Monday, September 3, 2007

Jibda l-Kampjonat Spanjol


The following article by Mark Mizzi was published on L-Orizzont on Thursday 30 August 2007

L-ewwel gurnata tal-kampjonat Spanjol wasslet ghar-rebha ta’ Real Madrid fid-derbi kontra l-girien Atletico Madrid u z-zelqa ta’ Barceolona fi dro ta’ minghajr gowls kontra Racing Santander.

Id-derbi ta’ Madrid kien idonju ghall-ftuh tal-Liga fejn it-tim ta’ Bernd Schuster irkupra minn gowl zvantagg biex rebah 2-1 u beda l-impenji tieghu fil-kampjonat fuq l-aqwa nota possibbli. Atletico marru fil-vantagg b’gowl spettakolari ta’ Aguero izda l-kaptin ta’ Real Raul u wiehed mill-akkwisti l-godda Wesley Sneider dawwru telfa f’rebha. Ghalkemm din ghada l-ewwel gurnata tal-kampjonat, ir-rebha ta’ Real Madrid diga tista’ titqies bhala risposta ghall-kritici tat-tim u ta’ Schuster wara serje ta’ rizultati negattivi f’loghobiet ta’ hbiberija u t-telfiet kontra Sevilla fis-Super Cup Spanjola.

Kontra Santander Barcelona bdew b’nofs pass falz u dro ta’ 0-0 huwa l-anqas rizultat li tistenna minn tim li tant ghandu alternattivi fl-attakk. Rijkaard ghazel li ma jibdiex bl-erba’ kanuni Messi, Henry, Ronaldinho u Eto’o flimkien. Henry dahal wara siegha loghob izda dan xorta ma ispirax lill-Katalani jsibu x-xibka minkejja li lejn it-tmiem Santander spiccaw b’ghaxar plejers meta tkecca s-sostitiut Smolarek.

Zewg sorprizi fl-ewwel gurnata kienu r-rebhiet ta’ Almeira fuq Deportivo La Coruna u ta’ Villareal fuq Valencia. It-tim promoss ta’ Almeira kiseb rebha ta’ 3-0 b’gowls ta’ Negredo, Soriano u Crusat. Villareal ukoll kisbu rebha ta’ 3-0 grazzi ghall-gowls ta’ Tomasson, Rossi minn penalty u Cazorla. F’din il-loghoba Valencia spiccaw b’disa’ plejers minhabba t-tkeccijiet ta’ Villa u Joaquin.

Fuq nota ferm aktar serja minn kull loghoba u kull rizultat, l-internazzjonali Spanjol ta’ Sevilla Antonio Puerta sofra attakk tal-qalb waqt ir-rebha ta’ 4-1 fuq Getafe’ u sal-hin li fih gie ppreparat dan l-artiklu, kien ghadu f’kundizzjoni kritika fl-isptar.

Sfortunatament il-Liga dan l-istagun beda fuq nota kontroversjali li m’ghandha x’taqsam xejn mal-futbol innifsu. L-argument dwar id-drittijiet televizivi iddomina l-ewwel gurnata tal-kampjonat u minhabba n-nuqqas ta’ qbil li hemm bhalissa ghad fadal element ta’ incertezza dwar x’se jintwera fuq it-televizjoni u anki l-hinjiet ta’ certu partiti.

Bhal f’kull kampjonat iehor l-ewwel gurnata mhux bil-fors hija indikazzjoni ta’ kif se tizviluppa l-kompetizzjoni fix-xhur li gejjin. Real Madrid hadu l-pass kuragguz li jkeccu l-kowc Fabio Capello li wassalhom ghar-rebh tal-kampjonat. Capello irnexxileu jasal ghal dan it-tragward f’cirkostanzi mill-aktar difficli fejn, kif qal huwa stess, wiret dressing room dominata mill-politika interna u l-klikek. Huwa kien ukoll imxekkel mid-dirigenti tal-klabb li ma tantx kienu joqoghdu lura li jindahlu bhalma gara fil-kaz ta’ Beckham fejn issa gie zvelat li kienu l-istess dirigenti li gieghlu lil Capello jeskludi lill-internazzjonali Ingliz mill-iskwadra meta dan tal-ahhar iffirma kuntratt ma’ LA Galaxy.

Ghal Madrileni li tirbah il-kampjonat mhux bixxejjed. Il-mentalita ta’ dan il-klabb hi li l-unuri jridu jaslu b’futbol sabih, li jpaxxi l-ghajn u li jirrifletti t-tradizzjoni ta’ storja glorjuza. Min-naha l-ohra Capello huwa kowc pragmatiku u prattiku. Ir-rizultat huwa l-aktar element importanti u kif jigi huwa sekondarju. Capello gie b’missjoni li jerga jgib l-unuri f’Madrid wara perjodu rarament xott. Huwa lahaq dan it-tragward izda c-cirkostanzi li wiret u li hadem fihom ma hallewhx jaghmel dan b’futbol attraenti bizzejjed ghad-dirigenti tal-klabb. Ir-rizultat kien it-tkeccija tieghu u l-hatra ta’ Bernd Schuster li, almenu mill-akkwisti li ghamel, jidher li se jkun ferm aktar avventuruz u offensiv minn Capello.

Wara Cannavaro, Reyes, Emerson (li issa nghaqad ma’ Milan), Gago, Higuain u Van Nisterlooy l-istagun li ghadda, il-klabb akkwista aktar plejers fosthom Pepe, Royston Drenthe, Wesley Sneider, il-gowlkiper Jerzy Dudek, Christoph Metzelder, Javier Saviola, Arjen Robben u Gabriel Heinze. Jekk dan it-tibdil kollu hux ghaqli jew le ghad irridu naraw. Kull meta jinbidel kowc jinbidlu wkoll il-plejers ghax il-kowc il-gdid ikun irid il-plejers tieghu ghas-sistema tieghu. Biex jikkonferma dan, mal-hatra tieghu Scuster mill-ewwel indika li numru ta’ plejers mhux se jkunu fil-pjani tieghu ghax dawn huma plejers ta’ Capello. Din l-incertezza u l-element ta’ inkonsistenza fit-tmexxija u fil-bazi tat-tim setghet wasslet biex dan is-sajf plejers bhal Kaka, Fabregas, Cristiano Ronaldo u Michael Ballack ghazlu li jibqghu mal-klabbs rispettivi taghhom minkejja interess qawwi mill-kapitali Spanjola.

Ir-rizultat tad-derbi apparti, il-loghob ta’ hbiberija wera li Schuster irid jiehu z-zmien biex jghaqqad lil dawn il-plejers flimkien u jibda jilghab is-sistema li jixtieq. Hu stess ammetta li l-iskwadra ghadha mhix kompleta u biha huwa mpossibbli li jilghab kif jixtieq. Schuster qed jitlob ghaz-zmien u l-pacenzja- xi haga li l-klabb ta’ Real Madrid ma tantx hu maghruf ghaliha.

B’kuntrast mac-campjins, Barcelona jidher li xtraw aktar bil-ghaqal u qaghdu attenti li jakkwistaw il-plejers fil-pozizzjonijiet dghajfa sabiex ikollhom skwadra kompleta u aktar kompetittiva. Il-Katalani sahhew id-difiza bi plejers bhal Abidal u Yaya Toure li flimkien ma Gabi Milito jaghmlu t-tim aktar solidu. Thierry Henry inghaqad mal-attakk fenomenali ghad-dizpozizzjoni ta’ Rijkaard li bir-ritorn ghal-kundizzjoni fizika tajba ta’ Lionel Messi u Samuel Eto’o flimkien mal-Braziljan Ronaldinho ghandu jkollu problema ta’ ghazla li hija l-ghira ta’ kull maniger fl-Ewropa.

Kritika li qed tigi mmirata lejn Barcelona tirrigwarda l-awtorita tal-kowc Rijkaard. Hemm min qed jirrimarka li b’tim mimli plejers kbar u ta’ isem, l-awtorita ta’ kowc relattivament zghir tista’ tigi mminata. Dan mhux bil-fors huwa l-kaz. Rijkaard huwa kowc b’personalita izda fuq kollox huwa ex-plejer li fil-karriera tieghu rebah hafna u dan jaghmel is-sitwazzjoni ferm differenti milli kieku dawn il-plejers kbar kienu mmexxija minn kowc bla personalita u li qatt ma rebah fl-oghla livelli tal-futbol internazzjonali.

Wara stagun mill-aqwa, Sevilla jibdew dan il-kampjonat bhala holders ta’ erba’ tazzi li huma it-Tazza UEFA, is-Super Cup Ewropeja, it-Tazza tar-Re u s-Super Cup Spanjola.

Wahda milla-aktar armi mportanti li kellhom Sevilla matul l-istagun li ghadda kienet certament l-attakk. Minkejja nteress qawwi fl-attakkant prolifiku Kanoute dan gie konvint jibqa’ mal-klabb u dan juri li Sevilla qed jippruvaw isiru klabb li jzomm l-ahjar plejers tieghu u mhux klabb li jbiegh. Din tista’ tkun id-differenza bejn klabb kbir u klabb normali. Sevilla qed juru snienhom ukoll fil-kaz ta’ Daniel Alves. Dan il-plejer qed jinteressa lil diversi klabbs fosthom Chelsea u Real Madrid. Minkiejja li l-plejer qal li jrid jitlaq, Sevilla qatt ma ccaqilqu mit-talba originali taghhom u qed jghidu li sakemm l-ebda klabb ma jilhaq it-talba taghhom, Alves mhux se jithalla jitlaq.

Sfortunatament ghall-klabb il-plejers illum ghandhom wisq sahha fejn jidhlu trasferimenti u Alves issa qed jipprova jisforza lil Sevilla jittrasferuh billi jibbojkottja t-team fejn irrifjuta li jinghaqad mal-iskwadra ghal-loghoba tac-Champions League kontra AEK Athens fil-Grecja. Dan huwa nuqqas ta’ professjonalita mill-plejer li pero jirrifletti s-sitwazzjoni prezenti fejn il-plejers li jilgahbu ghall-flokk u ma jaqghux taht il-kategorija ta’ mercenarji saru l-minoranza assoluta. Fil-ftit sieghat li fadal biex jaghlqu t-trasferimenti Sevilla ghandhom sitwazzjoni delikata f’idejhom ghax fil-waqt li iridu jzommu sodi kontra x-xewqat ta’ Alves u tal-klabbs li jriduh, iridu joqoghdu attenti wkoll li ma jhallux din is-sitwazzjoni tiddistabilizza ‘il klabb u l-plejers l-ohra.

Il-mohh wara s-sucessi ta’ Sevilla huwa l-kowc Juande Ramos izda anki hawn il-klabb qed jiffaccja sitwazzjoni delikata. Kif rajna l-gimgha l-ohra Ramos gie avvicinat minn Tottenham biex jiehu post Martin Jol fit-tmexxija tal-klabb ta’ Londra. Matul il-gimgha smajna hafna dikjarazzjonijiet minn Ramos u minn Tottenham li fl-inkonsistenza u fit-tibdil tal-verzjonijiet taghhom minn gurnata ghall-ohra, flok xejjnu l-ispekulazzjoni, ikkonfermaw li l-offerta saret u hafna huma konvinti li l-offerta ghal Ramos ghadha miftuha. Ghal Sevilla tkun hasra li zewg kolonni mportanti li wasslu lit-tim ghal tant successi jistghu jiddistabilizzaw lill-istess klabb izda jekk il-klabb joqghod attent u jaghraf johrog minn din is-sitwazzjoni minghajr danni, m’hemm xejn x’izomm lit-tim mill-Andalusija li jkollu stagun iehor poizittiv.

Valencia wkoll investew tajjeb u hadu lill-attakkant Nikola Zigic minghand Racing Santander. Dan il-plejer kien qed jinteressa diversi klabbs ohra izda issa nghaqad ma’ attakk li diga kien jinkludi plejers bhal David Silva, Fernando Morientes u David Villa. Barra minn hekk ghal Valencia se jkunu qed jirritornaw plejers bhal Edu, Baraja, Vicente u Del Horno li kollha tilfu hafna mill-istagun li ghadda minhabba injuries.

Fl-ahhar granet tas-suq tat-trasferimenti Valencia rnexxielhom ukoll jeghlbu l-isfida ta’ Everton biex hadu lill-midifelder Portugiz Manuel Fernandes minghand Benfica. L-istagun li ghadda Fernandes kien misluf ma’ Everton u dawn kienu konvinti li kien irnexxielhom jakkwistawh b’mod permanenti. Fernandes sahanistra kien diga mar jara loghoba f’Goodison Park u t-trasferiment kien prattikament konkluz izda Valencia dahlu fl-ahhar mumenti biex ikkonvincew lil dan il-plejer jinghaqad maghhom.

Valencia kienu xi ftit vantaggjati fuq Everton minhabba r-regolamenti dwar id-drittijiet fuq il-plejers minn partijiet terzi. Fernandes mhux kollu kemm hu propjeta ta’ Benfica u wara s-saga Carlos Tevez, Everton ma setghux jidhlu ghal xi trasferiment li ma jinvolvix biss ‘il klabb li qed jittrasferixxi l-plejer. Dan tawwal il-process tat-trasferiment u ta cans lil Valencia jidhlu biex jakkwistaw lill-Portugiz ghax fi Spanja m’hemm l-ebda regola li ma thallix terzi persuni jkunu nvoluti fid-drittijiet ekonomoci fuq il-plejers.

Fost il-klabbs l-ohra li mistennija jkunu protagonisti hemm Real Zaragoza li nehhew lil Gabriel Milito u akkwistaw lil Ayala bi profit ta’ aktar minn 14 –il miljun Ewro. Atletico Madrid tilfu lill-attakkant Fernando Torres izda l-klabb ma baqax lura milli jinvesti bis-shih u fost l-ohrajn akkwistaw lil Jose Antonio Reyes u Simao Sabrosa.

Kolox ma kollox il-kampjonat Spanjol ghandu jerga jtina spettaklu ta’ futbol tekninku u ecitanti. B’Real Madrid jippruvaw jirbhu b’mod attraenti, Barcelona jsahhu t-tim biex jehdulhom il-kuruna ta’ campjions u l-klabbs l-ohra ta’ fuq ma’ joqoghdux lura mill-investiment, id-divertiment ghandu jkun garantit.

Mark Mizzi

No comments: