Thursday, January 3, 2008

Il-Futbol Ingliz ikompli ghaddej fil-festi tal-Milied


L-aqwa kampjonati madwar l-Ewropa jieqfu ghal ftit mistrieh matul dawn il-jiem ta’ festi. Mhux hekk il-Premiership u l-kampjonati l-ohra fl-Ingilterra u fl-Iskozja fejn flok il-plejers igawdu ftit mistrieh misthoqq, ikollhom jilghabu aktar loghobiet fi spazju relattivament qasir. Dan il-loghob tal-Milied jiftah id-dibattitu dwar l-introduzzjoni tal-waqfa tax-Xitwa bhal ma jigri f’pajjizi ohra, izda minkejja li din hija mizura logika, ftit hemm cans li tigi ntrodotta fl-Ingilterra.

Il-waqfa tax-Xitwa taghti cans lill-plejers jistriehu u jirkupraw mill-injuries. Bil-kuntarju, il-loghob li jintlagahb fl-Ingilterra bejn il-Milied u l-ewwel tas-sena izid l-injuries u l-plejers jilghabu minghajar ma jkunu f’kundizzjoni li jaghtu l-mija fil-mija taghhom. Il-loghob ta’ bhalissa jissagrifika l-kwalita ghall-kwantita. Izda fl-Ingilterra din il-kongestjon ta’ loghob hija meqjusa bhala tradizzjoni u t-tradizzjonijiet f’dan il-pajjiz difficli jinqatghu.

Il-glieda ghar-rebh tal-kampjonat bejn Arsenal u Manchester United u sa certu punt Liverpool u Chelsea u b’timijiet bhal Manchester City, Everton u Aston Villa jiggieldu ghall-ewwel postijiet qed jaghmlu dan il-kampjonat tassew interessanti u s-sena 2008 ghandha tkompli toffri spettaklu ta’ futbol u emozzjonijiet kif kellna sa issa.

Izda dawn m’humiex l-unici punti li se joholqu diskussjoni fl-ewwel gimghat tas-sena l-gdida. L-incident li kien jinvolvi plejers ta’ Manchester United b’wiehed minnhom jispicca arrestat u l-arrest tal-plejer ta’ Newcastle Joey Barton regghu poggew il-futbol fuq il-pagni ta’ quddiem tal-gurnali. Sfortunatament, meta l-futbol jimxi mill-pagni ta’ wara ghal ta’ quddiem ma jkunx sinjal tajjeb.

Mhux l-ghan ta’ dan l-artiklu li nidhlu fid-dettal tal-kazijiet jew fil-mertu tal-incidenti. L-argument huwa ferm akbar u usa minn zewg incidenti individwali. Dawn m’humiex l-ewwel incidenti ta’ dan it-tip li jinvolvu plejers fl-Ingilterra u jekk ma ssirx xi haga malajr lanqas se jkunu tal-ahhar.

Ic-cermen tal-Proffesional footballers Association Gordon Taylor appella lill-plejers biex jibdew igibu ruhhom ahjar u jiftakru li huma persuni pubblici u bl-imgieba taghhom ghandhom jaghtu ezempju lil tant zghazagh u tfal madwar id-dinja li jharsu lejhom bhala mudelli f’hajjithom.

Hafna mill-plejers jifhmu dan ir-rwol taghhom u jifhmu wkoll kemm huma fortunati li qed jithallsu pagi esorbitanti biex jaghmlu dak li tant ihobbu jaghmlu. Sfortunatament hafna ohrajn ma japprezzawx xortihom. Phil Neville spjega tajjeb is-sitwazzjoni meta qal li “…bhala plejers ghandna nharsu lejna nfusna. Bejn tmenin u disghin fil-mija tal-plejers jafu kif ghandhom igibu ruhhom b’dinjita izda hemm minorita li qed thassar din l-istampa pozittiva”

Plejers zghazagh isibu ruhhom fic-centru tal-attenzjoni u idolizzati mill-partitarji. Flimkien ma sahha finanzjarja kwazi bla limitu din hija ricetta ghall-problemi ghal dawk il-plejers li ma jkunux jafu kif jilqghu ghat-tentazzjonijiet u perikli li jiltaqghu maghhom. L-awtoritajiet tal-futbol fl-Ingilterra, flimkien mal-klabbs, ghandhom ihossu responsabbilta biex jirrangaw is-sitwazzjoni. Hafna plejers ikunu hadmu u stinkaw hafna biex jilhqu l-oghla livell u dawk responsabbli mil-loghoba ghandhom jghinuhom biex ma jarmux kollox meta jibdew jiltaqghu ma’ toroq hziena.

L-FA, il-Premier League, il-Professional Footballers Association u l-klabbs ghandhom jahdmu aktar fiq l-edukazzjoni tal-plejers u x-xoghol taghhom m’ghandux ikollu x’jaqsam biss mal-loghoba tal-futbol. Il-hajja tal-plejers ma tibdiex u tispicca fil-picc u minhabba f’hekk il-klabbs ghandhom jippreparaw ukoll lill-plejers ghall-hajja ta’ barra l-grawnd.

Wara l-incident li kien jinvolvi xi plejers ta’ Manchester United, il-maniger tat-tim Sir Alex Ferguson ghamilha cara li l-plejers tieghu mhux se jithallew jattendu aktar parties fil-waqt li mmulta soma sostanzjali lill-plejers involuti. Ferguson ghamilha cara wkoll li dawk li m’humiex lesti jghixu skond l-etika tal-klabb ta’ Manchester United jistghu jibdew jahsbu biex isibu klabb iehor ghax hu ma jaccettax dan l-agir. Aktar nies b’id tal-hadid bhal ta’ Ferguson tkun parti mis-soluzzjoni tal-problema.

Argument iehor li aktarx ikaxkar matul l-ewwel gimghat jew xhur ta’ din is-sena huwa l-futur ta’ Sam Allardayce ma’ Newcastle United. Ir-rizultati sa tmiem is-sena li ghaddiet xejn ma kienu pozittivi u l-klabb qieghed ferm ‘il boghod min dak li kien anticipat meta nhatar Allardayce.

Ix-xiri tal-klabb ta’ Newcastle minn Mike Ashley u l-hatra ta’ Sam Allardayce gew meqjusa bhala l-ewwel pass biex Newcastle jiksbu l-glorja li dan il-klabb tant kbir jisthoqqlu. S’issa r-ricetta ma hadmitx. Wiehed ma jistax ilum lil Ashley dwar dan ghax il-propjetarju l-gdid tal-klabb hareg il-flus li wieghed biex isahhah it-tim. Jekk dawn il-flus gewx uzati tajjeb minn Allardyce u jekk is-sistemi ta’ dan il-maniger jistghux iwasslu ghas-success huwa argument iehor.

Sam Allardyce huwa meqjus bhala wiehed mill-aqwa manigers fl-Ingilterra izda r-ragunijiet ghal dan huma dibattibbli. L-akbar success ta’ Allardyce kien li stabilizza lil Bolton bhala klabb tal-Premiership izda dan hu ferm ‘il boghod minn dak li jistenna klabb bhal Newcastle. Kull klabb ghandu karatteristici u kulturi differenti u din hija l-akbar problema ta’ Allardyce.

Ma’ Bolton Allardyce kiseb success b’futbol dirett u bbazat fuq il-fizika. Dan hu ezattament l-oppost ta’ dak li jistennew u huma mdorrijin bih il-partitarji ta’ Newcastle. Allardyce jista jargumenta li dan l-element jintesa jekk ir-rizultati jibdew gejjin izda sfortunatament, jew fortunatament, fl-Ingilterra ma jigrix hekk u ta’ dan hemm hafna ezempji.

Meta George Graham ha f’idejh it-tim ta’ Tottenham dawn kienu vicin ir-relegazzjoni izda tahtu, minbarra li salvaw, rebhu wkoll il-League Cup. Dan pero ma kienx bizzejjed. L-istil ta’ Graham kien wiehed difensiv u dirett u plejers kreattivi bhal David Ginola ma baqghux isibu post fit-tim. Dan qatt ma nizel tajjeb mal-partiarji u l-klabb u, minkejja r-rizultati, Graham tnehha mill-kariga tieghu.

Sa certu punt hemm ukoll l-ezempju ta’ Jose Mourinho li minkejja li gab l-unuri lejn Stamford Bridge, tilef postu b’wahda mir-ragunijiet tkun li s-sid tal-klabb ried jara futbol aktar attraenti. Graham u Mourinho gabu s-successi ghall-klabb taghhom izda Allardyce s’issa mhux qed jaghmel dan u allura s-sitwazzjoni ssir aktar gravi. Hafna jghidu li maniger ghandu bzonn iz-zmien biex igib is-success u dan huwa principju validu. Madanakollu l-principju jista’ ma jahdimx meta jkollox maniger li jibqa’ jipprova jbiddel kultura ta’ klabb mil-lejl ghan-nhar. Is-sitwazzjoni kienet tkun ferm differenti kieku, bhal fil-kaz ta’ Arsene Wenger, il-maniger bidel is-sistema minn wahda difensiva u diretta ghal wahda li toffri futbol mill-aktar attraenti.

Jidher ukoll li certu mizuri ntrodotti minn Allardyce ma tantx qed jinzlu tajjeb mal-plejers. Allardyce huwa maniger li jemmen hafna bil-metodi xjentifici biex janalizza l-prestazzjonijiet tal-plejers u jiehu l-ahjar minnhom. Dawn is-sistemi huma ghodda tajba hafna fil-futbol modern izda wahedhom m’humiex bizzejjed. L-aktar ghodda mportanti u li ma tinbidel qatt hija l- “man-management” jigifieri kif maniger jitratta ma’ kull plejer b’mod individwali u skond il-karattru tieghu.

Hawnhek Allardyce ma tantx jidher li qed ikollu success. Allardyce ikkritika pubblikament lill-plejers tieghu wara d-dro kontra Derby u dan xejn ma gie accettat mil-plejers li, bhal plejers fi klabbs ohra, jemmnu li dawn l-affarijiet ghandhom jibqghu bejn l-erba’ hitan tad-dressing room. Allardyce pprova wkoll jaghlaq ‘il plejers f’lukanda ghall-erbat ijiem tal-Milied izda anki hawn sab rezistenza u l-plejers ppreferew iqattghu dan iz-zmien ta’ festi mal-familji taghhom. F’dan il-kaz ghaddiet tal-plejers u wiehed jista’ jghid li din kienet daqqa ta’ harta lill-awtorita tal-maniger fil-klabb.

Imbagahad hemm ukoll il-kaz Joey Barton fejn hafna skantaw kif Allardyce akkwista lil dan il-plejer li tant kellu problemi dixxiplinarji ma’ klabbs ohra. Allardyce wieghed lid-dirigenti tal-klabb li hu jista’ jikkontrolla lil dan il-plejer u jiehu l-ahjar minnu. Ir-rizultat kien li meta suppost kien imwegga’, Barton ghamel lejl barra fil-belt ta’ Liverpool fejn spicca arrestat minhabba glieda. Din kienet daqqa ta’ harta ohra ghal Allardyce fil-glieda tieghu biex jikseb ir-rispett u l-awtorita fuq il-plejers.

Kull maniger gdid irid iwettaq il-bidliet u jipprova jgib it-tim jilghab bis-sistemi tieghu. Izda dawn il-bidliet ghandhom isiru b’attenzjoni kbira u b’rispett lejn il-kultura tal-klabb. Maniger ma jistax imur ma’ klabb bi tradizzjoni ta’ futbol attraenti u offensiv u mil-lum ghal ghada jdawwru f’tim difensiv u negattiv. Barra minn hekk maniger ma jistax jintroduci bidliet radikali ohra barra l-picc bhal sistemi xjentifici, metodi ta’ tahrig u dieti minghajr ma jiddiskuti u jikkonvinci lill-plejers dwarhom. Fil-waqt li dawn il-bidliet jistghu ikunu ghat-tajjeb, il-plejers ma jaccettawhomx malajr. Bidliet bhal dawn jigu accettati aktar kieku jsiru minn maniger li diga rebah fl-oghla livelli tal-futbol u ghalhekk jista jipprova li l-metodi tieghu jahdmu u se jgibu s-success. Allardyce ma jistax jipprova dan u l-glieda tieghu biex jirbah ir-rispett tal-plejers se tkompli.

No comments: