Friday, January 11, 2008

Is-Suq ta' Jannar fl-Ingilterra


Dan l-artiklu gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 10 ta' Jannar 2008
Kif ghidna l-gimgha l-ohra iz-zmien tal-festi tal-Milied, flok mistrieh, igib aktar intensita ta’ loghob fl-Ingilterra. Il-loghob fil-grawnd pero mhux l-uniku azzjoni li tkompli ghaddejja ghax max-xahar ta’ Jannar fetah wkoll is-suq tat-trasferimenti li fl-ewwel jiem tieghu diga huwa movimentat mhux hazin. Ghalkemm ghadu ma ccaqlaq l-ebda plejer ta’ isem kbir, l-ahbarijiet u xnieghat dwar dak kollu li jista’ jigri matul Jannar jinsabu fl-aqwa taghhom.

Wiehed mill-aktar ismijiet li qed jissemmew fl-Ingilterra huwa l-internazzjonali Bulgaru ta’ Tottenham Dimitar Berbatov. Skond rapporti li jidhru kuljum fuq il-midja Ingliza f’dan il-plejer hemm interessati Manchester United, Chelsea u anki Manchester City. Ma’ dawn issemmew ukoll klabbs Ewropej bhal Inter, Milan u Real Madrid.

M’hemm l-ebda dubju li plejer tal-kwalita ta’ Berbatov jinteressa lill-aqwa klabbs fl-Ewropa izda wiehed irid jara kemm, mill-ahbarijiet li johorgu, huma veritieri u kemm huma purament spekulazzjoni. Fost l-akbar sorsi ta’ xnieghat dwar Berbatov hemm l-agent tal-plejer stess Emil Danchev u l-midja Bulgara. Danchev ghandu kull interess li jqajjem din l-ispekulazzjoni. Ir-rizultat jista’ jkun li jirnexxielu jwassal ghat-trasferiment li minnu hu jiehu persentagg tajjeb jew inkella igieghel lil Tottenham itejjbu l-kuntratt tal-Bulgaru.

Min-naha taghha l-midja sportiva Bulgara tikkoncentra hafna fuq dan il-plejer u regoalrment tistieden sahansitra membri tal-familja ta’ Berbatov biex imbaghad, bil-mod li jitpoggew l-mistoqsijiet, dawn jispiccaw jaghtu risposti li jkunu jistghu jigu nterpretati u mghawwga kif jaqbel lill-midja.

Tottenham diga qalu li m’ghandhom ebda intenzjoni inehhu lil dan il-plejer. Il-maniger Juande Ramos qal l-istess haga sakemm ma jkunx hemm xi offerta fenomenali li tikser ir-rekord tas-suq Ingliz jigifieri aktar minn 30 miljun lira sterlina. Berbatov cahad dawn ix-xnieghat darbtejn u din il-gimgha rega’ qa li xeba’ jara stejjer u spekulazzjoni bla sens dwar il-futur tieghu. Berbatov qal li hu kuntent ma’ Tottenham u m’ghandu l-ebda hsieb li jitlaq f’Jannar.

Fl-istess hin pero huwa ma ddizassoccjax ruhu mill-agent tieghu li qieghed dejjem izid id-doza tal-ispekulazzjoni. X’inhi l-verita? Dimitar Berbatov huwa plejer tal-kelma u jifhem li ghandu jkun lejali lejn Spurs li tawh ic-cans jispikka fix-xena internazzjonali. Jaf ukoll li biex jibqa’ mahbub mill-partitarji u mill-klabb ma jistax johrog jghid li jekk jigi xi klabb bhal Manchester United ghalih hu jkun interssat jiccaqlaq. Min-naha taghhom Tottenham qeghdin f’sitwazzjoni finanzjarja f’sahhitha u m’ghandhomx ghalfejn ibieghu plejers. Jafu wkoll li l-kuntratt ta’ Berbatov fadallu biex jispicca u ghalhekk mhux qed jirriskjaw li jitilfu lil dan il-plejer b’xejn.

Min-naha l-ohra fil-futbol qatt ma tista’ tghid qatt u jekk ikun hemm xi offerta straordinarja jista’ jigri kollox. Tottenham ma jistghux ma jikkonsidrawx offerta li permezz taghha jistghu ikomplu jsahhu t-tim fil-waqt li l-ebda plejer fid-dinja mhu se jibqa’ biered quddiem xi offerta li ttih ic-cans jirbah l-aktar unuri mportanti fil-futbol. L-uniku element li jista’ jahdem kontra trasferiment eventwali huwa l-ammont ta’ dikjarazzjonijiet li ghamlu Spurs fis-sens li mhux se jnehhu lil Berbatov. Dawn id-dikjarazzjonijiet jistghu jaghmluha difficli ghall-klabb li jmur lura minn kelmtu quddiem il-partitarji minkejja l-fatt li l-offerta tista’ tkun wahda vantaggjuza ghal kullhadd.

Il-lijders tal-klassifika Arsenal ma tantx jidhru li se jkunu involuti f’dan is-suq ghalkemm is-skiet jista’ jkun il-preludju ghal tempesta u ma tkunx xi sorpriza jekk Arsene Wenger jaghmel xi trasferiment mhux mistenni u jkompli jgib aktar talenti li kienu mohbija lejn il-Premiership. Harsa lejn l-ahhar ftit snin tindika li wiehed mill-aqwa akkwisti li saru f’Jannar sar propju minn Arsenal meta dawn hadu lil Adebayor minghand Monaco. Wiehed irid jghid ukoll li f’dawn il-gimghat donnu qed isib postu mal-Gunners l-attakkant akkwistat fis-Sajf Eduardo. Wara gimghat ta’ incertezza Eduardo qed jadatta ruhu ghal futbol Ingliz u qed isir plejer importanti ghal Arsenal. Ghal Wenger se jkun qisu akkwist gdid ta’ Jannar.

Tezisti l-possibilta li Arsenal ikunu nvoluti f’bejgh ta’ plejers fejn hemm rapporti li Gilberto, Lassana Diarra u Diaby m’humiex kuntenti minhabba n-nuqqas ta’ opportunitajiet fl-ewwel tim. Il-maniger ta’ Arsenal se jitlob lil dawn il-plejers biex ikunu aktar pacenzjuzi u jistennew ic-cans taghhom izda jekk huma ma jaccettawx is-sitwazzjoni Wenger mhux se jiddejjaq inehhihom mill-Emirates. Plejers mhux kuntenti jistghu ihassru l-ispirtu tal-iskwadra u l-maniger Franciz zgur mhux se jaccetta sitwazzjoni bhal din.

Id-decizjoni dwar dawn il-plejers tista’ tigi afettwata mit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li tibda fl-20 ta’ dan ix-xahar f’Ghana. Arsenal se jitilfu lil Kolo Toure, Emanuel Eboue u Alexande Song u minhabba f’hekk Gilberto, Diarra w Diaby jistghu ikollhom aktar c-cans li jilghabu fl-ewwel hdax. Barra minn hekk Wenger jista’ jaghzel li ma jitlifx aktar aktar plejers u jiddeciedi li jzommhom mal-klabb almenu sa tmiem l-istagun.

It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani mhux se taffetwa biss lil Arsenal. Din il-kompetizzjoni jista’ jkollha effett kemm fuq is-suq tat-trasferimenti u kif ukoll fuq l-andament tal-istagun ghal numru ta’ timijiet. B’kollox se jkun hemm madwar 38 plejer mill-Premiership li se jmorru jilghabu fil-Ghana u timijiet bhal Chelsea, Newcastle, Everton, Portsmouth u Birmingham se jkunu fost l-aktar affetwati. Mikel, Drogba, Kalou u Essien se jhallu lil Chelsea fil-waqt li Newcastle se jitilfu lil Martins, Geremi, Faye u Beye. Minn Goodison Park se jitilqu Yobo, Yakubu u Pienaar u Portsmouth se jkollhom jghaddu minghajr is-servizzi ta’ Diop, Kanu, Utaka u Muntari. Birmingham se jkunu minghajr Kingson, Nafti u Jaidi. Fost il-plejers l-ohra mportanti li se jhallu l-Premiership ghat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani hemm ukoll Zokora (Tottenham), Diouf (Bolton), Mido (Middlesbrough), Sonko (Reading) u Camara (West Ham). Dawn kollha w’ohrajn jistghu iwasslu biex il-klabbs taghhom ikunu attivi fis-suq tat-trasferimenti halli jpattu ghal nuqqasijiet importanti.

Suq interssanti ghandu jkun dak ta’ Liverpool. Wara n-nuqqas ta’ qbil dwar l-investiment fi plejers bejn il-maniger Rafa Benitez u s-sidien tal-klabb, ikun interessanti li wiehed isegwi minn se jkun rebah il-glieda psikologika bejn iz-zewg partijiet. Benitez ghamilha cara li jrid aktar sapport finanzjarju u fost il-miri tieghu hemm difensur centrali ta’ klassi u Javier Mascherano li ghadu mhux propjeta ta’ Liverpool.

Dwar dawn iz-zewg akkwisti Benitez ghandu ragun biex ibiegh. Difensur centrali ta’ klassi ghandu jkun prriorita ghall-klabb fil-waqt li tkun hasra kbira jekk Liverpool jitiflu plejer tal-klassi ta’ Mascherano li fir-rwol tieghu huwa wiehed mill-aqwa plejers fl-Ewropa. Izda Benitez zbalja meta ha l-glieda tieghu barra l-hitan tal-ufficcji amministrattivi ta’ Anfield. Wara li, b’risposta ghal Benitez, is-sidien tal-klabb qalu li huma jridu jaraw fejn jista’ jasal it-tim bil-plejers li hemm bhalissa, huma se jsibuha diffcli li jibilghu kliemhom u jergghu jinvestu bil-kbir.

Benitez uza tattika hazina meta qal pubblikament li mhux kuntent bl-investiment fil-plejers u li bis-sistema kif inhi fil-prezent ma jistax ilahhaq ma’ klabbs bhal Manchester United. L-infiq ta’ Benitez ma jaghmilx ghajb lil dawk ta’ klabbs ohra u mhux gust li s-sidien ta’ Liverpool jigu akkuzati b’nuqqas ta’ investiment. Benitez inghata l-fondi mehtiega u l-ghazliet tal-akkwisti kienu prerogattiva tieghu. Il-maniger irid jerfa’ ftit mir-responsabbilita tar-rizultati ghax dawn qed jigu bil-plejers li xtara hu minghajr indhil u bis-sapport finanzjarju mehtieg. Huwa minnu li fic-cirkostanzi it-tim ghandu bzonn diifensur u lil Mascherano izda bil-mod kif mexa Benitez jista’ jkun li ghamel il-pozizzjoni tieghu stess aktar difficli.

Il-maniger ta’ Manchester United Sir Alex Ferguson qal li mhux se jakkwista plejers matul dan ix-xahar izda, bhal fil-kaz ta’ Wenger, ma tkun l-ebda sorpriza jekk Manchester United jaghtu xi sorpriza pozittiva lill-partitarji taghhom u jaghmlu xi akkwist importanti. Minkejja li jidher li se jkun difficli, Berbatov zgur se jibqa’ msemmi bhala wiehed mill-miri tar-Red Devils fil-waqt li attakkant iehor li nistghu narawh f’Old Trafford huwa Nicolas Anelka ta’ Bolton.

Il-prezz ta’ dan il-plejer mhux projbittiv daqs ta’ Berbatov u Anelka huwa attakkant tekninku u prolifiku fil-waqt li diga huwa ppruvat fil-futbol Ingliz. Ferguson irid isolvi wkoll il-problema ta’ Wes Brown li qed jirrifjuta li jiffirma kuntratt gdid mal-klabb. Il-maniger Skocciz qed jaffronta d-dilemma jekk izommx plejer utli u li ghandu bzonn sa tmiem l-istgun fejn imbaghad aktarx jitilfu b’xejn jew inkella jbieghx ‘il plejer matul dan ix-xahar. S’issa jidher li Ferguson qed jiddeciedi favur tal-ewwel u diga irrifjuta offerta minghand Newcastle ghal dan il-plejer.

Jekk Manchester United iridu jakkwistaw lil Anelka iridu jhaffu ghax f’dan il-plejer hemm interessati wkoll Chelsea. Din il-gimgha Bolton irrifjutaw l-ewwel offerta ta’ Chelsea ghal Anelka izda dan mhux mistenni jaqta’ qalb il-klabb ta’ Abramovich li f’dawn il-granet mistennija jghollu l-offerta taghhom ghall-attakkant Franciz. Bi Drogba f’Ghana u b’Shevchenko u Pizarro ma jurux il-konsistrenza mehtiega, Chelsea ghandhom bzonn lil Anelka bhal hobz u se jkun ferm difficli ghal Bolton li jirnexxielhom izommuh maghhom. In-numru ta’ plejers imwegghin li ghandhom Chelsea flimkien mal-plejers li se jkunu mpenjati fl-Afrika, jaghmluha kwazi imperattiva ghal Avram Grant li jakkwista aktar plejers u Branislav Ivanov ta’ Lokomitiv Moscow jista’ jkun wiehed minn dawn l-akkwisti. Min naha l-ohra plejers bhal Ben Haim u Steve Sidwell qed jissemmew li jistghu ihallu l-klabb.

Din hija biss harsa hafifa lejn kif mistennija jkunu attivi uhud mill-klabbs Inglizi fis-suq tat-trasferimenti matul dan ix-xahar. Fil-gimghat li gejjin ikollna cans naraw l-attivita ta’ klabbs ohra Ewropej u wara li jghaddi dan ix-xahar ikollna wkoll l-opportunita li naghmlu analizi dettaljata ta’ kif ikun mar is-suq tat-trasferimenti madwar il-kampjonati Ewropej.
Mark Mizzi

Thursday, January 3, 2008

Il-Futbol Ingliz ikompli ghaddej fil-festi tal-Milied


L-aqwa kampjonati madwar l-Ewropa jieqfu ghal ftit mistrieh matul dawn il-jiem ta’ festi. Mhux hekk il-Premiership u l-kampjonati l-ohra fl-Ingilterra u fl-Iskozja fejn flok il-plejers igawdu ftit mistrieh misthoqq, ikollhom jilghabu aktar loghobiet fi spazju relattivament qasir. Dan il-loghob tal-Milied jiftah id-dibattitu dwar l-introduzzjoni tal-waqfa tax-Xitwa bhal ma jigri f’pajjizi ohra, izda minkejja li din hija mizura logika, ftit hemm cans li tigi ntrodotta fl-Ingilterra.

Il-waqfa tax-Xitwa taghti cans lill-plejers jistriehu u jirkupraw mill-injuries. Bil-kuntarju, il-loghob li jintlagahb fl-Ingilterra bejn il-Milied u l-ewwel tas-sena izid l-injuries u l-plejers jilghabu minghajar ma jkunu f’kundizzjoni li jaghtu l-mija fil-mija taghhom. Il-loghob ta’ bhalissa jissagrifika l-kwalita ghall-kwantita. Izda fl-Ingilterra din il-kongestjon ta’ loghob hija meqjusa bhala tradizzjoni u t-tradizzjonijiet f’dan il-pajjiz difficli jinqatghu.

Il-glieda ghar-rebh tal-kampjonat bejn Arsenal u Manchester United u sa certu punt Liverpool u Chelsea u b’timijiet bhal Manchester City, Everton u Aston Villa jiggieldu ghall-ewwel postijiet qed jaghmlu dan il-kampjonat tassew interessanti u s-sena 2008 ghandha tkompli toffri spettaklu ta’ futbol u emozzjonijiet kif kellna sa issa.

Izda dawn m’humiex l-unici punti li se joholqu diskussjoni fl-ewwel gimghat tas-sena l-gdida. L-incident li kien jinvolvi plejers ta’ Manchester United b’wiehed minnhom jispicca arrestat u l-arrest tal-plejer ta’ Newcastle Joey Barton regghu poggew il-futbol fuq il-pagni ta’ quddiem tal-gurnali. Sfortunatament, meta l-futbol jimxi mill-pagni ta’ wara ghal ta’ quddiem ma jkunx sinjal tajjeb.

Mhux l-ghan ta’ dan l-artiklu li nidhlu fid-dettal tal-kazijiet jew fil-mertu tal-incidenti. L-argument huwa ferm akbar u usa minn zewg incidenti individwali. Dawn m’humiex l-ewwel incidenti ta’ dan it-tip li jinvolvu plejers fl-Ingilterra u jekk ma ssirx xi haga malajr lanqas se jkunu tal-ahhar.

Ic-cermen tal-Proffesional footballers Association Gordon Taylor appella lill-plejers biex jibdew igibu ruhhom ahjar u jiftakru li huma persuni pubblici u bl-imgieba taghhom ghandhom jaghtu ezempju lil tant zghazagh u tfal madwar id-dinja li jharsu lejhom bhala mudelli f’hajjithom.

Hafna mill-plejers jifhmu dan ir-rwol taghhom u jifhmu wkoll kemm huma fortunati li qed jithallsu pagi esorbitanti biex jaghmlu dak li tant ihobbu jaghmlu. Sfortunatament hafna ohrajn ma japprezzawx xortihom. Phil Neville spjega tajjeb is-sitwazzjoni meta qal li “…bhala plejers ghandna nharsu lejna nfusna. Bejn tmenin u disghin fil-mija tal-plejers jafu kif ghandhom igibu ruhhom b’dinjita izda hemm minorita li qed thassar din l-istampa pozittiva”

Plejers zghazagh isibu ruhhom fic-centru tal-attenzjoni u idolizzati mill-partitarji. Flimkien ma sahha finanzjarja kwazi bla limitu din hija ricetta ghall-problemi ghal dawk il-plejers li ma jkunux jafu kif jilqghu ghat-tentazzjonijiet u perikli li jiltaqghu maghhom. L-awtoritajiet tal-futbol fl-Ingilterra, flimkien mal-klabbs, ghandhom ihossu responsabbilta biex jirrangaw is-sitwazzjoni. Hafna plejers ikunu hadmu u stinkaw hafna biex jilhqu l-oghla livell u dawk responsabbli mil-loghoba ghandhom jghinuhom biex ma jarmux kollox meta jibdew jiltaqghu ma’ toroq hziena.

L-FA, il-Premier League, il-Professional Footballers Association u l-klabbs ghandhom jahdmu aktar fiq l-edukazzjoni tal-plejers u x-xoghol taghhom m’ghandux ikollu x’jaqsam biss mal-loghoba tal-futbol. Il-hajja tal-plejers ma tibdiex u tispicca fil-picc u minhabba f’hekk il-klabbs ghandhom jippreparaw ukoll lill-plejers ghall-hajja ta’ barra l-grawnd.

Wara l-incident li kien jinvolvi xi plejers ta’ Manchester United, il-maniger tat-tim Sir Alex Ferguson ghamilha cara li l-plejers tieghu mhux se jithallew jattendu aktar parties fil-waqt li mmulta soma sostanzjali lill-plejers involuti. Ferguson ghamilha cara wkoll li dawk li m’humiex lesti jghixu skond l-etika tal-klabb ta’ Manchester United jistghu jibdew jahsbu biex isibu klabb iehor ghax hu ma jaccettax dan l-agir. Aktar nies b’id tal-hadid bhal ta’ Ferguson tkun parti mis-soluzzjoni tal-problema.

Argument iehor li aktarx ikaxkar matul l-ewwel gimghat jew xhur ta’ din is-sena huwa l-futur ta’ Sam Allardayce ma’ Newcastle United. Ir-rizultati sa tmiem is-sena li ghaddiet xejn ma kienu pozittivi u l-klabb qieghed ferm ‘il boghod min dak li kien anticipat meta nhatar Allardayce.

Ix-xiri tal-klabb ta’ Newcastle minn Mike Ashley u l-hatra ta’ Sam Allardayce gew meqjusa bhala l-ewwel pass biex Newcastle jiksbu l-glorja li dan il-klabb tant kbir jisthoqqlu. S’issa r-ricetta ma hadmitx. Wiehed ma jistax ilum lil Ashley dwar dan ghax il-propjetarju l-gdid tal-klabb hareg il-flus li wieghed biex isahhah it-tim. Jekk dawn il-flus gewx uzati tajjeb minn Allardyce u jekk is-sistemi ta’ dan il-maniger jistghux iwasslu ghas-success huwa argument iehor.

Sam Allardyce huwa meqjus bhala wiehed mill-aqwa manigers fl-Ingilterra izda r-ragunijiet ghal dan huma dibattibbli. L-akbar success ta’ Allardyce kien li stabilizza lil Bolton bhala klabb tal-Premiership izda dan hu ferm ‘il boghod minn dak li jistenna klabb bhal Newcastle. Kull klabb ghandu karatteristici u kulturi differenti u din hija l-akbar problema ta’ Allardyce.

Ma’ Bolton Allardyce kiseb success b’futbol dirett u bbazat fuq il-fizika. Dan hu ezattament l-oppost ta’ dak li jistennew u huma mdorrijin bih il-partitarji ta’ Newcastle. Allardyce jista jargumenta li dan l-element jintesa jekk ir-rizultati jibdew gejjin izda sfortunatament, jew fortunatament, fl-Ingilterra ma jigrix hekk u ta’ dan hemm hafna ezempji.

Meta George Graham ha f’idejh it-tim ta’ Tottenham dawn kienu vicin ir-relegazzjoni izda tahtu, minbarra li salvaw, rebhu wkoll il-League Cup. Dan pero ma kienx bizzejjed. L-istil ta’ Graham kien wiehed difensiv u dirett u plejers kreattivi bhal David Ginola ma baqghux isibu post fit-tim. Dan qatt ma nizel tajjeb mal-partiarji u l-klabb u, minkejja r-rizultati, Graham tnehha mill-kariga tieghu.

Sa certu punt hemm ukoll l-ezempju ta’ Jose Mourinho li minkejja li gab l-unuri lejn Stamford Bridge, tilef postu b’wahda mir-ragunijiet tkun li s-sid tal-klabb ried jara futbol aktar attraenti. Graham u Mourinho gabu s-successi ghall-klabb taghhom izda Allardyce s’issa mhux qed jaghmel dan u allura s-sitwazzjoni ssir aktar gravi. Hafna jghidu li maniger ghandu bzonn iz-zmien biex igib is-success u dan huwa principju validu. Madanakollu l-principju jista’ ma jahdimx meta jkollox maniger li jibqa’ jipprova jbiddel kultura ta’ klabb mil-lejl ghan-nhar. Is-sitwazzjoni kienet tkun ferm differenti kieku, bhal fil-kaz ta’ Arsene Wenger, il-maniger bidel is-sistema minn wahda difensiva u diretta ghal wahda li toffri futbol mill-aktar attraenti.

Jidher ukoll li certu mizuri ntrodotti minn Allardyce ma tantx qed jinzlu tajjeb mal-plejers. Allardyce huwa maniger li jemmen hafna bil-metodi xjentifici biex janalizza l-prestazzjonijiet tal-plejers u jiehu l-ahjar minnhom. Dawn is-sistemi huma ghodda tajba hafna fil-futbol modern izda wahedhom m’humiex bizzejjed. L-aktar ghodda mportanti u li ma tinbidel qatt hija l- “man-management” jigifieri kif maniger jitratta ma’ kull plejer b’mod individwali u skond il-karattru tieghu.

Hawnhek Allardyce ma tantx jidher li qed ikollu success. Allardyce ikkritika pubblikament lill-plejers tieghu wara d-dro kontra Derby u dan xejn ma gie accettat mil-plejers li, bhal plejers fi klabbs ohra, jemmnu li dawn l-affarijiet ghandhom jibqghu bejn l-erba’ hitan tad-dressing room. Allardyce pprova wkoll jaghlaq ‘il plejers f’lukanda ghall-erbat ijiem tal-Milied izda anki hawn sab rezistenza u l-plejers ppreferew iqattghu dan iz-zmien ta’ festi mal-familji taghhom. F’dan il-kaz ghaddiet tal-plejers u wiehed jista’ jghid li din kienet daqqa ta’ harta lill-awtorita tal-maniger fil-klabb.

Imbagahad hemm ukoll il-kaz Joey Barton fejn hafna skantaw kif Allardyce akkwista lil dan il-plejer li tant kellu problemi dixxiplinarji ma’ klabbs ohra. Allardyce wieghed lid-dirigenti tal-klabb li hu jista’ jikkontrolla lil dan il-plejer u jiehu l-ahjar minnu. Ir-rizultat kien li meta suppost kien imwegga’, Barton ghamel lejl barra fil-belt ta’ Liverpool fejn spicca arrestat minhabba glieda. Din kienet daqqa ta’ harta ohra ghal Allardyce fil-glieda tieghu biex jikseb ir-rispett u l-awtorita fuq il-plejers.

Kull maniger gdid irid iwettaq il-bidliet u jipprova jgib it-tim jilghab bis-sistemi tieghu. Izda dawn il-bidliet ghandhom isiru b’attenzjoni kbira u b’rispett lejn il-kultura tal-klabb. Maniger ma jistax imur ma’ klabb bi tradizzjoni ta’ futbol attraenti u offensiv u mil-lum ghal ghada jdawwru f’tim difensiv u negattiv. Barra minn hekk maniger ma jistax jintroduci bidliet radikali ohra barra l-picc bhal sistemi xjentifici, metodi ta’ tahrig u dieti minghajr ma jiddiskuti u jikkonvinci lill-plejers dwarhom. Fil-waqt li dawn il-bidliet jistghu ikunu ghat-tajjeb, il-plejers ma jaccettawhomx malajr. Bidliet bhal dawn jigu accettati aktar kieku jsiru minn maniger li diga rebah fl-oghla livelli tal-futbol u ghalhekk jista jipprova li l-metodi tieghu jahdmu u se jgibu s-success. Allardyce ma jistax jipprova dan u l-glieda tieghu biex jirbah ir-rispett tal-plejers se tkompli.

Monday, December 31, 2007

L-avversarji tal-Inglizi fic-Champions League


Dan l-artiklu gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Gimgha 28 ta' Dicembru 2007

Il-gimgha l-ohra ktibna dwar Milan u semmejna l-eta tal-plejers taghhom. Tkellimna dwar kif dan it-tim, minkejja l-inkonsistenza fil-kampjonat, jibqa’ jista’ jibbrilla fl-Ewropa grazzi ghall-esperjenza li ghandhom il-plejers fir-rebh. Il-gimgha l-ohra wkoll telghu il-poloz tar-rawnd li jmiss tac-Champions League u d-destin ried li Milan jiffaccjaw l-aktar tim li jista’ jittestjalhom l-element tal-eta. Iz-zewg loghobiet kontra Arsenal se jservu ta’ mizien fejn f’keffa se jkun hemm l-esperjenza u fil-keffa l-ohra se jkun hemm iz-zoghziija u l-heffa.

Il-maniger ta’ Arsenal Arsene Wenger iddeskriva lil Milan bhala l-aktar klabb konsistenti u effettiv u ghalhekk huma l-aqwa klabb fl-Ewropa fl-ahhar ghoxrin sena. Wenger ma kienx qed jghid dan b’sens ta’ etika wara li telghu il-poloz, izda gimgha qabel u ghalhekk wiehed jifhem li din hija l-opinjoni sinciera ta’ Wenger dwar it-tim ta’ Milan.

Certament Wenger u Arsenal ghandhom kull rispett lejn Milan. F’dan il-livell ta’ futbol il-klabbs il-kbar kollha jirrispettaw lil xulxin u hadd ma jiehu garanziji fuq hadd. Il-possibilitajiet li kien hemm fl-urna biex jiltaqghu ma’ Arsenal kienu kollha difficli. Il-polza taghthom lil Milan. Minkejja l-istorja glorjuza tal-klabb Taljan, jista’ jkun li din kienet polza li ssodisfat lil Wenger.

It-tim ta’ Arsenal huwa tim mimli bi plejers zghazagh fl-aqwa kundizzjoni fizika taghhom. It-tim jilghab b’velocita tul id-disghin minuta u dan grazzi ghal prepareazzjoni metikoluza tal-maniger taghhom Arsene Wenger. Il-moviment korali tal-Gunners huwa l-ghira ta’ kulhadd u l-mod kif kull min ikollu l-ballun dejjem isib zewg plejers jew tlieta ohra jissapportjawh huwa wiehed mis-sigrieti tat-tim ta’ Londra.

Sa ftit ilu, u sa certu punt anki fil-prezent, Arsenal gew ttimbrati bhala tim iffurmat mit-tfal. Dan it-timbru mhux gust. Ghalkemm l-eta hija wahda baxxa, il-plejers aktar milli tfal, huma plejers fl-ahjar eta taghhom. L-eta medja ta’ ghazla tipika ta’ Wenger hija ta’ 25 sena u sitt xhur b’Almunia u Gallas ikunu l-akbar zewg plajers bi tletin sena kull wiehed. Thomas Rosicky ghandu 27 sena, Alexander Hleb ghandu 26 sena u Kolo Toure ghandu 26 sena. Imbaghad hemm plejers ohra bhal Fabregas li ghandu 20 sena u Gael Clichy li ghandu 22 sena. Fil-waqt li plejers bhal Almunia, Gallas, Rosicky, Hleb u Toure m’ghadhomx jistghu jigu meqjusa tfal, plejers bhal Fabregas u Clichy, minkejja li ghadhom zghar, xorta kisbu esperjenza tajba ma’ Arsenal u huma plejers li jilgahbu regolarment fic-Champions League. Fi ftit kliem Wenger ghandu tahlita ta’ plejers li jew jinsabu fl-eta ideali jew inkella ghadhom zghar izda xorta ghandhom esperjenza tal-loghob fl-oghla livell.

Jekk dan hux se jkun bizzejjed kontra Milan ghad irridu narawh. L-esperjenza ta’ Milan hija ferm aktar vasta minn dik ta’ Arsenal u kif ghidna aktar kmieni il-plejers ta’ Milan jafu jirbhu. Bil-grupp ta’ plejers li ghandu Wenger bhalissa ghadu ma rebah xejn sinifikanti u din tista’ tkun indikazzjoni li meta tigi ghal-loghoba krucjali s-saqajn u l-kundizzjoni fizika ottima jistghu ma jkunux bizzejjed. F’dan it-tip ta’ loghob trid l-intelligenza, l-maturita u l-makkakkerija biex tasal. Dawn huma elementi li minnhom Milan ghandhom bl-abbundanza.

Il-loghobiet f’Londra u Milan se juruna jekk Arsenal kisbux dawn l-elementi biex jirbhu l-loghobiet il-kbar. Se juruna wkoll kemm hi mportanti l-esperjenza. Fuq kollox il-loghobiet jistghu juruna wkoll jekk ic-ciklu ta’ Milan wasalx fi tmiemu. S’issa Milan hadu ragun fil-grawnd bl-unuri li rebhu. Fi Frar u Marzu se jkollhom l-akbar test li setghu ltaqghu mieghu. Id-differenza bejn iz-zewg timijiet tista’ tkun li Milan jistghu jippreperaw ahjar ghal dan it-test. Arsenal jinsabu fl-eqqel tal-battalja biex jirbhu l-Premiership u ma jaffordjawx iwaqqghu punti fil-kampjonat. Min naha l-ohra Milan qed jikkoncentraw biss fuq ic-Champions League u dan se jkun ta’ vantagg ghat-tim ta’ Ancelotti.

Il-battalja bejn il-belt ta’ Milan u l-Ingliterra tkompli bil-polza bejn Liverpool u Inter. Bhal Arsenal, Inter huwa wiehed mill-aktar klabbs kosmopolitani fl-Ewropa b’difiza Sud Amerikana, midfield iddominat minn plejers Argentini u attakk immexxi minn Svediz. L-Isvediz huwa Zlatan Ibrahimovic izda f’dan id-dipartiment il-kowc Roberto Mancini ghandu l-alternattivi Julio Cruz, Hernan Crespo u David Suazo- attakk li zgur huwa ta’ theddida ghal kull difiza fl-Ewropa.

L-iskwadra ta’ Inter hija wahda kbira u mimlija kwalita. Ma tkunx esagerazzjoni jekk, almenu fit-teorija, tkun deskritta bhala l-aqwa skwadra fl-Ewropa fil-prezent. Il-maniger ta’ Liverpool Rafa Benitez ha l-fama li t-tatticizmu tieghu jahdem fl-Ewropa. Dan ikkonfermah bir-rizultati li kiseb matul l-ahhar snin izda t-test Inter se jkun wiehed mill-akbar li ltaqa’ mieghu sa issa.

Inter qed jillijdjaw il-kampjonat Taljan relattivament b’kumdidta fil-waqt li l-pozizzjoni ta’ Liverpool fil-Premiership mhix dik li kienet mixtieqa fil-bidu tal-istagun. Iz-zewg kowcis iridu jibbilancjaw l-iskwadra biex ilahhqu maz-zewg kompetizzjonijiet. Inter iridu jzommu l-vantagg li ghandhom f’ras il-klassifika fil-waqt li Liverpool ma jistghux ikomplu jinqatghu minn ta’ quddiem. Mancini u Benitez it-tnejn jiffavorixxu s-sistema tar-rotazzjoni tal-plejers u t-tnejn japplikawha b’mod regolari. Id-differenza bejniethom hi li Inter jistghu jaghmluha b’certu kumdita fil-waqt li Liverpool, meta jaghmluha, ibatu r-rizultati.

Jannar jista jibdel xi ftit is-sitwazzjoni jekk Benitez jinghata l-fondi li jixtieq biex isahhah l-iskwadra. Is-suq ta’ Jannar mhux xi wiehed ideali izda dejjem jista jghin xi ftit biex it-tim jibqa’ jiccalingja fuq aktar minn front wiehed. Jekk dan ma jsehhx, fil-waqt li Inter jistghu jibqghu ghaddejjin fic-Champions League u fil-kampjonat, Liverpool iridu jaghmlu ghazla.

Chelsea se jiffaccjaw it-tim Grieg ta’ Olympiakos. Fuq il-karta Chelsea jibdew favoriti izda Olympiakos qed jilghabu futbol tajjeb u huwa wiehed minn dawk it-timijiet li jistghu joholqu s-sorprizi.

Chelsea jistghu jiffaccjaw lit-tim Grieg minghajr l-attakkant prolifiku taghhom Didider Drogba u forsi anki minghajr id-difensur John Terry. Drogba ghadu kif ghamel operazzjoni f-irkopptu u l-perjodu ta’ rikoverazzjoni mistenmni jkun wiehed twil bil-plejer innifsu jghid li ma jistax ibassar meta se jirritorna ghal-loghob.

John Terry wkoll jinsab barra mit-tim u n-nuqqas tieghu huwa wiehed li jinhass hafna. Minbarra l-kwalitajiet teknici tieghu bhala plejer, Terry huwa l-lijder tat-tim u huwa dak li jimmotiva u jmexxi ‘l shabu matul id-disghin minuta.

Olympiakos bnew tim bil-finanzi mdahhla mit-trasferiment tal-Messikan Castillo li kien inghaqad ma’ Shaktar Donetsk ghal hmistax –il miljun lira sterlina. Wiehed minn dawn l-akkwisti huwa l-Argentin Galletti li jilghab fuq il-faxxa tal-lemin. Fuq ix-xellug Olympiakos juzaw lill-veteran Serb Predrag Djordevic u huwa minn dawn iz-zewg plejers li jibdew il-bicca l-kbira tal-attakki tal-Griegi. Id-difensur laterali Grieg Vassilis Torosidis ukoll jghin fdl-attakk bl-overlaps tieghu. Id-difiza hija meexxija mill-gowlkiper ta’ 36 sena Antonis Nikopolidis li sena wara sena qieghed dejjem jikkonferma l-kwalitajiet tieghu u rnexxielu jzomm fuq il-bank lill-gowlkiper ferm aktar zaghzugh minnu Tomisalv Butina.

L-ismijiet ta’ dawn il-plejers m’humiex maghrufa daqs plejers li jilghabu fl-aqwa kampjonati Ewropej. Dan pero ma jfissirx li m’humiex plejers ta’ kwalita. Il-kowc ta’ Olympiakos Lemonis irnexxielu jghaqqad tim li jilghab futbol tekninkiu u veloci u ghalkemm fuq il-karta il-polza ta’ Chelsea tidher wahda mill-ehfef, it-tim ta’ Avram Grant ikunu qed jaghmlu zball kbir jekk jghoddu l-flieles qabel ma jfaqqsu.

Lyon se jkunu l-avversarji ta’ Manchester United. It-tim Franciz irkupra xi ftit mit-tmiem dizastrus tal-istagun li ghadda u mil-bidu hazin ta’ dan l-istagun izda xorta ma jidhirx li huwa tim tal-portata tar-Red Devils.

Il-velocita ta’ Karim Benzema ghandha zzomm id-difiza ta’ United attenta matul iz-zewg loghobiet izda plejers bhal Ronaldo, Rooney, Giggs u Tevez ghandhom ikunu qawwija wisq ghad-difiza ta’ Lyon immexxija minn Anderson u Sebastien Squillaci.

It-tieni part tal-istagun li ghadda kienet wahda instabbli hafna ghal-Lyon fejn it-tensjoni u nuqqas ta’ koerenza fit-tim kienu evidenti. Jidher li din it-tensjoni kienet qed tirrizulta mid-differenzi li kien hemm bejn il-Braziljan Juninho u l-internazzjonali Franciz Sydney Govou. Dan tal-ahhar qal pubblikament li Juninho jigi trattat b’mod preferenzjali mill-klabb Franciz.

Wara din il-polemika spicca tilef postu l-kowc Gerard Houllier u floku nhatar l-ex ta’ Portsmouth Alain Perrin. Apparti Houllier, Lyon nehhew lil Florent Malouda li nghaqad ma’ Chelsea, Tiagi iffirma ma’ Juventus u d-difensur Abidal mar ma’ Barcelona. Il-kampanja akkwisti ta’ Lyon kienet tinkludi lid-difensur Fabio Grosso, il-midfielder Mathieu Bodmer u l-attakkant Kader Keita.

Minikejja li dawn huma akkwisti ta’ kwalita l-opinjoni generali hija li Lyon iddghajfu u mhux issahhu. Fl-aqwa taghhom Lyon kienu maghrufa li, minkejja li huma meqjusa bhala relattivament klabb zghir, kienu kapaci jzommu l-ahjar plejers taghhom. Dan m’ghadux il-kaz u meta tim jibda jbiegh l-ahjar assi tieghu ma jistax jibqa’ jigi meqjus ma’ dawk il-klabbs li jistghu jiccalingjaw biex jirbhu l-aqwa unuri internazzjonali fil-futbol.

Thursday, December 27, 2007

VISIT TO SPURS LODGE

A group of Maltese Spurs supporters have recently visited London to watch Tottenham play Aalborg and Birmingham at White Hart Lane.
While there we had the opportunity to visit the Spurs training grounds in Chigwell where we presented the Player of the Year award to Dimitar Berbatov.
Here are some pictures from our visit.