenti ma jkunux kuntenti bir-rizultati u jkunu jridu bidla. L-implijkazzjoni l-ohra hi li l-plejers b’xi mod jew iehor ikunu wasslu l-messagg lid-dirgenti li m’humiex kuntenti bil-metodi tal-maniger. Meta jigri hekk ikun ifisser li l-maniger tilef id-dressing room u meta maniger jitlef id-dressing room il-klabb ma jkollux triq ohra ghajr li jnehhi lill-maniger.

Dan il-kaz diga rajnieh jigri dan l-istagun. Meta Tottenham nehhew lil Juande Ramos, ic-cermen tal-klabb Daniel Levy kien qal li d-decizjoni tat-tkeccija iffirmaha hu izda prattikament decizjonijiet bhal dawn jittiehdu mill-plejers. L-istess gara fl-Istadium of Light. Il-plejers ma kinux kuntenti bl-istil u l-karattru ta’ Keane, wasslu l-messagg lid-dirigenti u dawn qaghadu ghall-parir tal-plejers.

Bhal fil-kaz ta’ Tottenham u l-kummenti ta’ Levy, dan ukoll kien kwazi konfermat mid-dirigenza ta’ Sunderland. Minkejja li kif ghidna fil-bidu Niall Quinn pprova jpingi stampa ta’ serenita u armonija, kummneti ohra li hargu juru li mhux kulhadd kien kuntent bit-tmexxija ta’ Keane. Kummenti tas-sid u ta’ sostenitur finanzjarju ewlieni ta’ Sunderland jispikkaw fejn il-messagg li wasslu kien li l-karattru awtoritarju u l-personalita volatili ta’ Keane kienet qed ixxekkel il-progress tal-plejers u tat-tim ta’ Sunderland. Altru mill-armonija li semma Quinn.

Sa ftit ilu Keane kien qed jissemma bhala wiehed mill-kandidati prospettivi li ghad jista’ jiehu post Sir Alex Ferguson bhala maniger ta’ Manchester United. L-esperjenza tieghu ma’ Sunderland tista’ tbiddel kollox. Keane kien ma’ klabb fejn, minkejja l-kwistjonijet personali ma’Quinn, kellu s-sapport tal-bord, inghata l-finanzi kollha li ried u thalla jmexxi t-tim minghajr ebda indhil.

Minkejja dan huwa rnexxileu jitlef id-dressing romm li bena hu stess, igib instabilita u jitlef l-appogg tad-dirigenti. Din mhux se tkun esperjenza li se tghin il-karriera futura ta’ Keane fil-manigment u, jekk irid ikompli, irid jabbanduna l-awtoritarjanizmu li jemmen bih u jadatta ruhu ghal futbol u l-plejers tal-lum.

No comments: