Tuesday, July 31, 2007

Ghajnuna Finanzjarja lill-Football League- Mark Mizzi


The following article was published on L-Orizzont on Thursday 26 July 2007


Ghajnuna finanzjarja lill-Football League

Minn dawn il-pagni kemm –il darba kkritikajna is-sistema finanzjarja generali fid-dinja tal-futbol. Ghalkemm hafna jikkritikaw lill-plejers rigward il-miljuni li jaqilghu, wiehed irid jifhem li dawn qed jisfruttaw is-suq u ma’ jaghmlux hazin li jimmassimizzaw il-vantaggi ekonomici mis-sitwazzjoni prezenti. Nahseb li ftit, jew ahjar hadd, ma jghid le quddiem xi offerta favoluza li tista’ tigi offruta lilu jew lilha f’oqsma ohra tal-hajja.

Il-kritika kienet dejjem indirizzata lejn is-sistema u kif din tivvantaggja lil min hu f’sahhtu u tizvantaggja lid-dghajjef. L-argument li c-cirkostanzi fil-futbol qed jaghmlu l-klabbs sinjuri aktar sinjuri u l-fqar aktar fqar huwa prattikament ezawrit ghax gie analizzat minn kull angolu possibbli. Kemm il-darba gie diskuss kif id-differenza bejn il-klabbs il-kbar u dawk izghar qieghda dejjem tikber u kemm sar difficli biex klabb zghir jew medju jaghmel il-qabza necessarja u jibda jikkompeti ma’ l-aqwa klabbs fl-Ewropa.

Fl-ahhar jidher li fl-Ingilterra se ssir xi haga. Li se jigri mhux se jkun bizzejjed biex tispicca d-differenza bejn klabbs kbar u klabbs zghar izda forsi jghin biex, fl-istess nifs li nkunu qed nisimghu b’biljuni li jiddahhlu mid-drittijiet tat-televizjoni u miljuni kbar li jintefqu f’pagi u trasferimenti, ma nibqghux nisimghu bi klabbs zghar li jispiccaw jiffaccaw estinzjoni minhabba nuqqas ta’ fondi jew jigu bzonn il-partitarji li johorgu l-flus biex izommu l-klabb ghaddej.

Il-Premier League lahaq ftehim mal-Football League biex il-Football League jiehu dak li qed jissejjah fond ta’ solidarjeta. Permezz tal-ftehim li ntlahaq fil-jiem li ghaddew il-Premier League se jkun qed jghaddi madwar 100 miljun lira sterlina fit-tlett snin li gejjin biex jintuzaw f’oqsma diversi fi hdan il-Football League.

Il-Football League fl-Ingilterra huwa responsabbli ta’ dak li llum jissejjah ic-Championship flimkien ma’ League One, League Two u l-League Cup. Dawn it-tlett kampjonati tal-League hadu daqqa ta’ harta kbira minn meta twaqqaf il-Premier League. Dan sar wiehed mill-akbar attrazzjonijiet fl-Ewropa u l-flus mill-kumpaniji televizivi bdew jigu ppumpjati fih aktar minn qatt qabel.

Ghalkemm ic-Championship ghad fadallu certu profil, u fil-fatt huwa statistikament ppruvat li huwa wiehed mill-aktar kampjonati segwiti fl-Ewropa - anki izjed mill-oghla divizjonijiet f’certu pajjizi - is-sahha finanzjarja, specjalment fit-timijiet tan-naha t’isfel tac-Championship u ta’ dawk f’League One u League Two hija karatteristika inkwetanti ghal min ihares lejn il-football b’mod shih u mhux jikkoncentra biss fuq l-aqwa timijiet.

Minbarra nuqqas ta’ mportanza fit-tlett kampjonati, il-Football League ha daqqa ta’ harta wkoll fil-League Cup. Din ukoll tilfet hafna mill-importanza taghha, specjalment wara t-tibdil fic-Champions League fejn l-aqwa timijiet illum jaghtu priorita lill-post mal-ewwel erbgha fil-kampjonat aktar milli xi tazza domestika ohra.

Ic-cirku sar kwazi wiehed vizzjuz ghax il-klabbs tad-divizjonijiet inferjuri bdew jaraw il-bejgh tal-aqwa plejers taghhom bhala sors indispensabbli tad-dhul u dan wassal ghall-prezzijiet biex joghlew b’mod straordinarju. Ir-rizultat ta’ dan kien li klabbs kbar bdew ifittxu plejers minn barra l-pajjiz aktar minn qatt qabel u b’hekk naqas ukoll dan it-tip ta’ dhul ghall-klabbs iz-zghar.

Ezempju car ta’ prezzijiet minfuha u esagerati jasal minn zewg trasferimenti li saru dan is-Sajf fejn Sunderland, li ironikament huwa tim li ghadu kif rebah il-promozzjoni, akkwistaw lill-attakkant Michael Chopra minghand Cardiff ghal hames miljun lira sterlina fil-waqt li Tottenham hadu lil Gareth Bale minghand Southampton ghal somma li tista’ titla sa ghaxar miljun lira sterlina u lil Darren Bemt minghand Charlton ghal sittax –il miljun lira sterlina. L-iskop tal-artiklu tal-lum mhux analizi tas-suq tat-trasfermenti izda la qed nitkellmu fuq il-prezzijiet ta’ plejers li jilghabu fl-Ingilterra ta’ minn jghid li, ghalkemm m’hemm l-ebda dubju dwar it-talent u l-potenzjal ta’ dawn il-plejers, il-prezz huwa pjuttost minfuh u ftit jaghmel kuragg lill-klabbs tal-Premier League li jkunu attivi f’dan it-tip ta’ suq.

Lura ghall-ftehim bejn il-Premier League u l-Football League, fl-istagun li gej il-Football League b’kollox se jiehu 31.8 miljun lira sterlina li se jitqassmu fuq diversi setturi fosthom l-izvilupp taz-zghazagh, attivita fil-kommunita u t-72 klabb li jiffurmaw il-League.

Is-somma allokata ghall-izvilupp tal-plejers zghazagh matul l-istagun li gej se tkun ta’ 5.4 miljun lira sterlina fil-waqt li 4 miljun lira sterlina se jmorru ghall-attivitajiet tal-klabbs fil-kommunita. Is-somma ta’ 11.2 miljun lira sterlina se titqassam bejn il-klabbs li jaghmlu parti mit-tlett kampjonati tal-Football League. Is-somma li se jiehu kull klabb se tkun bazata fuq il-klassifika u ghalhekk se sservi wkoll ta’ incentiv kif jigri llum fil-Premiership.

Il-klabbs se jibbenifikaw ukoll mill-hekk imsejjha “parachute payments” li kienu jiehdu klabbs li jaqghu mill-Premiership ghac-Championship u li ma ntuzawx. Billi Sunderland u Birmingham irritornaw ghall-Premiership wara stagun wiehed biss, is-somma li suppost hadu fit-tieni stagun fic-Championship, jigifieri 5.6 miljun lira sterlina kull wiehed, se titqassam ukoll bejn il-klabbs tal-Football League.

Ic-cermen tal-Futboll League Lord Mawhinney laqa’ bil-ferha dan il-ftehim u fl-ewwel reazzjonijiet tieghu tenna frazi li biha ddeskriva tajjeb hafna l-importanza li ghandha tinghata lejn il-kampjonati z-zghar u lejn l-izvilupp tal-plejers zghazagh. Mawhinney qal li l-Premier League gharfu li l-klabbs tal-Football League huma l-bazi tal-piramida li fuqha jinsab l-istess kampjonat Premier. Din ghandha tkun ir-realta. Il-futbol Ingliz mhux il-Premiership biss u jekk kampjonati ohra ma jinghatawx importanza li jixirqilhom, il-Premiership isir qisu dar bla pedamenti.

Ic-cermen ta’ Cardiff Peter Ridsdale kien xi ftit xettiku dwar dan kollu u qal li dak li qed jaghmel il-Premier League mhux bizzejjed. Huwa qal li d-dfferenza bejn il-klabbs tal-Premiership u dawk tac-Championship hija kbira wisq u prova ta’ dan huwa l-fatt li kull stagun ikollok numru ta’ timijiet li jigu promossi wara li jkunu gew relegati l-istagun ta’ qabel.

Ridsdale kompla li hemm bzonn li l-klabbs jikkompetu fuq livell aktar ugwali izda dan ma jistax isir sakemm l-ahhar klabb tal-Premiership mill-istagun li gej se jiehu madwar 35 miljun lira sterlina fil-waqt li l-klabbs tac-Championship jiehdu bejn miljun u zewg miljuni.

Meta tiftakar li mill-kuntratt mal-kumpaniji Sky u Setanta biss il-Premier League se jiehu 1.7 biljun lira sterlina, is-somma li se tinghata lill-Football League tidher qisha l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda fil-parabbola ta’ Lazzru. Madanakollu huwa pjuttost ironiku li kummenti bhal dawn waslu propju minghand Peter Ridsdale. Ridsdale huwa l-istess cermen li kien fit-tmexxija ta’ Leeds United meta dan kien klabb li jhabbatha tajjeb mal-kbar u b’potenzjal qawwi. Grazzi ghan-nuqqas ta’ ghaqal u ppjanar finanzjarju serju, Ridsdale irrovina lil dan il-klabb u minn klabb jikkompeti fic-Champions League illum huwa klabb li fl-ahhar tal-istagun li ghadda gie dikjarat fallut u fil-prezent il-plejers jinsabu bil-hlasijiet lura.

Meta semma l-35 miljun lira sterlina li se jibda jinghata t-tim li jispicca fl-ahhar post tal-Premiership Ridsdale halla punt importanti barra. It-timijiet li jigu relegati, minkejja li jiehdu dik is-somma flus, aktarx jitilfu l-ahjar plejers taghhom u biex jergghu jissahhu jonfqu parti sostanzjali mill-“parachute payments” fi plejers li jilghabu fil-Football League. Dan ifisser li l-flus ikunu qed jigu rigenerati fil-Football League stess u ma jkunux it-timijiet relegati biss li jgawdu minnhom.

Ghalkemm meta tqabbel is-somom, id-donazzjoni lill-Football League tidher zghira, l-effett taghha se jkun pozittiv u sinifikanti. L-istagun li gej il-klabbs tal-Football League se jiehdu medja ta’ 900,000 lira sterlina kull wiehed u din l-ghotja effetivament tirdoppja dak li l-klabbs idahhlu mill-istess Football League.

Li jridu jaghmlu l-klabbs hu li jkunu differenti minn Ridsdale meta dan kien imexxi lil Leeds United. Is-somom li se jircievu l-klabbs ghandhom jitqiesu bhala investiment ghall-futur u d-dirigenti m’ghandhomx jaqghu fit-tentazzjoni li juzawhom biss ghal trasferimenti jew f’zidiet fil-hlasijiet ta’ pagi.

L-ghajnuna finanzjarja li se jiehdu l-klabbs fil-Football League ghandha tghinhom biex isahhu l-infrastruttura taghhom, partikolarment l-izvilupp ta’ plejers minn hdan il-klabb stess. Ma dan qabel ic-cermen ta’ Preston Derek Shaw li, fil-waqt li laqa’ b’ottimizmu din l-ahbar, qal li l-flus ghandhom ikunu hemm biex jghinu l-klabbs jibnu pedamenti sodi ghall-futur fit-tul u mhux biex jintefqu f’pagi ta’ plejers li jaghmlu zewg staguni mal-klabb u jitilqu. Fil-passat Peter Ridsdale ipprova mudell li ma hadimx. Wiehed jispera li din l-esperjenza ghallmet lilu u lic-cermen l-ohra fil-Football League biex imexxu aktar bil-ghaqal u jippjanaw fit-tul.

L-izvilupp tal-plejers zghazagh fl-Ingilterra huwa suggett jahraq u polemikuz. Id-diskussjoni dwar dan hadet in-nar minn meta sploda n-numru ta’ plejers barranin jilghabu fil-pajjiz. Kulhadd jista’ jara li minn dan qed ibati wkoll it-tim nazzjonali fejn bhalissa jirrenja pessimizmu dwar it-talent suppost emergenti u li fil-futur ghad irid jiehu post il-plejers li jiffurmaw it-tim nazzjonali llum. Huwa propju ghalhekk li proporzjon partikolari mis-somma li se tinghata lill-Football League hija strettament marbuta mas-settur taz-zghazagh.

Il-Premeir League mhux qed ihares lejn din l-ghotja bhala karita izda bhala investiment ghall-klabbs ta’ fuq stess. Xi darba l-klabbs barra l-oghla divizjoni kienu s-sorsi minn fejn johorgu l-plejers li wasslu ghas-successi tat-timijiet ta’ fuq nett. Dawn il-klabbs kienu n-nurseries tal-oghla divizjoni. Minnhom kienu jittiehdu plejers li ftit ikunu maghrufa biex imbaghad isiru stilel mal-aqwa klabbs tal-Ingilterra.

Il-passat difficli ggibu lura u t-tibdil fic-cirkostanzi generali huwa kbir wisq biex is-sitwazzjoni terga’ tigi l-istess. Izda l-kuncett importanti jibqa’ li mill-istagun li gej ‘il quddiem il-qliegh kbir li jaghmel il-Premeir League se jghin ukoll biex jissahhu l-gheruq tal-futbol. Is-somma moghtija mhix fenomenali izda, kif jghid il-Malti, kull laqxa tirfed l-imramma. Dan jista’ jkun biss bidu ghal-koperazzjoni akbar bejn iz-zewg il-Premier League u l-Football League- koperazzjoni li minnha, minbarra l-klabbs, igawdi wkoll il-futbol Ingliz b’mod generali.
M Mizzi

No comments: