Sunday, February 22, 2009

Tieqa f'Jannar

Tieqa f’Jannar
Dan l-artiklu se jdher fir-rivista KERCEM- MARZU 2009

Ninsabu bejn wiehed w'iehor f'nofs triq bejn zewg perjodi importanti fil-futbol internazzjonali. Ninsabu hergin mit-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar u fl-istess hin qed nersqu lejn l-aktar gimghat krucjali, jigifieri dawk li jiddeterminaw fejn imorru l-unuri madwar il-kampjonati principali Ewropej.

It-tieqa ta' Jannar regghet qajjmet id-diskussjoni dwar jekk din hix gusta jew le u jekk ghandhiex titnehha ghal kollox bit-trasferimenti jkunu jistghu isiru biss fis-Sajf.

Dawk li jitkellmu kontra t-trasferimenti ta' Jannar jargumentaw li l-ispekulazzjoni u n-negozjati li jkunu ghaddejin, kemm fid-deher u kif ukoll bil-mohbi, jiddistabiizzaw hafna plejers u bhala rizultat ta' dan joholqu instabilita u incertezza f'numru ta' klabbs.

Hemm min jghid li t-tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar tohloq ukoll kompetizzjoni ingusta. Klabbs finanzjarment f'sahhithom jigu vantaggjati fuq ohrajn minhabba li dawn ikunu jifilhu jaghmlu l-akkwisti necessarji biex jiksbu vantagg fit-tellieqa ghall-unuri jew sahansitra biex jinqalghu min pozizzjoni prekarja fil-klassifika.

Minbarra li jkunu ssahhu b'dawn l-akkwisti, il-probabilta hi li biex jaghmlu dan, ikunu dghajjfu lill-avversarji diretti taghhom billi javvicinawlhom l-ahjar plejers taghhom u jhajjruhom b'pagi aktar attraenti. Huwa facli wiehed jghid li l-klabb jista' ma jbieghhx ghax il-plejers ikun ghadhom taht kuntratt izda jekk plejer jaghmiha cara li mhux qieghed ghal qalbu u jrid jitlaq ftit li xejn ikun jista' jsir biex il-plejer jinzamm.

Dawn l-affarijiet jigru f-s-Sajf ukoll izda fit-tieqa tas-Sajf il-manigers ikollhom ic-cans jakkwistaw plejers godda flok dawk li jitilqu u jkunu jistghu jibdew l-istagun bi pjan car f'mohhhom. Jannar iharbat kollox u l-manigers u l-klabbs mhux dejjem ikunu jistghu jilqghu ghall-incertezza li tinholoq. Biex inkunu cari xi ftit tal-lakuna tezisti wkoll fis-suq tat-trasferimenti tas-Sajf ghax fil-verita is-suq jaghlaq meta l-istagun ikun ga beda u ghalhekk anki l-ewwel gimghat tal-istagun ikunu ginghat ta' incertezza.

F'dinja ideali it-trasferimenti jkunu miftuha biss f'dawk il-gimghat tas-Sajf fejn il-futbol ikun wieqaf. Is-suq ghandu jiftah ma’ tmiem l-istagun u jaghlaq mal-bidu ta' stagun gdid. Hekk tonqos l-ispekulazzjoni u l-incertezza fil-klabbs u fil-plejers. Jonqsu l-avvicinamenti fuq plejers li ghadhom taht kuntratt ma' klabbs ohra u jonqos l-inkwiet ta' hafna manigers li jkollhom it-tapit imnehhi minn taht saqajhom fl-ewwel gimghat tal-istagun jew, aghar minn hekk, f'nofsu.

Izda l-futbol mhux qieghed f’dinja ideali u difficli wiehed jara tibdil fil-futur immedjat. Wiehed mill-aktar trasferimenti li ghamlu hoss f’Jannar li ghadda kien propju it-trasferiment li ma sehhx. Manchester City ghamlu offerta fantastika ghall-internazzjonali Braziljan ta’ Milan Kaka’ izda eventwalment dan ghazel li jibqa’ f’Milan.

Fl-Ingilterra Robbie Keane halla lil Liverpool u rritorna ma’ Tottenham wara li kien halla ‘l klabb ta’ Londra biex imur f’Anfield fis-Sajf li ghadda. Dakinhar Keane kien qal li se jmur mal-klabb li dejjem issaportja izda l-holma qatt ma saret realta. Iz-zmien wera li l-20 miljun lira sterlina minfuqa fuq dan il-plejer kienet decizjoni tad-dirigenza u mhux tal-maniger. Rafa Benitez dan ghamlu car meta beda jhalli lil Keane barra mill-iskwadra ghal-loghobiet importanti bl-internazzjonali Irlandiz ma jkollux ghazla ghajr li jerga’ lura lejn Londra.

Sakemm morna ghall-istampa Milan kien ghadhom qed jippruvaw jikkonvincu lil LA Galaxy icedulhom lil David Beckham. Beckham ingahqad ma’ Milan b’self minghand LA Galaxy fi trasferiment li kulhadd iddeskriva bhala semplici mossa tal-marketing. Jien dejjem emmint li Beckham ghadu plejer validu u jista’ jghin lil Milan fil-grawnd ukoll. Hekk gara. Ma’ Milan spikkat il-professjonlaita ta’ Beckham u s-sagrificcju li lest jaghmel ghat-tim u ghalih innifsu biex jerga jilghab fl-oghla livell. Li Beckham jirnexxileu jimla l-post ta’ plejer b’karatteristici totalment differenti bhal Gennaro Gattuso jghid hafna fuq id-determinazzjoni ta’ Beckham biex ikun success f’Milan.

F’dan l-ewwel artiklu tieghi f’din ir-rivista tajna harsa lejn it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar u d-diskussjoni li din qed tohloq fic-crieki tal-futbol internazzjonali. Fil-harga li jmiss inkunu nafu kif din affetwat it-timijiet dan l-istagun, fejn marru l-unuri u min iddizappunta. Dakinhar inkunu nistghu naghmlu analizi tal-kampjonati principali Ewropej.

Mark Mizzi

No comments: