Thursday, August 23, 2007

Manigers fil-Periklu


This article by Mark Mizzi was published on L-Orizzont on Thursday 23 August 2007.




MANIGERS FIL-PERIKLU

Ninsabu dehlin fit-tielet gurnata tal-Kampjonat Premier fl-Ingilterra u f’dan l-istadju bikri tal-istagun hemm min diga qed jipprova jbassar x’se jigri, jew ahjar, jaqta’ l-verdetti fuq dak li gara sa issa fejn il-bicca l-kbira tat-timijiet laghabu tlett loghobiet biss u ohrajn laghabu tnejn. Il-Malti jghid li l-gurnata minn fil-ghodu turik izda dan mhux dejjem jghodd ghal-loghoba tal-futbol. Fl-ewwel stadji tal-kampjonat it-timijiet ikun ghadhom qed joqghodu u l-plejers il-godda jkun ghadhom qed jidraw lil shabhom. Plejers li jkunu gew minn barra l-Premier League ikun ghadhom qed jidraw ir-ritmu ta’ dan il-kampjonat u l-klabbs promossi jkun ghadhom qed igawdu minn certu entuzjazmu tal-promozzjoni. Minhabba dan kollu ir-rizultati tal-ewwel loghobiet mhux bil-fors ikunu indikattivi ghal kumplament tal-istagun.

Wara biss tlett loghobiet diga qed jissemmew ukoll il-manigers li jistghu jitilfu posthom. Minkejja li ghadna kwazi ma rajna xejn mill-potenzjal veru tat-timijiet diga hemm manigers li qed jilghabu man-nar u dan jixhed il-pressjoni li jghixu fiha dawn il-manigers fejn kollox jiddependi mir-rizultati. L-aktar zewg ismijiet li qed jissemmew f’dan ir-rigward huma Sammy Lee ta’ Bolton u Martin Jol ta’ Tottenham.

Sammy Lee ha f’idejh it-tim ta’ Bolton wara Sam Allardyce u mill-ewwel kien jidher car li se tkun difficli ghalih biex ikompli fejn halla ta’ qablu. Sam Allardayce kien kollox ghal Bolton. Huwa kien il-bniedem li ta r-ruh lil dan il-klabb u l-persuna li gieghlet lill-istess klabb jemmen aktar fih innifsu u jikber. Allardyce kien kapaci jhajjar plejers ta’ certu kwalita jinghaqdu ma’ Bolton li minghajru it-Trotters qatt ma kienu jimmaginaw li jistghu jakkwistaw.

Allardyce irnexxielu wkoll jiehu l-ahjar minn plejers kwazi skartati minn timijiet ohra. Dan il-maniger ikkonvincihom li ghad baqghalhom x’jaghtu lil futbol u permezz taghhom tella’ lil Bolton f’livelli li ma kinux joholmu bihom qabel.

Izda wiehed mill-akbar attribwiti ta’ Allardyce kien il-pratticita u l-versatilita tieghu. Allardyce kien konxju mill-fatt li l-iskwadra ma setghetx tikkompara ma’ dik tal-klabbs il-kbar izda huwa dejjem laghab loghoba li taqbel ghall-plejers tieghu u li setghet iggiblu r-rizultati. Kontra timijiet komparabbli ma’ Bolton Allardyce qatt ma’ beza jilghab il-futbol mal-art u loghoba offensiva izda kontra timijiet ferm akbar minn Bolton Allardyce dejjem laghab loghoba fejn il-priorita kienet li ma jaqilghux il-gowl u uza l-element tas-sahha fizika li ddejjaq mhux ftit lil plejers li jibbazaw il-loghoba taghhom fuq it-teknika.

Din il-karrateristika tohloq l-akbar kuntrast mal-maniger il-gdid Sammy Lee. Ic-cirkostanzi jkunu dejjem difficli meta maniger jiehu post maniger iehor li jkun ilu ghal hafna snin fil-kariga u jkun gab certu success lill-klabb. Huwa naturali li kull ma jaghmel il-maniger il-gdid se jigi mqabbel ma’ dak li ghamel ta’ qablu u dan ikun ta’ toqol psikologiku kbir fuq il-maniger il-gdid. Lee qed jaghmel minn kollox biex johrog mid-dell ta’ Allardyce u qed jipprova jaghti t-timbru personali tieghu lit-tim biex donnu jaghmel dikjarazzjoni li dan huwa t-tim tieghu u mhux ta’ Allardyce.

Biex jaghmel dan Lee qed jinsa l-principji ta’ pratticita u efficcjenza li permezz taghhom kienu jigu r-rizultati. Lee qed jipprova jilghab futbol aktar attrattiv u pozittiv izda biex jaghmel hekk qed ihalli d-difiza esposta u r-rizultati li gab kemm ilu li ha t-tim f’idejh jikkonfermaw dan. Dak li qed jipprova jaghmel Lee isir aktar gravi meta wiehed jiftakar li matul dan is-Sajf il-klabb tilef lill-aqwa difensur li kellu meta l-Izraeljan Ben Haim inghaqad ma’ Chelsea bi free transfer.

Id-differenza bejn Allardyce u Lee u l-incertezza li qed tirrenja fost il-plejers ta’ Bolton giet mikxufa minn kummenti li ghadda l-kaptin tat-tim Kevin Nolan, li qed jigi milghub f’pozizzjoni aktar avanzata minn qabel. Nolan qal li bhalissa hu stess ma jafx f’liema pozizzjoni qed jilghab. Wara li nbidel fil-loghoba kontra Portsmouth l-istess Nolan qal li ma jafx ghal xhiex inbidel u ta x’wiehed jifhem li m’hemmx pjan car u sens ta’ direzzjoni fit-tim. Il-girjiet ta’ Nolan minn nofs il-grawnd spiccaw minhabba l-fatt li dan qieghed prattikament jilghab bhala t-tielet attakkant.

B’Ben Haim ihalli l-klabb, Diouf jiddikkjara li jrid jitlaq u l-kaptin jghid li ma jafx fejn qed jilghab jidher car li l-ambjent fi hdan Bolton huwa ferm differenti minn dak ta’ zmien Allardyce u se jkun ferm difficli ghal Lee li jerga’ jghaqqad it-tim u jibda jgib ir-rizultati.

F’dan kollu hemm l-id tac-cermen ta’ Bolton Phil Gartside. Kien in-nuqqas ta’ sapport tieghu lejn Allardyce li wassal lil dan tal-ahhar biex jitlaq. Gartside ma kienx wara Allardyce kemm biex jiffinanzja aktar akkwisti u kemm fil-kaz tal-bungs li fihom issemma’ Allardyce. Gartside sahansitra qal ukoll li l-partitarji kienu ddejjqu bil-futbol negattiv ta’ Allardyce. Gartside ghadda dawn il-kummenti wara li Allardyce telaq u qatt ma’ qal xejn meta Bolton kkwalifikaw ghat-Tazza UEFA. Il-partitarji zgur huma aktar imdejjqin bir-rizultati li qed jinkisbu fil-prezent milli bis-sistema ta’ Allardyce.

Il-kummenti ta’ Gartside huma biss skuza biex jiggusitfika it-tluq ta’ Allardyce u l-hatra ta’ Sammy Lee. Lee m’ghandux il-kredenzjali, il-kapacita u fuq kollox il-personalita biex ikompli b’fejn halla Allardyce. Izda forsi n-nuqqas ta’ personalita ta’ Lee kienet il-kriterju principali li fuqu Gartside iddecieda li jahtru maniger. B’Lee fit-tmun Gartside zgur jista’ jkollu aktar influenza u sahha fid-decizjonijiet li jirrigwardaw it-tim milli jista’ qatt ikollu b’maniger bil-personalita ta’ Allardyce.

L-izball dwar Lee sar meta nhatar. L-izball dwar il-maniger l-iehor fil-periklu jista’ jsir fil-gimghat li gejjin meta, jekk il-pronostici jsiru realta, jitnehha minn postu.

Tottenham bdew dan l-istagun bil-pretensjoni li jistghu jiggieldu ghall-wiehed mill-ewwel erba’ postijiet tal-kampjonat izda ma’ setax kellhom bidu aghar wara li sofrew telfa kontra t-tim promoss ta’ Sunderland u ohra kontra Everton f’darhom. Ir-rebha gta’ 4-0 fuq Derby County m’ghamlet xejn biex tnehhi l-pressjoni minn fuq il-maniger Martin Jol u hemm min ghadu jinsisti li dawn huma l-ahhar gimghat ghall-maniger Olandiz f’Londra.

Il-fjammi tal-ispekulazzjoni dwar Jol komplew jissahhu hekk kif gurnal Spanjol ippubblika ritratti ta’ dirigenti ta’ Tottenham jitkellmu mal-kowc prezenti ta’ Sevilla Juande Ramos u l-agent tieghu Alvaro Torres. Ramos cahad din l-ispekulazzjoni u qal li l-laqgha kienet wahda privata. Tottenham qalu li s-segretarju tal-klabb John Alexander kien Spanja ghal-laqgha privata ma’ Torres izda ma qalu xejn dwar il-fatt li ghall-istess laqgha kienu prezenti wkoll Ramos u l-vici-cerman tal-klabb Paul Kemsley. Ic-cahdiet ufficcjali ma kkonvincewx u x-xnieghat li Ramos jista’ jiehu post Jol qed jissahhu.

X’jigri fil-futur huwa kwazi irrelevanti u, irrispettivament minn kemm hemm verita f’dawn l-istejjer, Martin Jol zgur li m’ghadux ihossu komdu fil-pozizzjoni tieghu. Il-fatt li Tottenham ma rnexxielhomx ixejjnu din l-ispejulazzjoni b’certu sahha jitfghu lill-kowc Olandiz f’incertezza kbira u dan mhux se jghin lit-tim jilhaq il-miri tieghu

Id-dirigenti ta’ Tottenham qed jitfghu pressjoni enormi fuq Jol minhabba l-investiment li ghamlu fit-tim. Minkejja dan l-investiment Tottenham xorta ma solvewx il-problemi li kellhom qabel. In-nuqqas ta’ winger fuq ix-xellug ilu jinhass sentejn u n-nuqqas ta’ midfielder difensiv ilu ovvju minn meta telaq Michael Carrick. Jekk Jol talab plejers f’dawn il-pozizzjonjiiet u l-klabb naqas li jakkwistohom allura l-klabb ghandu jerfa’ r-responsabbilita ta’ dak li qed jigri u mhux jitfaghha fuq il-maniger.

Barra minhekk, l-investiment kbir li ghamel il-klabb ftit li xejn jista jaghti l-frott tieghu meta Jol jinsab imxekkel b’numru rekord ta’ plejers imwegga’. Bid-difiza kollha nieqsa flimkien ma’ plejers bhal Aaron Lennon, Jol ftit li xejn jista’ jisfrutta l-potenzjal tal-iskwadra tieghu. Meta fl-istagun li ghadda Chelsea tilfu numru ta’ punti fin-nuqqas ta’ John Terry kulhadd qabel li n-nuqqas tad-difensur centrali Ingliz kien il-kagun tat-telf ta’ dawn il-punti. Tottenham tilfu zewg loghobiet bid-difiza kolha nieqsa u l-htija qed tintefa’ fuq il-maniger!

Meta Martin Jol ha t-tim f’idejh huwa, flimkien mal-klabb, nieda pjan ta’ hames snin u fl-ahhar zewg staguni irnexxielu jispicca fil-hames post. Din hija pozizzjoni aljena ghal Spurs fl-ahhar snin u Jol ghandu jinghata l-mertu li wassal lil Tottenham sa hawn wara staguni fil-medjokrita ta’ nofs il-klassifika. Jol issa ghandu jinghata c-cans iwassal il-pjan tieghu fi tmiemu u ghandu jigi gudikat meta jkollu l-ahjar plejers ghad-dizpozizzjoni tieghu. Fuq kollox hu ghandu jigi gudikat waqt li jithalla jahdem fil-kalma u mhux f’ambjent fejn, kif qal huwa stess, qed ihossu jigi mminnat minn xi persuni fil-klabb stess.

Il-bdil ta’ kowc kull perjodu qasir ta’ zmien mhux ricetta ghas-success. Fil-klabb irid ikun hemm certu konsistnza u stabbilita. Zewg telfiet b’nofs tim wara zewg staguni fil-hames post m’ghandhomx ihassru x-xoghol li sar sa issa biex kollox jerga’ jibda mill-gdid. Jekk jninhatar maniger gdid issa dan se jghid li huwa ghandu bzonn iz-zmien izda jinsab kunfidenti li fi zmien hames snin Tottenham ikunu qed jiggieldu ghall-unuri. U hekk jerga’ jibda ciklu gdid li probabbli flok hames snin jerga jdum biss tlett snin u l-klabb jibqa’ fejn ikun.

Barra minn hekk, li tawtorizza l-kowc jonfoq mal-40 miljun lira sterlina u mbaghad tibdlu wara l-ewwel gimghat tal-istagun mhux xhieda ta’ tmexxija serja u ghaqlija. Minghajr ma nidhol fil-mertu ta jekk Jol jistax iwassal lil Tottenham sal-quccata jew le, id-decizjoni, jekk kellha tittiehed, kellha tittiehed matul is-Sajf u mhux fil-bidu tal-istagun.

Id-decizjoni dwar Jol, meta u jekk tittiehed, ma tkunx tirrigwarda biss il-futbol izda wkoll il-politika interna tal-klabb. Martin Jol kien inghaqad mal-klabb bhala assistent ta’ Jacques Santini li rrezenja wara ftit xhur b’Jol jehodlu postu. Meta saru l-hatriet originali kien deher ovvju li l-hatra ta’ Santini kienet gejja mic-cerman tal-klabb Daniel Levy fil-waqt li dik ta’ Jol kienet stigata mid-direttur tal-futbol ta’ dak iz-zmien l-Olandiz Frank Arnesen. Illum Arnesen m’ghadux mal-klabb u effettivament Tottenham ghandhom maniger li mhux bil-fors huwa l-ewwel ghazla tac-cermen.

Wara t-tluq ta Arnesen, Levy hatar lil-Franciz Comolli bhala Direttur tal-Futbol u dan, ovvjament, ma’ kellu l-ebda sehem fl-ghazla ta’ Jol. Tottenham qed juzaw sistema kontinentali li fiha il-kowc ikollu x’jaqsam mal-ewwel tim fil-waqt li d-direttur tal-futbol huwa responsabbli tal-oqsma kollha tal-klabb inkluzi t-trasferimenti u hatriet importanti. Din il-kariga ghanda hafna sahha fil-klabb u bhalissa tezisti sitwazzjoni fejn fiha hemm persuna maghzula mic-cermen fil-waqt li l-kowc qieghed hemm fuq l-insistenza ta’ direttur tal-futbol li llum qieghed ma’ Chelsea.

Kif diga semmejna dan kollu jista’ jkun spekulazzjoni. Izda x-xnieghat huma persistenti wisq u hemm numru kbir ta’ sorsi differenti li qed jaqblu li Tottenham qed jikkunsidraw bis-serjeta il-futur ta’ Jol. Il-qazba ma caqcaqx ghal xejn u jekk Tottenham ma jirnexxielhomx ixejjnu din l-ispekulazzjoni malajr, Jol jista’ jhoss li ma jistax izomm il-pozizzjoni tieghu u d-decizjoni jista’ jehodha hu stess.

Friday, August 17, 2007

Jibda l-Bundesliga


The following article by Mark Mizzi was published on l-Orizzont on Thursday 16 August 2007

JIBDA L-BUNDESLIGA- BAYERN MUNICH MILL-EWWEL FAVORITI

Il-kampjonat Germaniz rega’ fetah u, donnu biex jaghti risposta lil dawk li jippruvaw inaqqsmu mill-importanza u mill-mertu tieghu, nistghu nghidu li beda bil-kbir. Il-Bundesliga ma jiggenerax il-miljuni li jiggeneraw il-Liga, il-Premiership u s-Seria A izda dan ma jfissirx li l-oghla kampjonat Germaniz huwa xi wiehed nieqes mill-kwalita u l-ispettaklu.

Il-Bundesliga jigbed lejh medja ta’ 40,500 persuna kull partita u dan jixhed l-attrazzjoni li joffri l-futbol Germaniz. L-istagun li ghadda il-kampjonat gie deciz fl-ahhar mumenti tieghu u din ma tantx hija xi karatteristika komuni fil-kampjonati meqjusa akbar mill-Bundesliga fl-Ewropa. Dan pero mhux mistenni jerga’ jigri din is-sena ghax, jekk kollox imur kif mistenni, Bayern Munich m’ghandhomx ifallu milli jergghu isibu posthom fil-quccata tal-futbol Germaniz b’certu kumdita.

L-ewwel gurnata fethet nhar il-Gimgha bi draw ta’ 2-2 bejn ic-campjins Stuttgart u l-vici campjins Schalke f’loghoba mimlija emozzjonijiet. Kien Kobiashvili li pogga lil Schalke fil-vantagg b’xutt devjat wara 25 minuta izda Stuttgart irnexxielhom idawwru r-rizultat b’gowls minn Khedira u Pardo minn penalti. Dawn iz-zewg gowls waslu f’temp ta’ hames minuti. Erbatax –il minuta mit-tmiem Ivan Rakitic gab id-dro ghal Stuttgart biex iz-zewg timijiet kellhom jikkuntentaw b’punt kull wiehed.

L-ewwel programm tal-kampjonat kompla s-Sibt u l-Hadd b’Bayern Munich jirrispettaw il-pronostiku u jkollhom bidu mill-aqwa grazzi ghal rebha ta’ 3-0 fuq Hansa Rostock. Aktar importanti mir-rizultat kien il-fatt li l-akkwisti godda principali ta’ Bayern Munich Franck Ribery, Luca Toni u Miroslav Klose kollha mpressjonaw bl-attakkant Taljan Toni jiftah l-iscore u l-internazzjonali Germaniz Klose izid zewg gowls ohra.

Werder Bremen tilfu vantagg ta’ zewg gowls biex spiccaw dro ta’ 2-2 kontra Bochum u Hamburg ghelbu lil Hannover b’gowl wahdani. Rebha tajba away kienet dik ta’ Arminia Bielefeld li gelbu lil Wolfsburg 3-1

Ghal Bayern l-istagun li ghadda kien wiehed dizappuntanti ghall-ahhar fejn sahansitra fallew milli jikkwalifikaw ghac-Champions League. Matul is-sajf il-klabb mill-Bavarja ghamel minn kollox biex f’dan l-istagun ipattu ghal dik id-disfatta u apparti li jergghu isiru campjins, ikunu kontendenti serji wkoll ghat-Tazza UEFA fejn anki hawn se jkunu mal-favoriti netti.

Ironikament, wiehed mill-akbar dizappunti ta’ Bayern matul l-istagun li ghadda se jservi ta’ vantagg ghal dan l-istagun. In-nuqqas ta’ impenn fic-Champions League zgur se jghin lil dan it-tim jikkoncentra aktar fuq il-kampjonat u bis-sahha u l-kwalita tal-iskwadra li ghandhom din ghandha tkun is-sena taghhom.

Minkejja li mhux se jkunu qed jikkompetu fl-aqwa kompetizzjoni Ewropeja, Bayern xorta rnexxielhom jiksbu plejers ta’ certu profil u kwalita li jimmeritah klabb kbir bhal dan. L-akkwisti jidher li saru bil-ghaqal tant li l-plejers il-godda diga ffittjaw tajjeb fis-sistema tat-tim u fil-futbol Germaniz.

Dwar it-trasferimenti ta’ Bayern kien hemm hafna xetticizmu partikolarment dwar l-akkwist ta’ Luca Toni izda mil-loghobiet ta’ hbiberija, il-League Cup u l-ewwel loghoba tal-kampjonat dan diga jidher li se jkun pedina importanti ghat-tim ta’ Hitzfeld.

Matul dan is-Sajf Bayern nehhew lil Owen Hargreaves, Roy Makaay, Hasan Salihamidzic, Claudio Pizarro, Ali Karimi u Mehmet Scholl izda flokhom akkwistaw lil Franck Ribery, Luca Toni, Miroslav Klose, Hamit Altintop u Ze Roberto li ga kien maghhom qabel. Ma’ dawn Bayern hadu wkoll lil Marcell Jansen, Jan Schlaudraff u Jose Ernesto Sosa. Dawn l-akkwisti, flimkien ma’ plejers bhal Schweinsteiger, Lahm u Van Buyten zgur jaghmlu l-iskwadra ta’ Bayern wahda mill-aqwa fl-Ewropa. .

L-ottimizmu tal-General manager Uli Hoeness kien kwazi arroganti meta qal li l-oppozizzjoni se tkun qed thares lejhom bit-tromba. Min-naha l-ohra, sittax minn tmintax –il kowc fil-Bundesliga diga bassru li Bayern se jkunu c-campjins ta’ dan l-istagun u t-tbassira ta’ Hoeness tista’ ma tkunx ‘il boghod mill-verita.

Stuttgart jistghu ikunu fost ir-rivali ewlenin ta’ Bayern fit-tellieqa ghall-kampjonat u definittivament ikunu qed jiggieldu ghal post fic-Champions League ghalkemm, kuntrarju ghal Bayern Munich, l-involviment taghhom fl-istess Champions League ta’ dan l-istagun tista’ sservi ta’ distrazzjoni kemm mentali u kemm fizika matul ix-xhur li gejjin.

Stuttgart sahhew l-iskwadra bi plejers bhal Ewerthon b’self minghand Real Zaragoza u Yildiray Basturk minghand Hertha Berlin fil-waqt li plejers importanti bhal Roberto Hilbert, Sami Khedira u l-Messikani Pardo u Osorio baqghu mal-klabb. Minkejja li dawn il-plejers ghadhom zghar, l-istagun li ghadda kienu strumentali fil-konsistenza li wrew Stuttgart fid-dritta finali u n-nuqqas ta’ esperjenza ma deherx li ghamel bihom.

Mertu kbir ghas-success tal-istagun li ghadda ghandu jmur ghall-kowc Armin Veh li nghaqad mat-tim f’nofs l-istagun minflok Giovanni Trapattoni. Minkejja dan is-success Stuttgart jibqghu meqjusa tim tal-futur. Il-potenzjal ta’ dan it-tim qieghed hemm izda bejn il-potenzjal u l-effetivita matul l-istagun hemm bahar jaqsam u wiehed irid jara kif Armin Veh se jirnexxielu jadatta l-iskwadra tieghu biex taffronta z-zewg kompetizzjonijiet.

Schalke, li ilhom ma jirbhu l-kampjonat mill-1958, ma tantx jidher li jistghu jaghmlu progress mill-istagun li ghadda. Fejn ir-rivali diretti taghhom sahhew it-tim, Schalke tista’ tghid li baqghu fejn kienu jew marru lura. Huma tilfu plejers importanti hafna bhal Altintop li inghaqad ma’ Bayern, u l-midfielder Braziljan Lincoln li mar jilghab fit-Turkija ma’ Galatassaray. Schalke ppruvaw ipattu ghal dawn it-telfiet billi jakkwistaw lil Stephen Appiah minghand Fenerbache izda t-trasferiment ta’ dan ma’ mmaterjalizzax minhabba li t-talbiet tieghu gew meqjusa ezorbitanti mill-klabb Germaniz.

Werder Bremen ukoll jistghu ma jkunux kompetittivi kif kienu l-istagun li ghadda. Dawn tilfu lil Miroslav Klose li l-istagun li ghadda skorja tlettax –il gowl u wiehed ghad irid jara kemm iz-zarbun tal-attakkant internazzjonali Germaniz jista’ jimtela mill-akkwist gdid ta’ Bremen Boubacar Sanogo. Ghalkemm dan se jzid il-prezenza fizika fl-attakk, l-effetivita tieghu quddiem il-lasta ghad trid tigi verifikata. Markus Rosenberg, li nghaqad ma’ Werder Bremen minghand Ajax f’Jannar li ghadda, ukoll jista’ jghin biex itaffi xi ftit it-telfa ta’ Klose. Punt pozittiv ghal Werder Bremen kien li, almenu sa issa, irnexxielhom izommu maghhom lill-captain Torsten Frings u lil Braziljan Diego.

L-akbar problema ta’ Werder Bremen dejjem kienet id-difiza u l-wirjiet ta’ Per Mertesacker u Naldo se jiddeterminaw l-andament tal-istagun. L-istagun li ghadda il-problelmi tal-injuries ma hallewx lil din il-koppja tilghab bizzejjed flimkien biex tifforma bazi soda ghal-loghob ta’ Bremen.

Fit-trasferimenti ta’ dawn il-klabbs tidher ukoll l-id ta’ Bayern Munich. Jidher car li t-tattika ta’ Bayern hi li, apparti li jakkwistaw l-ahjar plejers, jiehdu wkoll l-aktar plejers importanti tal-avversarji diretti taghhom. It-telf ta’ Klose ghal Weder Bremen u ta’ Altintop ghal Schalke tista’ tghid li firxu t-tapit biex Bayern ikunu jistghu jghaddu minn fuq dawn it-timijiet meqjusa bhala theddida ghas-success taghhom.

Fuq il-karta Hamburg ghandhom skwadra tajba wkoll. Mohammed Zidan inghaqad ma’ Ivica Olic fl-attakk u l-Olandiz Romeo Castelen ghandu jkun sostitut denju ta’ Mehdi Mahdavikia. Van der Vaart ukoll huwa element importanti fl-iskwadra ta’ l-ex campjins Ewropej fil-waqt li d-difiza hija meqjusa bhala wahda mill-ahjar fil-Germanja.

Bayer Leverkusen jistghu jitqiesu ‘outsiders’ ghal post ma’ ta’ fuq. Huma gew imsahha bl-akkwist tat-top skorer tal-istagun li ghadda Theofanis Gekas minghand Bochum u minn Manu Friedrich li nghaqad maghhom minghand Mainz bl-ghan li jsahhah id-difiza.

Fit-tarf l-iehor tal-kampjonat, sorpriza fost il-kontendenti ghar-relegazzjoni jistghu ikunu Hertha Berlin li nehhew wisq plejers ta’ kwalita mill-iskwadra biex izommu l-istess livelli tal-istagun li ghadda.

Hansa Rostock, li rritornaw fl-oghla divizjoni wara nuqqas ta’ sentejn ukoll mistennija jbatu. It-tluq tal-gowlkiper Mathias Schober u d-difensur centrali Brazlijan Gledson dghajjfu t-tim b’mod sostanzjali u t-triq matul il-kampjonat mhux se tkun wahda facli.

Duisburg u Karlsruhe huma z-zewg klabbs l-ohra promossi fejn Karlsruhe tilfu lil Giovanni Federico li mar ma’ Borussia Dortmund. Jekk wiehed jista’ jiehu ezempju mill-mod kif dan it-tim iddomina t-tieni d-divizjoni s-sena l-ohra, jista’ jkun li Karslruhe huwa l-aktar tim bic-cans li ma jirritornax lura fit-tieni divizjoni wara stagun wiehed.

Kemm Duisburg u kemm Karlsruhe irregistraw rebhiet fl-ewwel harga taghhom fil-kampjonat fejn il-Hadd li ghadda Duisburg kisbu rebha tajba ta’ 3-1 away kontra Borussia Dortmund u Karlsruhe rebhu 2-0 ghand Nuremberg. Jekk dawn ir-rizultati humiex frott l-entuzjazmu tal-bidu jew sinjal li dawn it-timijiet ghandhom biex ihabbtuha ma’ dawk stabbiliti ghad irridu naraw.

Saturday, August 4, 2007

Is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra

The following article by Mark Mizzi was published on L-Orizzont on Thursday 2 August 2007
Is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra

Fi tmiem din il-gimgha jitla’ s-siparju fuq il-futbol fl-Ingilterra fejn ic-campjins Manchester United jilghabu kontra r-rebbieha tal-FA Cup Chelsea. Ghalkemm dan il-bidu tradizzjonali ghall-istagun Ingliz rari jilhaq l-aspettativa, loghoba bejn Manchester United u Chelsea hija denja tal-ftuh tal-istagun. Fil-gimghat li ghaddew f’din il-pagna tajna harsa lejn kif sejjer is-suq tat-trasferimenti fl-Italja u tajna harsa hafifa lejn x’qed jigri fi Spanja u l-Germanja. Ftit jiem biss ‘il boghod mill-ftuh tal-istagun fl-Ingilterra xiearaq naghtu harsa wkoll lejn dak li gara s’issa fis-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra fejn jirrigwarda il-klabbs principali.

Wiehed miz-zewg timijiet l-aktar attivi fis-suq tat-trasferimenti dan is-Sajf kienu Manchester United li wara r-rebh tal-kampjonat l-istagun li ghadda iridu jsahhu tajjeb l-iskwadra biex ikunu jistghu jikkompetu fuq aktar minn front wiehed. Lejn tmiem l-ahhar stagun l-iskwadra tal-United kienet problema minhabba n-nuqqas ta’ numri u fid-dritta finali Ferguson kellu johrog l-ahjar tieghu biex iraqqa’ t-tim u jwassal il-vapur sal-port. L-iskwadra li kellhom ir-Red Devils ma ppermettietx li jaslu fejn xtaqu fic-Champions League izda l-prospetti ghall-istagun li gej huma differenti.

Owen Hargreaves se jsahhah nofs il-grawnd u permezz tieghu il-filtru ta’ quddiem id-difiza se jsir aktar fin. Nani u Anderson se jzidu l-fantasija fit-tim u permez taghhom zgur li se jinholqu aktar cansijiet ghall-attakkanti. Fil-granet li gejjin l-attakk se jerga’ jissahhah bl-akkwist tal-Argentin Carlos Tevez li diga wera li adatta tajjeb ghall-futbol Ingliz. Dan il-plejer ghandu jaghmel l-attakk tal-United wiehed micidjali. Bi plejers bhal Wayne Rooney u Carlos Tevez servuti minn Ronaldo, Giggs, Scholes, u Nani fost l-ohrajn, Manchester United zgur li se jkunu ugiegh ta’ ras ghall-kull difiza fil-Premiership.

Dawn l-akkwisti difnu wkoll il-biza’ li kellhom numru ta’ partitarji ta’ Manchester United li bezghu li bil-familja Glazier kien ghadda z-zmien li l-klabb taghhom ikun attur ewlieni fix-xena tat-trasferimenti importanti.

Ir-rivali ta’ Manchester United, Liverpool, ukoll kienu attivi bl-aktar isem importanti jkun dak ta’ Fernando Torres minghand Atletico Madrid. Hafna huwa mistenni minn dan il-plejer ghalkemm ix-xettici jghidu li wiehed irid jara jekk dan jaqbadx fil-futbol Ingliz. Il-biza’ li Torres ikun Morientes iehor tibqa’ izda Torres ghandu hafna elementi favorih, fosthom li hu plejer aktar fiziku u ghandu karattru arjuz u kapaci jimponi ruhu fuq il-loghoba.

L-attakk ta’ Liverpool issahhah ukoll minn Andrey Voronnin li kien ma’ Bayer Leverkusen. Voronin diga’ wera t-tenacita tieghu fil-loghobiet ta’ hbiberija u s’issa jidher li se jkun alternattiva tajba ghall-attakk ta’ Benitez.

Ryan Babel ukoll ghandu jkun akkwist tajjeb ghal-Liverpool. Apparti li kapaci jilghab fl-attakk dan il-plejer ghandu jaghti aktar velocita mal-linja u jkun sors iehor minn fejn jinholqu c-cansijiet. Sors iehor ta’ kreattivita se jkun l-Izraeljan Yossi Benayoun li, minkejja li m’ghandux xi profil gholi, huwa wiehed mill-aktar midfielders intelligenti fil-futbol Ingliz.

Liverpool ikkonvincew ukoll lill-aqwa plejers taghhom jiffirmaw kuntratti godda. Steven Gerrard, Steve Finnan, Jose Reina u Jamie Carragher kienu fost il-plejers li ghamlu dan u biex ghamlu hekk dawn bil-fors kienu konvinti mill-pjani ta’ Benitez ghall-futur.

Ir-runners up tal-kampjonat Chelsea ma kellhomx ghalfejn jonfqu s-somom li darrewna bihom fl-era ta’ Abramovich. L-akkwisti li ghamlu matul l-istaguni li ghaddew hallewhom f’pozizzjoni li jkollhom bzonn biss jirtukkjaw l-iskwadra u dan ghamluh tajjeb hafna.

Wahda mill-problemi principali l-istagun li ghadda kienet ic-centru tad-difiza fejn l-alternattiva ghal John Terry qatt ma lahqet il-livell mixtieq. Din il-problema indirizzawha bl-akkwist tal-Izraeljan Ben Haim minghand Bolton. Dan it-trasferiment ma tantx ghamel hoss izda Ben Haim se jkun wiehed mill-aktar akkwisti mportanti li sar dan is-Sajf. Ben Haim diga pprova ruhu fil-Premiership u huwa difensur versatili. Ghalkemm il-pozizzjoni naturali tieghu hija ta’ difensur centrali jista’ jilghab f’kull pozizzjoni fid-difiza.

Florent Malouda u Claudio Pizarro, li nghaqdu ma’ Chelsea minghand Lyon u Bayern Munich rispettivament, izidu l-fantasija u l-alternattivi fl-attakk, alternattivi li Mourniho se jigi bzonn meta jitlef lil Drogba waqt it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Steve Sidwell ukoll inghaqad ma’ Chelsea bi free transfer u dan, bhal Benayoun ta’ Liverpool, minkejja li ma tantx jinghata attenzjoni, huwa wiehed mill-ahjar midfielders fil-kampjonat Ingliz.

Fuq punt negattiv jidher li Chelsea jistghu jitilfu lil Arjen Robben li huwa ferm vicin Real Madrid. It-telfa ta’ Robben tista’ tkun wahda sinifikanti izda l-klabb zgur ghandu l-mezzi finanzjarji biex jilhaq jirranga is-sitwazzjoni qabel jaghlqu t-trasferimenti fl-ahhar t’Awissu.

Chelsea jidher li kkonvincew lill-aktar zewg plejers importanti jibqghu maghhom u fil-waqt li l-captain John Terry ffirma kuntratt gdid, kollox juri li Frank Lampard ukoll se jikkommetti ruhu mal-klabb.

Arsenal tilfu lit-talisman taghhom Thierry Henry u hafna qed ibassru li dan it-tim se jisfaxxa. Dan huwa ferm ‘il boghod mill-verita. Tim ma jisfaxxax ghax jitlaq plejer wiehed u l-maniger ta’ Arsenal Arsene Wenger diga wera li hu kapaci juza telfiet ta’ plejers kbar biex jincentiva aktar lit-tim u johrog l-ahjar mill-plejers tieghu. Arsenal suppost sfaxxaw meta telaq Anelka u meta telaq Vieira izda Wenger hareg bl-unuri minn dawk is-sitwazzjonijiet u m’hemm xejn x’jindika li mhux se jerga’ jaghmel l-istess.

Henry kien is-simbolu ta’ Arsenal izda fil-grawnd lil dan il-plejer Arsenal ilhom li tilfuh kemm minhabba li qalbu ma kienx ghadha mal-klabb, u kemm minhabba l-perjodu li ghamel imwegga’.

F’certu sens Arsenal, li huwa tim mimli talent zaghzugh, kienu jiddependu wisq minn Henry, jew ahjar, jilghabu wisq ghalih. Minkejja t-talent kollu tal-Gunners, kienet saret uzanza li meta Henry ma jilghabx tajjeb Arsenal ma jilghabux tajjeb. It-tluq ta’ Henry ghandu jwassal biex il-loghob ta’ Arsenal ikun miftuh fuq aktar plejers u r-responsabbilita ma tibqax fuq spallejn plejer wiehed.

Fl-attakk Arsenal hadu lill-Edoardo Da Silva minghand Dinamo Zagreb. Dan il-plejer kellu success kbir fil-kampjonat Kroat izda bejn dan il-kampjonat u l-Premiership Ingliz hemm differenza kbira u wiehed ghad irid jara x’kapaci jaghmel dan il-plejer.

Plejer li diga qieghed ma’ Arsenal u jista’ jimla’ z-zarbun ta’ Henry minghajr problema ta’ xejn huwa l-Olandiz Robin Van Persie li t-teknika, il-fantasija u l-finishing tieghu ma jaghmlux ghajb lil Henry. Fid-difiza Arsenal akkwistaw lil Bakary Sagna u dan diga qed juri li se jiffittja sew fis-sistema tal-Gunners.

Wiehed mill-klabbs li qed jissemma’ li jista jiccalingja ghal post mal-ewwel erbgha huwa Tottenham li wara zewg staguni konsekuttivi fil-hames post, regghu investew bis-shih biex jippruvaw jaghmlu l-qabza necessarja.

L-akbar akkwist li ghamlu Spurs kien il-fatt li rnxxielhom izommu maghhom lill-attakkant Dimitar Berbatov li kien il-plejer li ghamel id-differenza l-istagun li ghadda. L-attakk issahhah bl-akkwist rekord ta’ Darren Bent minghand Charlton. Hafna kkiritkaw il-prezz imhallas ghal dan il-plejer izda mil-loghobiet ta’ hbiberija li ntlaghbu s’issa Bent qed juri li jista jkun importanti hafna. Apparti li huwa attakkant f’sahhtu, li jigri kontinwament u li jattakka l-ispazji wara d-difizi, qed juri wkoll li jista’ jkun spalla tajba hafna ghall-attakkanti l-ohra.

Gareth Bale jista’ jsolvi xi ftit il-problema tax-xellug tad-difiza fil-waqt li jista’ jintuza wkoll f’pozizzjoni aktar avanzata fuq il-faxxa tax-xellug. Id-difiza ssahhet ikoll mill-akkwist tad-difensur centrali Younes Kaboul. Id-difiza centrali batiet hafna fl-assenza ta’ Ledley King l-istagun li ghadda. Dan il-plejer qed ikollu hafna problemi ta’ injuries u se jitlef ukoll il-bidu tal-istagun li gej izda f’Kaboul Martin Jol jittama li sab sostitut denju. Tottenham zammew ukoll lil Adel Taarabt li kien misluf maghhom minghand Lens u dan ukoll jista jghin it-tim fuq il-faxxa tax-xellug.

Spurs ghadhom ma solvewx il-problema ta’ midfielder difensiv- pozizzjoni li ilha vakanti mit-tluq ta’ Michael Carrick. Din tista’ tkun id-differenza bejn post fic-Champions League u post fit-Tazza UEFA izda s’issa m’hemm l-ebda indikazzjoni li Tottenham qed jindirizzaw din il-pozizzjoni.

Newcastle United u Manchester City huma zewg klabbs li bidlu s-sidien u l-manigers taghhom u minhabba f’hekk hafna hu mistenni minnhom dan l-istagun.

L-attivita ta’ Newcastle fis-suq s’issa ma kinitx dik mistennija u l-akkwisti li saru ftit jistghu jaghmlu differenza mill-istaguni l-ohra. Il-maniger Sam Allardayce akkwista lil Mark Viduka, Joey Barton, David Rozehnal u Geremi izda tilef plejers bhal Scott Parker, Antoine Sibierski u dalwaqt Kieron Dyer li ma jridx jibqa’ jghix Newcastle. Biex tkompli tigi hazina Joey Barton wegga’ u se jitlef il-bidu tal-istagun li gej.

Allardayce mhux kuntent bl-iskwadra prezenti u xejjen l-importanza tar-rebhiet fil-loghobiet ta’ hbiberija fuq Celtic u Juventus u qal li jekk Newcastle jibdew l-istagun bit-tim li beda f’dawn il-loghobiet se jkollhom problemi kbar.

Mhux l-istess jista’ jinghad ghal Manchester City li issa huma finanzjati mill-eks Prim Ministru tat-Tajlandja Shinawatra u mmexxija mill-maniger Sven Goran Eriksson. Shinawatra qed jaghmel minn kollox biex jinkludi plejers Asjatici fl-iskwadra tas-City izda jidher li s’issa Eriksson irrezista u akkwista l-plejers li jahseb li jistghu isahhu t-tim bhall-attakkanti Geovanni u Bianchi u l-midfielder Bulgaru Martin Petrov. Taht Eriksson il-futbol mhux mistenni li jkun xi wiehed ecitanti izda hafna qed jistennew li almenu dan il-maniger idahhal certu element ta’ konsistenza u bil-mod il-mod ir-rizultati ghas-City jibdew jigu.

Hafna kkritikaw lil Eriksson minhabba d-disfatti li kellu mat-tim nazzjonali Ingliz izda l-karriera ta’ dan il-maniger fuq bazi ta’ klabb hija ferm differenti u s-success ma naqasx. Il-holma ta’ Manchester City hija li johorgu mid-dell tal-girien Manchester United. Dan huwa tragward difficli u ma jistax jintlahaq mil-lum ghal ghada. Dak li jista jsehh hu li bil-mod –il mod jibdew jigu r-rizultati u s-City jibdew jibnu bazi biex ‘il quddiem jibdew jaqsmu l-palk ta’ Manchester mar-rivali taghhom.

F’dawn il-pagni m’ghandniex l-ispazju biex naghmlu analizi ta’ kull klabb izda tajna harsa lejn dawk it-timijiet li l-aktar li qed jissemmew li se jkunu ma ta’ fuq. Minn dan kollu jista’ ma jigri xejn u huwa propju ghalhekk li l-futbol huwa sabih. Matul il-gimghat li gejjin zgur li jkollna cans nitkellmu dwar il-klabbs l-ohra u naraw jekk l-aspettattivi tas-Sajf intlahqux jew sarux suf.

Tuesday, July 31, 2007

Ghajnuna Finanzjarja lill-Football League- Mark Mizzi


The following article was published on L-Orizzont on Thursday 26 July 2007


Ghajnuna finanzjarja lill-Football League

Minn dawn il-pagni kemm –il darba kkritikajna is-sistema finanzjarja generali fid-dinja tal-futbol. Ghalkemm hafna jikkritikaw lill-plejers rigward il-miljuni li jaqilghu, wiehed irid jifhem li dawn qed jisfruttaw is-suq u ma’ jaghmlux hazin li jimmassimizzaw il-vantaggi ekonomici mis-sitwazzjoni prezenti. Nahseb li ftit, jew ahjar hadd, ma jghid le quddiem xi offerta favoluza li tista’ tigi offruta lilu jew lilha f’oqsma ohra tal-hajja.

Il-kritika kienet dejjem indirizzata lejn is-sistema u kif din tivvantaggja lil min hu f’sahhtu u tizvantaggja lid-dghajjef. L-argument li c-cirkostanzi fil-futbol qed jaghmlu l-klabbs sinjuri aktar sinjuri u l-fqar aktar fqar huwa prattikament ezawrit ghax gie analizzat minn kull angolu possibbli. Kemm il-darba gie diskuss kif id-differenza bejn il-klabbs il-kbar u dawk izghar qieghda dejjem tikber u kemm sar difficli biex klabb zghir jew medju jaghmel il-qabza necessarja u jibda jikkompeti ma’ l-aqwa klabbs fl-Ewropa.

Fl-ahhar jidher li fl-Ingilterra se ssir xi haga. Li se jigri mhux se jkun bizzejjed biex tispicca d-differenza bejn klabbs kbar u klabbs zghar izda forsi jghin biex, fl-istess nifs li nkunu qed nisimghu b’biljuni li jiddahhlu mid-drittijiet tat-televizjoni u miljuni kbar li jintefqu f’pagi u trasferimenti, ma nibqghux nisimghu bi klabbs zghar li jispiccaw jiffaccaw estinzjoni minhabba nuqqas ta’ fondi jew jigu bzonn il-partitarji li johorgu l-flus biex izommu l-klabb ghaddej.

Il-Premier League lahaq ftehim mal-Football League biex il-Football League jiehu dak li qed jissejjah fond ta’ solidarjeta. Permezz tal-ftehim li ntlahaq fil-jiem li ghaddew il-Premier League se jkun qed jghaddi madwar 100 miljun lira sterlina fit-tlett snin li gejjin biex jintuzaw f’oqsma diversi fi hdan il-Football League.

Il-Football League fl-Ingilterra huwa responsabbli ta’ dak li llum jissejjah ic-Championship flimkien ma’ League One, League Two u l-League Cup. Dawn it-tlett kampjonati tal-League hadu daqqa ta’ harta kbira minn meta twaqqaf il-Premier League. Dan sar wiehed mill-akbar attrazzjonijiet fl-Ewropa u l-flus mill-kumpaniji televizivi bdew jigu ppumpjati fih aktar minn qatt qabel.

Ghalkemm ic-Championship ghad fadallu certu profil, u fil-fatt huwa statistikament ppruvat li huwa wiehed mill-aktar kampjonati segwiti fl-Ewropa - anki izjed mill-oghla divizjonijiet f’certu pajjizi - is-sahha finanzjarja, specjalment fit-timijiet tan-naha t’isfel tac-Championship u ta’ dawk f’League One u League Two hija karatteristika inkwetanti ghal min ihares lejn il-football b’mod shih u mhux jikkoncentra biss fuq l-aqwa timijiet.

Minbarra nuqqas ta’ mportanza fit-tlett kampjonati, il-Football League ha daqqa ta’ harta wkoll fil-League Cup. Din ukoll tilfet hafna mill-importanza taghha, specjalment wara t-tibdil fic-Champions League fejn l-aqwa timijiet illum jaghtu priorita lill-post mal-ewwel erbgha fil-kampjonat aktar milli xi tazza domestika ohra.

Ic-cirku sar kwazi wiehed vizzjuz ghax il-klabbs tad-divizjonijiet inferjuri bdew jaraw il-bejgh tal-aqwa plejers taghhom bhala sors indispensabbli tad-dhul u dan wassal ghall-prezzijiet biex joghlew b’mod straordinarju. Ir-rizultat ta’ dan kien li klabbs kbar bdew ifittxu plejers minn barra l-pajjiz aktar minn qatt qabel u b’hekk naqas ukoll dan it-tip ta’ dhul ghall-klabbs iz-zghar.

Ezempju car ta’ prezzijiet minfuha u esagerati jasal minn zewg trasferimenti li saru dan is-Sajf fejn Sunderland, li ironikament huwa tim li ghadu kif rebah il-promozzjoni, akkwistaw lill-attakkant Michael Chopra minghand Cardiff ghal hames miljun lira sterlina fil-waqt li Tottenham hadu lil Gareth Bale minghand Southampton ghal somma li tista’ titla sa ghaxar miljun lira sterlina u lil Darren Bemt minghand Charlton ghal sittax –il miljun lira sterlina. L-iskop tal-artiklu tal-lum mhux analizi tas-suq tat-trasfermenti izda la qed nitkellmu fuq il-prezzijiet ta’ plejers li jilghabu fl-Ingilterra ta’ minn jghid li, ghalkemm m’hemm l-ebda dubju dwar it-talent u l-potenzjal ta’ dawn il-plejers, il-prezz huwa pjuttost minfuh u ftit jaghmel kuragg lill-klabbs tal-Premier League li jkunu attivi f’dan it-tip ta’ suq.

Lura ghall-ftehim bejn il-Premier League u l-Football League, fl-istagun li gej il-Football League b’kollox se jiehu 31.8 miljun lira sterlina li se jitqassmu fuq diversi setturi fosthom l-izvilupp taz-zghazagh, attivita fil-kommunita u t-72 klabb li jiffurmaw il-League.

Is-somma allokata ghall-izvilupp tal-plejers zghazagh matul l-istagun li gej se tkun ta’ 5.4 miljun lira sterlina fil-waqt li 4 miljun lira sterlina se jmorru ghall-attivitajiet tal-klabbs fil-kommunita. Is-somma ta’ 11.2 miljun lira sterlina se titqassam bejn il-klabbs li jaghmlu parti mit-tlett kampjonati tal-Football League. Is-somma li se jiehu kull klabb se tkun bazata fuq il-klassifika u ghalhekk se sservi wkoll ta’ incentiv kif jigri llum fil-Premiership.

Il-klabbs se jibbenifikaw ukoll mill-hekk imsejjha “parachute payments” li kienu jiehdu klabbs li jaqghu mill-Premiership ghac-Championship u li ma ntuzawx. Billi Sunderland u Birmingham irritornaw ghall-Premiership wara stagun wiehed biss, is-somma li suppost hadu fit-tieni stagun fic-Championship, jigifieri 5.6 miljun lira sterlina kull wiehed, se titqassam ukoll bejn il-klabbs tal-Football League.

Ic-cermen tal-Futboll League Lord Mawhinney laqa’ bil-ferha dan il-ftehim u fl-ewwel reazzjonijiet tieghu tenna frazi li biha ddeskriva tajjeb hafna l-importanza li ghandha tinghata lejn il-kampjonati z-zghar u lejn l-izvilupp tal-plejers zghazagh. Mawhinney qal li l-Premier League gharfu li l-klabbs tal-Football League huma l-bazi tal-piramida li fuqha jinsab l-istess kampjonat Premier. Din ghandha tkun ir-realta. Il-futbol Ingliz mhux il-Premiership biss u jekk kampjonati ohra ma jinghatawx importanza li jixirqilhom, il-Premiership isir qisu dar bla pedamenti.

Ic-cermen ta’ Cardiff Peter Ridsdale kien xi ftit xettiku dwar dan kollu u qal li dak li qed jaghmel il-Premier League mhux bizzejjed. Huwa qal li d-dfferenza bejn il-klabbs tal-Premiership u dawk tac-Championship hija kbira wisq u prova ta’ dan huwa l-fatt li kull stagun ikollok numru ta’ timijiet li jigu promossi wara li jkunu gew relegati l-istagun ta’ qabel.

Ridsdale kompla li hemm bzonn li l-klabbs jikkompetu fuq livell aktar ugwali izda dan ma jistax isir sakemm l-ahhar klabb tal-Premiership mill-istagun li gej se jiehu madwar 35 miljun lira sterlina fil-waqt li l-klabbs tac-Championship jiehdu bejn miljun u zewg miljuni.

Meta tiftakar li mill-kuntratt mal-kumpaniji Sky u Setanta biss il-Premier League se jiehu 1.7 biljun lira sterlina, is-somma li se tinghata lill-Football League tidher qisha l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda fil-parabbola ta’ Lazzru. Madanakollu huwa pjuttost ironiku li kummenti bhal dawn waslu propju minghand Peter Ridsdale. Ridsdale huwa l-istess cermen li kien fit-tmexxija ta’ Leeds United meta dan kien klabb li jhabbatha tajjeb mal-kbar u b’potenzjal qawwi. Grazzi ghan-nuqqas ta’ ghaqal u ppjanar finanzjarju serju, Ridsdale irrovina lil dan il-klabb u minn klabb jikkompeti fic-Champions League illum huwa klabb li fl-ahhar tal-istagun li ghadda gie dikjarat fallut u fil-prezent il-plejers jinsabu bil-hlasijiet lura.

Meta semma l-35 miljun lira sterlina li se jibda jinghata t-tim li jispicca fl-ahhar post tal-Premiership Ridsdale halla punt importanti barra. It-timijiet li jigu relegati, minkejja li jiehdu dik is-somma flus, aktarx jitilfu l-ahjar plejers taghhom u biex jergghu jissahhu jonfqu parti sostanzjali mill-“parachute payments” fi plejers li jilghabu fil-Football League. Dan ifisser li l-flus ikunu qed jigu rigenerati fil-Football League stess u ma jkunux it-timijiet relegati biss li jgawdu minnhom.

Ghalkemm meta tqabbel is-somom, id-donazzjoni lill-Football League tidher zghira, l-effett taghha se jkun pozittiv u sinifikanti. L-istagun li gej il-klabbs tal-Football League se jiehdu medja ta’ 900,000 lira sterlina kull wiehed u din l-ghotja effetivament tirdoppja dak li l-klabbs idahhlu mill-istess Football League.

Li jridu jaghmlu l-klabbs hu li jkunu differenti minn Ridsdale meta dan kien imexxi lil Leeds United. Is-somom li se jircievu l-klabbs ghandhom jitqiesu bhala investiment ghall-futur u d-dirigenti m’ghandhomx jaqghu fit-tentazzjoni li juzawhom biss ghal trasferimenti jew f’zidiet fil-hlasijiet ta’ pagi.

L-ghajnuna finanzjarja li se jiehdu l-klabbs fil-Football League ghandha tghinhom biex isahhu l-infrastruttura taghhom, partikolarment l-izvilupp ta’ plejers minn hdan il-klabb stess. Ma dan qabel ic-cermen ta’ Preston Derek Shaw li, fil-waqt li laqa’ b’ottimizmu din l-ahbar, qal li l-flus ghandhom ikunu hemm biex jghinu l-klabbs jibnu pedamenti sodi ghall-futur fit-tul u mhux biex jintefqu f’pagi ta’ plejers li jaghmlu zewg staguni mal-klabb u jitilqu. Fil-passat Peter Ridsdale ipprova mudell li ma hadimx. Wiehed jispera li din l-esperjenza ghallmet lilu u lic-cermen l-ohra fil-Football League biex imexxu aktar bil-ghaqal u jippjanaw fit-tul.

L-izvilupp tal-plejers zghazagh fl-Ingilterra huwa suggett jahraq u polemikuz. Id-diskussjoni dwar dan hadet in-nar minn meta sploda n-numru ta’ plejers barranin jilghabu fil-pajjiz. Kulhadd jista’ jara li minn dan qed ibati wkoll it-tim nazzjonali fejn bhalissa jirrenja pessimizmu dwar it-talent suppost emergenti u li fil-futur ghad irid jiehu post il-plejers li jiffurmaw it-tim nazzjonali llum. Huwa propju ghalhekk li proporzjon partikolari mis-somma li se tinghata lill-Football League hija strettament marbuta mas-settur taz-zghazagh.

Il-Premeir League mhux qed ihares lejn din l-ghotja bhala karita izda bhala investiment ghall-klabbs ta’ fuq stess. Xi darba l-klabbs barra l-oghla divizjoni kienu s-sorsi minn fejn johorgu l-plejers li wasslu ghas-successi tat-timijiet ta’ fuq nett. Dawn il-klabbs kienu n-nurseries tal-oghla divizjoni. Minnhom kienu jittiehdu plejers li ftit ikunu maghrufa biex imbaghad isiru stilel mal-aqwa klabbs tal-Ingilterra.

Il-passat difficli ggibu lura u t-tibdil fic-cirkostanzi generali huwa kbir wisq biex is-sitwazzjoni terga’ tigi l-istess. Izda l-kuncett importanti jibqa’ li mill-istagun li gej ‘il quddiem il-qliegh kbir li jaghmel il-Premeir League se jghin ukoll biex jissahhu l-gheruq tal-futbol. Is-somma moghtija mhix fenomenali izda, kif jghid il-Malti, kull laqxa tirfed l-imramma. Dan jista’ jkun biss bidu ghal-koperazzjoni akbar bejn iz-zewg il-Premier League u l-Football League- koperazzjoni li minnha, minbarra l-klabbs, igawdi wkoll il-futbol Ingliz b’mod generali.
M Mizzi