Sunday, November 16, 2008

KICK OFF EDITORIAL 16 NOVEMBER 2008

Editorjal 16 Nov 2008- Mark Mizzi

Liverpool u Chelsea komplew jirbhu biex zammew il-pass ma xulxin fl-ewwel post tal-klassifika fejn hija biss id-differenza ta’ goals li qed tidfridhom.

Il-loghoba bejn Liverpool u Bolton kienet karatterizzata mic-cansijiet mitlufa miz-zewg nahat…Keane u Gerrad fost l-“hatja” ta’ Liverpool u Gardner ghal Bolton. Izda kollox ma kollox rebha tajba u komda ghal Liverpool…. li setghu pattew qars ghac-cansijiet mitlufa meta Bolton kellhom goal imhassar fil-45 minuta.

Biex inkunu gusti mar-referee, dan saffar qabel il-goal u jista’ jkun li kien hemm obstruction fuq Reina, ghalkemm mhux l-ewwel darba li f’incidenti bhal dawn ma jissaffar xejn.

Chelsea ghalqu l-partita fl-ewwel taqsima u kkontrollaw it-tieni wahda. Hawnhekk kompliet il-forma tajba ta’ NICOLAS ANELKA li skorja zewg goals ohra biex ikompli jsahhah postu fl-ewwel post tal-klassifika tat-top scorers. Bhal numru ta’ players ohra, ANELKA qed igawdi mill-mod kif il-manager Braziljan qed ihalli l-players jesprimu ruhhom u kif, permezz ta’ hekk, qed jinholqu aktar cansijiet.

CRISTIANO RONALDO il-bierah skorja l-100 goal tieghu ma’ Manchester United f’wirja kbira kemm ghalih u kif ukoll ghat-team. Sir Alex Ferguson fahhar il-wirja u r-rekord ta’ RONALDO ma’ Manchester United u qal li dan jinsab lura ghall-ahjar tieghu. Wiehed jittama li fil-gimghat li gejjin Ferguson ma jkollux ghalfejn ihabbat wiccu ma battalja ohra biex izomm lil dan il-player f’Old Trafford.

ASTON VILLA urew l-ambizzjonijiet taghhom biex jiggieldu ghal post mal-ewwel erbgha fil-waqt li ghal darba ohra harget l-inkonsistenza ta’ Arsenal dan l-istagun.. Din il-loghoba ikkonfermat li jekk hemm team li jista’ jhabbat lil erbgha tas-soltu, huma propju Aston Villa ta’ Martin O’Neill.

Meta wiehed iqabbel din il-loghoba mar-rebha fuq Man Utd ma jifhimx iz-zewgt ucuh li jista joffri l-klabb ta Arsenal. Dan ikkonfermah Arsene Wenger li qal li ghalih huwa difficli joffri spjegazzjoni razzjonali ta’ x’qed jigri. Huwa qal ukoll li biex tkun champion trid tkun konsistenti u Arsenal fil-prezent m’humiex. (SAGNA barra sa Dicembru)

Tasal l-ewwel telfa ta’ HARRY REDKNAPP bhala manager ta’ Tottenham. Il-loghoba kontra Fulham kienet l-aghar wahda ta’ Tottenham taht Redknapp. Fil-waqt li Redknapp fehem u qal li l-ahhar wirjiet tajba ma jfissurux li l-problemi ghaddew, il-players ma fehemuhiex u l-bierah hassew li jkun bizzejjed jonoraw il-fixture biex jirbhu l-loghoba.

Tibqa’ wkoll il-problema GOMES – li ghal darba ohra ghamel paprata biex dawwar il-loghoba favur l-avversarji. Redknapp qal li se jibqa’ jilghab b’Gomes ghax in-numru 2 ghandu 37 sena u l-goalkeepers l-ohra huma tfal. Nahseb fic-cirkostanzi il-goalkeeper ta’ 37 sena ma jistax jaghmel hafna aghar minn Gomes u jkun tajjeb ghal Gomes stess li jinghata ftit tal-msitrieh.
Gomes jaghmel saves kbar imma imbagahd jizloq fin-niexef. Darba il-mibki SANDRO CHIOTTI kien qal “UN GRANDE PORTIERE E UN PORTIERE CHE PARLA IL PARABILE”….. s’issa zgur mhux il-kaz ta’ GOMES

Sunday, November 9, 2008

KICK OFF EDITORIAL 10 NOVEMBER 2008

EDITORJAL

F’reklam sabih ghall-Premiership il-bierah Arsenal ghelbu lil Manchester United 2-1 fl-Emirates…loghoba li reghet gabet tbissima fuq wicc Arsene Wenger u l-players tieghu flimkien mal-partitarji tal-Gunners.

Kienet loghoba mill-isbah biz-zewg timijiet jattakkaw il-hin kollu. Loghoba bejn tnejn mill-aktar zewg timijiet li jilghabu football attraenti fl-Ingilterra…loghoba li, kuntrarju ghal hafna loghobiet kbar, lahqet l-aspettattiva li kien hemm ghaliha.

Iz-zewg timijiet taw is-sehem taghhom izda, kif qablu l-manigers, Arsenal hadu c-cansijiet taghhom u Manchester United ma haduhomx.

Dan ir-rizultat ifisser li l-kritika li qalghu Arsenal fl-ahhar jiem mhix gustifikata? Il-kritika keenet esagerata izda din ir-rebha m’ghandhiex tghatti l-problemi li ghandu jndirzza Wenger f’Jannar li gej.

Il-loghoba tal-bierah ma qaltilna xejn gdid dwar Arsenal. Wenger jilghab futbol pur…football li meta jintlaghab kontra tim li jilghab fuq l-istess principji joffri spettakklu u jgib ir-rizultat irrispettivament minn min ikun fl-ewwel hdax. Il-futbol ta’ Wenger huwa mibni fuq sistema u mhux individwi u l-kapacita tieghu hi kif jintegra lil kulhadd fis-sistema tieghu.

Izda l-probelmi ta’ Arsenal ma johorgux kontra Manchester United…Il-probelmi ta’ Arsenal jinkixfu kontra timijiet fizici u aggressivi…u Wenger irid isolvi din il-problema qabel jaspira li jirbah il-kampjonat.

ROBBIE KEANE il-bierah skorja l-ewwel goals tieghu fil-Premier ma’ Liverpool. Keane kien taht ftit tal-pressjoni u kellu wkoll il-kritici tieghu minhabba n-nuqqas ta’ goals.

Izda l-loghoba ta’ KEANE mhix biss goals. Keane johloq l-ispazju ghal-plejers l-ohra bil-giri tieghu u bil-mod kif jigbed id-difensuri fuqu. Keane jghaqqad il-midfield mal-attakk u l-passes intelligenti tieghu joholqu c-cansijiet ghal shabu.

Il-goals ta’ KUYT, il-qabza fil-kwalita tal-loghob u sinergija fit-tim ta’ Liverpool m’humiex kumbinazzjoni. Fl-ahhar tal-kampjonat Benitez ghad ibierek l-£20 miljun li nefaq f’dan il-player li donnu ma kull loghoba qed jikber fil-kwalita.

BOLTON il-bierah ghelbu lil Hull grazzi ghal bravuri ta’ JUSSI JASKELAINEN fil-lasti….JASKELAINEN jikkonferma li huwa wiehed mill-aqwa goalkeepers fl-Ingilterra.

Tlett telfiet konsekkuttivi ghal Hull… il-buzzieqa nfaqghet?… ma nghagglux… l-ewwel zewg telfiet gew v Chelsea u Man Utd (fejn skurjaw 3) u l-loghoba tal-bierah ghamlu bizzejjed biex jiehdu xi haga minnha. Hafna se jiddependi minn kemm PHIL BROWN se jirnexxileu jgholli l-moral tal-players tieghu biex jiffaccjaw il-loghobiet li gejjin.

Thursday, August 21, 2008

Ruma titlef lil Sensi

“Awguri President, qalbna qieghda mieghek f’dan il-mument difficli. Ninsabu vicin tieghek. L-ewwel Sensi imbaghad ir-Roma”.

Hekk kien jghid wiehed mill-eluf kbar ta’ messaggi mibghuta lill-President ta’ Roma Franco Sensi f’eghluq sninu fid-29 ta’ Lulju li ghadda. Sensi kien lahaq it-82 sena izda sahhtu xejn ma kienet tajba. Il-Hadd li ghadda, fl-isptar Gemelli ta’ Ruma, il-patron ta’ Roma ghadda ghall-hajja ta’ dejjem u l-futbol Taljan tilef wahda mill-ikoni tieghu.

B’differenza minn pajjizi ohra, fl-Italja il-bicca l-kbira tal-klabbs huma marbutin ma’ familji partikolari. Ghal uhud l-istorja tant hija kbira li l-isem tal-familja sar sinonimu mal-klabb u kwazi kwazi huwa difficli taqta’ linja fejn tispicca l-familja u fejn jibda l-klabb.

Hekk matul is-snin, fost l-ohrajn, il-familja Agnelli saret sinonima ma’ Juventus, il-familja Moratti saret tfisser Inter u l-kunjom Berlusconi igib quddiem ghajnejna ‘il klabb ta’ Milan. F’Ruma l-familja Sensi tfisser AS Roma. F’belt fejn il-kultura aktar vibranti u passjonali tas-sud twassal ghal affinita u lealta akbar, Franco Sensi u l-familja tieghu dahlu fil-qalb ta’ kull Ruman li l-hajja tieghu tibda w tispicca mat-tim ta’ Roma.

Il-hajja ta’ Franco Sensi hija marbuta mal-klabb ta’ Roma. Huwa twieled fid-29 ta’ Lulju 1926 u meta kien ghad kellu biss ftit xhur missieru, li huwa personalita ohra marbuta ma’ Roma, fornixxa xi materjal lill-klabb tal-kapitali biex jinbena l-famuz Campo Testaccio.

Propju missier Franco, Silvio Sensi, jixhed ir-rabta unika li hemm bejn din il-familja u l-klabb ta’ Roma ghax hu kien wiehed minn dawk li waqqfu l-klabb permezz tal-amalgamazzjoni tal-klabbs Alba Audace, Fortitudo Pro Roma u Roman.

Minn hemm ‘il quddiem l-istorja ta’ Sensi u dik ta’ Roma bdiet tevolvi bil-mod biex issir storja wahda. Ta’ 28 sena Franco Sensi dahal fil-klabb ta’ Roma bhala kunsillier u ta’ 35 sena sar dirigent fejn okkupa l-kariga ta’ Vici-President fi zmien il-President Anacleto Gianni. F’dawk is-snin Roma rebhu t-Tazza tal-Fieri li huwa l-uniku unur Ewropew mirbuh minn Roma.

Eventwalment kien hemm perjodu ta’ bruda bejn Sensi u l-klabb ta’ Roma izda r-rabta u l-imhabba lejn it-tim ma naqset qatt b’Sensi jibqa’ abbonat fit-Tribuna d’Onore sabiex jibqa’ jsegwi l-benjamini tieghu.

Din l-imhabba lejn it-tim ta’ Roma wasslitu biex f’Mejju tal-1993 dahal ghat-tmexxija tal-klabb flimkien ma’ Pietro Mezzaroma li halla r-riedni f’Novembru tal-istess sena biex Sensi baqa’ jmexxi wahdu. Minn hemm bdiet l-istorja li hija aktar friska fil-memorji taghna. Taht it-tmexxija tieghu Roma rebhu t-tielet kampjonat fl-2000-01, zewg Super Cups Taljani li waslu fl-2001 u l-2007 u l-Coppa Italia fl-istaguni 2006-07 u 2007-08. Barra minn dawn l-unuri, taht it-tmexxija ta’ Sensi u l-familja tieghu, Roma saru jilghabu futbol li jpaxxi l-ghajn u ghal numru ta’ staguni gew deskritti bhala l-aktar tim attraenti fl-Italja.

Fuq kollox Sensi sar l-aktar President li gab success fil-klabb tal-kapitali Taljana u mhux ta’ b’xejn huwa meqjus bhala l-aktar President mahbub mill-partitarji giallorossi.

Ir-rispett li kien igawdi Franco Sensi u l-gharfien u rikonoxximent ghal dak li ghamel ghal Roma ma nistax niddeskrivieh bi kliemi. Biex verament thoss u tifhem x’kien ifisser Sensi ghal Roma u l-futbol Taljan in generali trid tkun taf il-bniedem mill-qrib, ghixt qrib tieghu u hassejt b’idejk ix-xoghol li ghamel biex minn klabb riesaq lejn falliment taht il-gestjoni ta’ Giuseppe Ciarrapico gab il-klabb ta’ Roma fejn hu illum.

Ghalhekk, biex nifhmu aktar din l-imhabba unika bejn dak li issa se jkun qed isegwi lil benjamini tieghu mill-post tal-mistrieh ta’ dejjem u Roma se nhalli f’idejn personaggi mportanti li jafu lil Sensi mill-vicin u li kollha hassew ir-rimors ta’ din it-telfa.

Il-bandiera l-ohra ta’ Roma, il-captain Francesco Totti, qal li t-telfa ta’ Sensi tnissel ugiegh ta’ qalb kbir ghax mhux biss intilfet personalita b’importanza enormi fl-istorja tal-klabb, izda wkoll ghax il-futol Taljan tilef bniedem ippassjonat u “veru”. Totti qal li hu jibqa’ jiftakar kull gurnata li ghadda ma’ Sensi izda l-aktar mument li se jibqa’ f’mohhu hu il-ferh li hass Sensi waqt ic-celebrazzjoni tal-kampjonat f’Circo Massimo.

Il-Presdent tal-Federcalcio Giancarlo Abete qal li t-telfa ta’ Sensi ma tfissirx biss telfa ta’ dirigent izda wkoll ta’ bniedem genwin. Abete qal li Sensi iddedika hajjtu ghal Roma u ghad-dinja tal-futbol b’passjoni u dedikazzjoni kbira. Ghal Abete Sensi mhux se jibqa’ fl-istorja biss ghas-successi li gab ma’ Roma izda ghal mod kif wasal ghalihom. Abete qal ukoll li Sensi ma kienx biss bniedem tal-ballun izda wkoll bniedem ta’ kultura kbira u imprenditur bravu li dejjem wasal fejn ried b’lealta.

Kumment helu izda li jixhed is-sahha tal-personalita ta’ Sensi ghamlu Antonio Matarrese li llum huwa l-President tal-Lega Calcio. Matarrese kien imexxi l-Federcalcio meta Sensi dahal fix-xena bhala President ta’ Roma u huwa jghid li mill-ewwel induna li fil-futbol Taljan ma kienx dahal “President” izda “il-President”.

Matarrese qal li hu kien iltaqa’ ma’ Sensi ftit wara li dan sar President ta’ Roma u mill-ewwel induna li fic-crieki tal-futbol professjonali Taljan kien dahal bniedem f’sahhtu. Matarrese qal li Sensi dejjem iggieled biex is-Socjeta tieghu tikseb ir-rispett li kien jisthoqqilha u kien jarah dritt sagrosant li Roma jkunu meqjusa u rispettati bhal klabbs il-kbar l-ohra. Sensi qatt ma qaghad lura iex jiggieled ghal Roma u matul il-glieda tieghu huwa rebah u tilef battalji izda l-gwerra rebaha ghax illum Roma jinsabu fl-oghla livelli tal-futbol Taljan.

Il-president tal-CONI Gianni Petrucci iddeskriva lil Sensi bhala dirigent serju u preparat. Petrucci qal li Sensi wera kapacita kbira biex holoq il-bilanc bejn l-interess tat-tim u l-pozizzjoni finanzjarja tal-klabb u rnexxielu jdawwar lil Roma f’realta tal-futbol Ewropew.

Ma dawn il-kummenti zdiedu dawk tal-kowc tat-tim nazzjonali Taljan Marcello Lippi li ddeskriva lil Sensi bhala president li dejjem iggieled ghal Roma izda mexxa l-battalji tieghu b’mod leali u minghajr pregudizzji. Lippi qal li huwa cempel lill-familja Sensi biex jesprimi d-dispjacir tieghu u f’din it-telefonata hu ha gost li kellu l-opportunita jenfasizza l-umanita ta’ Franco Sensi. Lippi qal ukoll li huwa mertu kbir ta’ Sensi li rnexxielu jwassal fil-gholi lil Roma kemm fl-Italja u kemm fl-Ewropa.

Kummenti kommoventi kienu ta l-eks kowc ta’ Roma Carlo Mazzone. M’hu l-ebda sigriet li Mazzone ghandu lit-tim ta’ Roma f’qalbu u ghalhekk huwa jikkonferma li ma jistax ma jibqax ihobb ghal dejjem lill-bniedem li tah ic-cans jikkowcja lit-tim favorit tieghu.

Mazzone dam tlett snin imexxi lil Roma u jghid li, ghalkemm fl-ewwel sena mhux kollox kien sejjer sew, qatt ma hass li kien hemm konfront mad-dirigenza. Anzi, jkompli Mazzone, dejjem kien hemm stima u fiducja fih mid-dirigenza Romanista. Mazzone jfahhar lil Sensi ghal mod kif dan organizza s-successjoni tieghu stess biex bil-mod ‘il mod halla t-tmexxija tal-klabb Ruman f’idejn bintu Rosella.

Mazzone jghid li ghandu rikordji sbieh li jorbtuh ma’ Sensi u dawn mhux gejjin biss mit-tlett snin li ghamel ma’ Roma. Ir-rabtiet ta’ Mazzone mal-familja Sensi baqghu f’sahhithom anki wara l-avventura ta’ dan il-kowc fi Trigoria. Fil-fatt Mazzone jikkonferma li kien jaf bil-problemi ta’ mard li kien ghaddej minnhom Sensi u qal li dan, ghalkemm sofra hafna, il-moral tieghu baqa’ f’sahhtu sal-ahhar.

Ma setax jonqos li jitkellem ukoll il-President ta’ Lazio Claudio Lotito. Lazio u Roma u Sensi u Lotito huma rivali fil-grawnd izda t-tnejn li huma dejjem irrispettaw ‘il xulxin u gharfu l-importanza tax-xoghol li kienu qed iwettqu fiz-zewg klabbs kbar ta’ Ruma.

Ghal Lotito, it-telfa ta’ Sensi ma tolqotx biss lil Roma izda wkoll id-dinja tal-futbol nazzjonali u internazzjonali. Lotito qal li Sensi ghamel 15 –il sena shah jiggieled biex jaghmel il-principji sportivi kuncett awtentiku u ewlieni fis-sistema tal-futbol Taljan. Huwa ghamel dan b’semplicita, umanita u kapacita professjonali fejn involva wkoll il-familja kollha tieghu.

Il-kap tal-Istat Taljan Giorgio Napolitano ukoll tkellem dwar it-telfa ta’ Sensi u qal li dan il-bniedem gharaf izewweg il-kapacita imprenditorjali tieghu mal-imhabba lejn l-isport biex ghamel lil Roma dak li huma llum. Napolitano qal li taht it-tmexxija tieghu Roma lahqu livelli gholjin hafna u t-tmexxija ta’ Sensi stigat aktar sapport u kabbret il-popolarita ta’ Roma.

Dawn l-elogji m’humiex klixejiet li jsiru kull meta xi hadd ihalli din id-dinja. Huma kummenti ta’ nies li jafu x’ghamel Sensi ghal Roma u kemm kien importanti biex il-klabb ta’ Roma jibda jgawdi l-profil gholi li qed igawdi llum. Izda fuq kollox dawn il-kummenti huma tieqa zghira fuq kif, jew ahjar minn min, ghandu jitmexxa klabb.

Klabb immexxi minn familja b’passjoni ghat-tim u b’imhabba vera huwa klabb bir-ruh. Klabb immexxi minn partitarju ta’ veru huwa klabb b’karattru u klabb li jiggenera l-passjoni. L-ezempju ta’ Sensi u ta’ personalitajiet ohra bhalu fl-Italja ghandu jitfa’ dawl fuq is-sabih tal-futbol u l-perikli li jidhlu fihom klabbs ohra li jintelqu f’idejn imprendituri minn barra l-pajjiz li ma jkollhom ebda rabta w affinita mal-klabb.

J’Alla l-memorja ta’ Franco Sensi ma titlaq qatt mid-dinja tal-futbol u tibqa’ tfakkarna fl-imhabba u r-rabta li darba kienet tezisti bejn sidien u klabb. Sfortunatament dan l-element qed jonqos u llum ir-ruh tal-klabb sar ghandha prezz.
Mark Mizzi (L-Orizzont, il-Hamis 21 t'Awwissu 2008)

Thursday, May 1, 2008

Sven Goran Eriksson u Manchester City


Dan l-artiklu ta' Mark Mizzi gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 1 ta' Mejju 2008

Dan l-istagun ghadu ma ntemmx izda l-futur tal-maniger ta’ Manchester City Sven Goran Eriksson diga jinsab fid-dubju. Sid il-klabb Thaksin Shinawatra iddikjara li mhux kuntent bil-prestazzjonijiet tat-tim fit-tieni parti tal-istagun u rrifjuta li jiggarantixxi li l-istagun li gej Eriksson se jkun ghadu maniger fis-City of Manchester Stadium.

Imsahha mill-miljuni ta’ Shinawatra Manchester City kellhom bidu verament tajjeb dan l-istagun u f’Awissu kienu wkoll fl-ewwel post tal-klassifika. It-tim ta’ Eriksson ma rnexxielux izomm dan ir-ritmu u, apparti l-eliminazzjoni miz-zewg tazzi domestici, spiccaw iharsu li jispiccaw il-kampjonat f’nofs il-klassifika minflok jiggieldu mal-aqwa klabbs tal-Premiership ghall-ewwel postijiet.

Shinawatra cahad spekulazzjoni li hu qed jippjana li jahtar lil Luis Felipe Scolari minflok Eriksson izda dwar Eriksson ma kkonferma xejn u qal li l-pozizzjoni tal-maniger u affarijiet ohra li ghandhom x’jaqsmu mat-tim se jigu riveduti fi tmiem l-istagun. Dak li kkonferma Shinawatra kien li se jerga’ jkun hemm turn-over qawwija ta’ plejers. L-ex Prim Ministru tat-Tajlandja qal li Manchester City ghandhom xi plejers tajbin izda ghandhom bzonn aktar. Huwa kompla li t-tim ghandu bzonn aktar difensuri u midfielders, “...specjalment midfielders”.

Din l-analizi ta’ Shinawatra hija wahda zbaljata u jekk il-kampanja akkwisti tas-City se tkun ibbazata fuq dak li qal sid il-klabb il-problemi mhux se jissolvew. Huwa car li l-akbar problema ta’ Manchester City dan l-istagun kienet fl-attakk fejn in-nuqqas ta’ attakkant prolifiku seta’ kien id-differenza bejn pozizzjoni f’nofs il-klassifika u post fl-Ewropa.

L-istatistika titkellem wahedha. Sa qabel il-loghoba tal-Premiership kontra Portsmouth l-ebda plejer ta’ Manchester City ma kien skorja aktar minn seba’ gowls. Il-plejer bl-ahjar total ta’ xuttijiet ghal-lasta u xuttijet totali ma kienx attakkant izda l-winger internazzjonali Bulgaru Martin Petrov.

Minkejja dan, dan l-istagun ghandu jitqies bhala success fis-sens li kien progress fuq dak li ghadda. Shinawatra pero jara l-affarijiet differenti u jemmen li l-investiment li ghamel fil-klabb kellu jhalli rendiment akbar. Shinawatra qed juri atteggjament komuni ghald dawk li jixtru klabbs minghajr ma jkunu kapaci jifhmu il-kultura tal-loghoba u kif jahdem il-futbol. Min huwa qrib il-loghoba jaf li l-miljuni m’humiex bizzejjed u tim bi plejers u maniger godda ghandu jinghata z-zmien biex jibda jipproduci dak li jkun mistenni minnu. Il-plejers iridu jidraw l-ambjent tal-futbol Ingliz, is-sistemi tal-kowc u anki lil xulxin. Dam ma jigrix fi ftit gimghat jew xhur u jrid jghaddi z-zmien biex it-tim jibda jiffunzjona skond il-pjani tal-maniger.

Turnovers kbar ta’ plejers kull stagun ukoll ma jghinux biex it-tim irendi u l-element ta’ konsistenza huwa mportanti biex it-tim jizviluppa u jaghti l-ahjar tieghu. Dan il-kuncett ukoll jidher li huwa aljen ghal Shinawatra u qed jinsisti li ghandu jkun hemm influss ta’ plejers godda fil-waqt li jitilqu ohrajn.

Il-partitarji ta’ Manchester City ma jahsbuhiex bhal Shinawatra u f’Eriksson jaraw maniger li jekk jinghata z-zmien u jithalla jahdem jista’ jgib sens ta’ sabilita fil-klabb. L-istabilita hija l-pedament li fuqu jrid jinbena s-success. Is-success ma jigix jekk il-klabb jibdel il-manigers u numru sostanzjali ta’ plejers sikwit u Eriksson ghandu jithalla jibni tim skond il-vizjoni tieghu.

Eriksson huwa l-ewwel maniger tas-City li rebah f’Old Trafford mill-1974 ‘il hawn u l-ewwel wiehed li wassal it-tim ghal double fuq ir-rivali tal-belt ta’ Manchester fi kwazi erbghin sena. Fuq dan il-fatturi biss Eriksson huwa idolizzat minn hafna partitarji ta’ Manchester City u l-popolarita tieghu hija element li Shinawatra m’ghandux jinjora.

Eriksson huwa konxju minn dan is-sapport u hu forsi ghalhekk li minkejja l-ispekulazzjoni dwaru qed jidher rilassat u kalm. Fis-sitwazzjoni prezenti hemm hafna elementi favorih. Minbarra s-sapport tal-partitarji huwa rega kiseb il-kunfidenza fih innfisu u ghandu c-certezza li jekk jitnehha ma jdumx ma jsib klabb iehor fejn jahdem. Dak li jird jifhem Shinawatra hu li Manchester City ghandhom bzonn Eriksson aktar milli Eriksson ghandu bzonn lil Manchester City.


Kif diga ghidna Shinawatra haseb li bil-flus li nefaq kien se jikseb success immedjat izda l-partitarji tas-City jirrealizzaw li minkejja l-flus minfuqa kien hemm pozizzjonijiet fit-tim li baqghu problema.

L-analizi dwar Eriksson ghandha tibda minn x’wiret. L-istagun ta’ qabel ha t-tim f’idejh l-ahjar plejers ta’ Manchester City kienu Joey Barton, Sylvain Distin, Richard Dunne u Micah Richards bl-ewwel tnejn jitilqu qabel wasal l-ex kowc tat-tim nazzjonali Ngliz.

Dunne u Richards saru l-kolonni li beda jibni t-tim madwarhom Eriksson u maghhom eleva mill-akkademja lil-gowlkiper Joe Hart u lil Michael Johnson. Eriksson nefaq hamsin miljun lira terlina fis-suq tat-trasferimenti izda ghal Shinawatra u anki xi kritici ta’ Eriksson dawn ma ntefqux tajjeb. Hawnhekk wiehed irid izomm f’mohhu z-zmien qasir li kellu Eriksson biex jopera fis-suq tat-trasferimenti. Meta jigi kkunsidrat dan tinbidel l-istampa kollha u Eriksson ghandu jigi ammirat ghall-akkwisti li rnexxielu jaghmel u l-mod kif irnexxielu jghqqadhom.

Elano, minkejja li fit-tieni parti tal-istagun batta xi ftit forsi minhabba l-pozizzjoni li qed jilghab fiha, huwa wiehed mill-aqwa plejers li hemm fil-Premiership u meta jidra r-ritmu u l-ammont ta ‘loghobiet li jintlagahbu fl-Ingilterra ir-rendiment tieghu se jkun ahjar. Elano kien dominanti fl-ewwel xahrejn tal-kampjonat fil-waqt li akkwist iehor ta’ Eriksson, Martin Petrov, huwa wiehed mill-aqwa wingers li hemm fil-Premiership.

It-trrasferimenti mhux kollha rnexxew. Izda kif ghidna wiehed irid jiftakar li Eriksson ma kellux hafna zmein biex jara x’ghandhom bzonn Manchester City u jistudja l-possibilitajiet li kien hemm fis-suq. Id-dipartiment li ma rnexxiex huwa l-attakk u Rolando Bianchi kien fjask fil-futbol Ingliz. Il-gudizzju fuq Benjani, Caciedo u Bojinov, li jinsab imnwegga’, ghadu kmieni wisq biex isir u l-istagun li gej inkunu nafu ahjar x’ra Eriksson f’dawn il-plejers meta ddecieda li jakkwistahom.

Dak li ghandu jigi evalwat mhumiex id-decizjonijiet u l-kapacita ta’ Eriksson izda l-operat u l-imgieba ta’ Shinawatra. Il-“Human Rights Watch” sejjhet lil Shinawtra bhala bniedem li abbuza bid-drittijiet tal-bniedem bl-aghar mod possibbli izda minkajja dan Shinawatra intlaqa’ fl-Ingilterra bhala xi eroj li se jsalva l-klabb ta’ Manchester City. Fit-Tajlandja huwa kien akkuzat ukoll bi frodi u, fil-waqt li mhux se nidhol fil-mertu ta’ jekk dawn l-akkuzi humex fondati jew le, wehed jibqa’ skantat kif fl-Ingilterra ghad m’hemmx mekkanizmu li janalizza s-sors finanzjarju ta’ persuni bhal Shinawtra li jigu fil-pajjiz u jixtru klabb meqjus bhala istituzzjoni b’finanazi li hadd ma ndaga jekk humiex nodfa jew le.


Shinawatra ghadu kif imbarka fuq progett iehor li m’hu xejn ghjar tentattiv miskalkulat biex jikseb il-popolarita mal-partitarji. Huwa beda negozjati biex jakkwista l-fantatsasta Braziljan ta’ Barcelona Ronaldinho. Li Ronaldinho aktarx jitlaq lil Barcelona huwa sigriet maghruf izda li dan se jaghzel lil Manchester City minflok klabbs ohra kbar li qed jigru wara l-firma tieghu ghandha element ta’ fantasija. Fil-futbol kollox huwa possibbli izda jkun ferm ahjar ghal Shinawatra li jhalli lil Eriksson jahdem fis-suq tat-trasferimenti fejn jista’ jimmira ghal miri aktar prattici u possibbli. Eriksson irid ikompli jakkwista plejers li bil-mod –il mod jibdew it-triq biex jistabilixxu lil Manchester City ma’ ta’ fuq fejn eventwalment jibda jsir possibbli li dan il-klabb jattira plejers tal-kalibru ta’ Ronaldinho.

Shinawatra jaghti l-impressjoni li jahseb li huwa facli li jpoggi lil Manchester City mal-ewwel erbgha’ u jkun bizzejjed li jixrtri plejers ta’ certu profil u isem biex jaghmel dan. Klabbs ohra ilhom snin twal jippruvaw jidhlu fic-cirku tal-ewwel erbgha minghar ma rnexxielhom. Li shinawatra jippretendi li jaghmel dan fl-ewwel stagun jew tnejn mhi xejn ghar pruzunzjoni jew nuqqas ta’ gharfien dwar il-loghoba u l-Premiership b’mod partikolari.

Huwa ovvju wkoll li Shinawatra qed juza lil Manchester City bhala ghodda biex jirbah il-popolarita, specjalment dik politikla f’pajjizu. Fost dawn l-attentati kien hemm mil-messaggi ta awguri li deheru fuq il-big screen fis-City of Manchester Stadium fl-okkazjoni ta’ gheluq snin ir-re tat-Tajlandja. Kien hemm ukoll il-mawra sfurzata ta’ Kasper Schmeichel u Kelvin Etuhu fit-Tajlandja f’nofs l-istagun u l-attentat ta’ Shinawatra biex jimponi tlett plejers Tajlandizi fl-iskwadra ta’ Eriksson.

Shinawatra jista’ jahseb li huma l-miljuni li jgibu s-success. Jista’ jkun li l-idea tieghu hi li s-success jasal minkejja l-kowc u mhux grazzi ghax-xoghol tal-kowc. Min jifhem il-loghoba ma jahsibhiex hekk. Dan l-istagun diga huwa progress ghal Manchester City u l-arkitett ta’ dan is-success relattiv m’huwa hadd hlief Sven Goran Eriksson. Grazzi ghax-xoghol tieghu f’Manchester id-dinja tal-futbol qed terga’ tintebah bil-kapacitajiet ta’ dan il-maniger fuq livell ta’ klabb. Shinawatra mhux jinduna b’dan u ma tkunx sorpriza li fis-Sajf li gej jiddeciedi li jerga’ jibda mill-gdid u Manchester City jitilfu l-pedamenti li rnexxilehom jibnu dan l-istagun.