Saturday, January 10, 2009

Referi jibdel decizjoni u johloq kontroversja

Dan l-artiklu ta' Mark Mizzi gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 8 ta' Jannar 2009

Il-kampjonati principali madwar l-Ewropa waqfu ghall-festi tal-Milied izda bhas-soltu fl-Ingilterra ntlaghab programm aktar intensiv li kien jinkludi wkoll rawnd tal-FA Cup. Dan il-programm ta' futbol mhux biss qata' l-ghatx ta' dawk li hassew in-nuqqas tal-futbol internazzjonali matul dawn il-vaganzi, izda wkoll ipprovda diversi punti interssanti ghad-diskussjoni.

Certament l-akbar kontroversja li qajjmet diskussjoni kienet l-incident li kien hemm fil-loghoba tal-kampjonat bejn Hull u Aston Villa. Aston Villa kienu qed jirbhu l-loghoba bl-iskor ta' 1-0 u meta kollox deher li t-tim ta' Martin O'Neill kien riesaq lejn ir-raba rebha away konsekuttiva, il-plejer ta' Aston Villa Ashley Young deher jippancja l-ballun b'idu fuq daqqa ras ta' Michael Turner ghall-korner bir-referi Bennett isaffar u jindika l-penalti spot.

Ghall-ewwel ir-referi deher li kien ha decizjoni gusta izda ir-ripetizzjonijiet tal-azzjoni wrew bic-car li Young ma kienx mess il-ballun b'idu u l-ballun kien habat mal-lasta l-mimduda. Il-plejers ta' Aston Villa rrealizzaw dan u malajr dawwru r-referi Bennet jipprotestaw u jindikawlu lill-assistent tieghu Andy Halliday biex imur jikkonsultah.

Sa dan il-punt l-assistent tar-referi ma kien ghamel ebda sinjal izda jista' jkun li l-plejers ta' Aston Villa kienu nkorragiti mill-fatt li mal-incident Halliday naqas li jiehu l-pozizzjoni li tittiehed is-soltu meta jinghata penalti u mat-tisfira tar-referi dan baqa' fuq it-touchline minflok gera ghal fuq il-goal line.

Ir-referi ra li kien hemm xi haga hazina fid-decizjoni tieghu u mexa lejn l-assistant tieghu biex jikkonsultah. L-assistant infurmah li l-ballun kien habat mal-lasta u Bennett kien kuragguz bizzejjed li jdawwar id-decizjoni tieghu u jordna goal kick favur Aston Villa.

Sa dan il-punt ma kien hemm xejn kontroversjali. Id-decizjoni ahharija nnifisha kienet wahda gusta. Wiehed irid jifhem li referi jrid jiddeciedi f’sekonda u l-mossa li ghamel Young meta gholla idu ghall-ballun qarrqet kemm bir-referi tal-loghoba u kif ukoll bil-maggoranza tal-ispettaturi u telespetatturi li kienu qed isegwu l-partita.

Ir-referi ha decizjoni, induna li setghet kienet decizjoni zbaljata, ikkonsulta mal-assistent tieghu u hassar id-decizjoni zbaljata biex ha wahda gusta. Inhoss li f’dan ir-rigward ir-referi kien tajjeb. Kulhadd jista’ jiehu d-decizjonijiet izda mhux kulhadd huwa kuragguz bizzejjed biex jammetti li zbalja. Li tammetti zball waqt loghoba tal-Premiership fi stadju daqshekk krucjali tal-partita, u, taht il-lenti tal-partitarji u l-kameras, tiehu l-passi biex tikkoregieh ghandu jitqies bhala kuragg u mhux bhala indecizjoni jew nuqqas ta’ kompetenza tar-referi.

Kieku r-referi ma hax din id-decizjoni kien ikun ingust ma’ Aston Villa u kien ikun iffalsifika r-rizultat. F’dan ir-rigrward ma nistax nifhem uhud mill-argumenti tal-maniger at’ Hull Phil Brown li minkejja li ammetta li d-decizjoni finali kienet wahda gusta u Young ma messx il-ballun b’idu, huwa xorta kkontesta l-fatt li r-referi bidel id-decizjoni tieghu.

F’argument li kellu ma’ gurnalist wara l-loghoba Brown qal li, minkejja li l-penalti ma kienx, ma kienx kompitu tieghu li jghid jekk kienx penalty jew le u, “…l-fatt hu li r-referi tah. Xi drabi jkollok gurnata hazina minhabba r-referis u drabi ohra jkollok gurnata hazina minhabba l-plejers. Illum kienet gurnata tajba ghall-plejers izda gurnata hazina ghar-referi.”

L-argument at’ Brown ma jregix. Jekk, kif qal Brown stess, il-penalti ma kienx, ir-referi kien gust li bidel id-decizjoni. Fejn huwa kwazi accettat li manigers jipprotestaw u jilmentaw mar-referis meta dawn jiehdu decizjoni hazina, ma nistghux naslu fi stat fejn ir-referis jaqilghuha wkoll meta jikkoregu decizjoni bir-rizultat li finalment jiehdu decizjoni tajba.

Ir-ragunijiet ta’ Brown ghal dan l-argument li jidher inkonsistenti jistghu ikunu diversi. Wiehed irid jifhem li dawn il-kummenti saru ezatt wara loghoba li fiha Hull kienu l-ajar tim u propju fl-ahhar sekondi huma emmnu li kienu se jiehdu almenu punt meritat grazzi ghall-penalti moghti minn Bennet. Kien jew ma kienx, ir-referi rari jbiddel id-decizjoni tieghu b’dan il-mod u ghalhekk Hull sabuha difficli li jnizzluha li jaraw punt jaharbilhom minn idejhom b’mod daqshekk insolitu.

Huwa probabbli wkoll li l-maniger ta’ Hull ried jerga jigbor ir-rispett tal-plejers wara l-umiljazzjoni li ghaddihom minnha waqt il-loghoba kontra Manchester City meta fi tmiem l-ewwel taqsima hallihom barra mid-dressing room u canfarhom quddiem stejdjum nies.

Li nara aktar kontroversjali mid-decizjoni innifisha hu il-mod kif waslet jew x’seta’ wassal ghaliha. Ir-regolament dwar ir-rispett lejn ir-referis jindika car li l-plejers ma jistghux idawwru r-referi biex jipprotestaw u huwa biss il-captain li jista’ jkellem lill-ufficcjal tal-loghoba. Dan ma sehhx fil-loghoba bejn Hull u Aston Villa. Hekk kif ir-referi saffar ghall-penalti ma kienx biss il-captain at’ Aston Villa Gareth Barry li avvicina r-referi izda numru ta’ plejers li daru jipprotestaw ma’ Bennet. Dawn deheru li kkonvincewh jitkellem mal-assistant tieghu.

Intenni li l-izball ma kienx li r-referi kkonsulta mal-assistent u finalment ha decizjoni tajba. Li jistona hu kif ir-referi halla lilu nnifsu jigi cirkondat mill-plejers minghajr ma jiehu azzjoni. Hawnhekk l-argument mhux jekk il-plejers at’ Aston Villa kellhomx ragun jew le izda jekk dawn kellhomx dritt idawwru r-referi kif ghamlu. Ashley Young jghid li kien biss Barry li kellem lir-referi izda l-filmati tal-loghoba juru mod iehor.

Ir-reazzjoni tar-referi ghall-protesti tal-plejers ma kinitx li jammoni, almenu verbalment, lill-plejers, izda li jigri lejn Halliday biex jikkonsulta mieghu. Fil-passat avvicinament simili ta’ plejers fuq ir-referi minn plejers ta’ timijiet ohra gie kundannat mill-parti l-kbira tal-gurnalisti Brittanici izda donnu l-fatt li eventwalment il-filmati taw ragun lil Aston Villa, il-protesti taghhom gew gustifikati.

Dan mhux gust. B’dak li gara qed jigi ssugrat li jintbaghat messagg hazin. Il-messagg li jista’ johrog minn dan kollu hu li l-plejers jistghu jemmnu li bi protesti konsistenti mar-referi huma jistghu jinfluenzawh jew sahansitra jikkonvincuh jibdel id-decizjoni tieghu. Dan mhux il-messagg ta’ rispett li riedu jwasslu l-FA u l-Premier league bil-kampanja li nedew fil-bidu at’ dan l-istagun.

Mal-ewwel daqqa t’ghajn deher li kienu l-protesti tal-plejers li kkonvincew lil Bennett jersaq lejn l-assistant tieghu. Fil-verita l-fatti jistghu ikunu differenti. Illum it-teknologija tippermetti lir-referi u l-assistenti tiegu biex jikkomunikaw kontinwament waqt il-loghoba u ghalhekk jista’ jkun li kienet komunikazzjoni tal-assisttent li gibdet l-attenzjoni tar-referi u mhux il-plejers at’ Aston Villa.

Ir-referis u l-assistenti taghhom, hafna drabi jkunu ftehemu dwar sinjali partikolari li jaghmlu lil xulxin waqt il-loghioba f’kaz li r-referi ma jkunx qed jara l-azzjoni tajjeb u l-assistant ikun f’pozizzjoni ahjar. Jista’ jkun ghalhekk li ghamel xi mossa jew ha pozizzjoni partikolari li biha Bennet fehem li kien hemm xi haga dubjuza.

Izda dawn huma biss hsibijiet ta’ min ma jridx ihares lejn l-episodju bhala xi haga kontroversjali. Dawk li kienu qed isegwu l-loghoba ma raw xejn minn dan kollu. Dak li deher f’ghajnejn kulhadd kien li r-referi mar ikellem lill-assistent wara pressjoni mill-plejers ta’ Aston Villa u eventwalment bidel id-decizjoni tieghu.

Teorija ohra dwar x’seta’ gara hareg biha c-cerman ta’ Hull Paul Duffen. Dan qal li l-klabb qed jistaqsi x’wassal ezatt biex ir-referi bidel id-decizjoni tieghu. Duffen jallega li jista’ jkun li kien hemm xi hadd iehor qed ikellem lill-assistent referi u setghet kienet din it-terza persuna li nfluenzat ir-referi. L-allegazjoni f’termini aktar semplici hi li ir-raba ufficjal, l-assesur tar-referis Roy Pearson, jew xi ufficjal iehor ra l-azzjoni fuq xi monitor u kellem lill-ufficcjali tal-loghoba. Dan l-argument hua msahhah mill-fatt li meta r-referi kien qed ikellem lil Halliday, dan tal-ahhar deher imiss l-earphone bhal donnu kien qed jisma’ lil xi hadd iehor ikellmu.

Duffen talab lil Premier League jaghmel investigazzjoni dwar dan u jekk l-istorja tkun minnha allura l-kaz huwa wiehed gravi. Ir-regolementi tal-Premier League ma jippermettux l-uzu tar-replays permezz tal-video u jekk dan qed isehh bil-mohbi jikkostitwixxi ksur serju tar-regolamenti. Ir-regolamenti jridu jkunu l-istess ghal kulhadd f’kull loghoba u ma jistax ikun li t-teknologija, jew influewnza minn barra l-picc, tintuza f’certu loghobiet u mhux f’ohrajn, jew f’certu azzjonijiett u mhux f’ohrajn.

Brown u Duffen mhux bilfors ghandhom ragun. Izda l-Premier League jaghmlu sew li jinvestigaw u jaghtu spjegazzjoni cara ta’ x’gara f’dan l-incident partikolari. Mhux gust la ma Bennet, la ma Halliday u lanqas mal-klassi tar-referis in generali li decizjoni tajba li aktarx hija rizlultat ta’ koperazzjoni bejn referi u l-assistant tieghu tithalla tizviluppa fi storja mimlija misteri u suspetti ghal xejn.

Il-Premier League u l-FA iridu jaraw ukoll li ma nergghux naraw xeni ta’ cirkondar mar-referis. Dan mhux reklam tajjeb ghal-loghoba tal-futbol u ma jikkumplimentax il-programmn “Get on with the Game” li hu ntenzjonat biex izid l-ispirtu sportiv u jnaqqas il-konfronti u protesti horox mar-referis

Sunday, December 21, 2008

KICK OFF EDITORIAL 21 DECEMBER 2008

SAM ALLARDAYCE iddebuta bil-kbir. B’team li ghandu l-aghar rekord home fil-Premier League il-bierah Alladayce ha biss 27 minuta biex accerta minn tlett punti u ha rebha ta’ 3-0.

Bhalma gara fi klabbs ohra dan l-istagun l-effett ta’ manger gdid hadem ukolll f’Ewood Park. Il-players laghabu b’determnazzjoni, qalb u grinta li s-supporters ta’ Blackburn ilhom ftit tal-gimghat mhux hazin ma jaraw.

Allardayce ma kellux cans jaghmel rivoluzzjonijiet izda l-motivazzjoni deheret u naturalment hareg fic-car ukoll, bhal fil-kazi l-ohra, in-nuqqas ta’ motivazzjoni li kellhom il-players taht Ince.

Irrid nghid wkoll li ALLARDYCE ma setax sab oppozizzjoni ahjar minn tal-bierah biex jaghmel id-debutt tieghu. Stoke gew ghal din il-partita bl-aghar record away u n-nuqqasijiet fid-difiza li rregalat tlett goals lil Blackburn urew ghalfejn il-Potters ghandhom dan ir-record negattiv.

Fil-waqt li l-bierah Aston Villa telghu fit-tielet post, kompla r-record negattiv home ta’ West Ham. Fl-ahhar loghobiet kien beda jidher li l-players qed jifhmu u jirrispondu ghal Zola. Il-loghob tjieb u minkejja li m’humiex jirbhu wiehed jista’ jara hafna aspetti pozittivi fil-Hammers.

Il-problema l-kbira taghhom hija l-attakk. Il-bierah, bhal f’loghobiet ohra, tilfu hafna cansijiet biex spiccaw tilfu loghoba li kien haqqhom ferm aktar minnha. Zola irid isahhah l-attakk f’Jannar izda wiehed irid jara kemm is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb se tippermettilu dan.

Id-differenza fil-loghob il-bierah kienet favur West Ham izda d-differenza fil-klabb kienet favur Aston Villa. Villa affordjaw jghidu le lil Liverpool u jzommu lil Gareth Barry maghhom biex qeghdin fejn qeghdin- West Ham aktarx ikollhom ibieghu il-players f’Jannar biex ikampaw. Kif qal wiehed mill-gurnali Inglizi illum- “West Ham ghandhom skwadra tajba bizzejjed biex isalvaw izda sitwazzjoni finanzjarja hazina bizzejjed biex jaqghu”. Ghas-sabih tal-football j’Alla tirbah l-iskwadra.

Lura ghal Blackburn u l-bierah ROQUE SANTA CRUZ thalla barra mill-iskwadra bir-raguni ufficcjali tkun injury. Izda l-probabilta hi li f’Jannar dan il-player ihalli Ewood Park u l-manager il-gdid Sam Allardyce mhux se jkollu bicca xoghol facli jimla l-vojt li se jhalli dan il-player.

Minkejja l-asserzjonijiet li Portsmouth se jzommu l-ahjar players taghhom LASSANA DIARRA se jithalla jitlaq ghal offerta li giet deskritta bhala eccezzjonali. L-offerta waslet minghand Real Madrid izda jidher li l-player ghadu mhux deciz u hemm offerta ohra minn Manchester City.

Il-loghoba tal-bierah uriet il-valur ta’ dan il-player ghal Portsmouth- kien biss x’hin dahal hu li l-midfield ha ftit sura. Min jaf DIARRA hux l-ewwel minn lista ta’ players li se jhallu Fratton Park. CROUCH, DEFOE, DISTIN u JOHNSON jistghu ikunu wara DIARRA fil-kju…u jekk jigri hekk..ix-xoghol li ghamlu Portsmouth fl-ahhar xhur jisfuma fix-xejn.

JIMMY BULLARD rega seraq ix-xena… u dan il-midfielder ukoll se jithalla jitlaq. Zgur BULLARD mhux se jkun nieqes mill-offerti. Il-potenzjal tieghu huwa kbir u hafna jqisuh bhala wiehed mill-aktar midfielders kompleti fil-Premiership. Trasferiment ghal madwar 4 miljun lira sterlina ikun wiehed mill-akbar bargains li qat sar fil-Premiership.

L-ismijiet li qed jaghmlu l-ahbarijiet m’humiex dawn biss….ARSHAVIN jidher li kellu tahdidet ma klabbs f’Londra, Manchester City weghdu s-sorprizi, JUANDE RAMOS qal li jrid winger mill-Premiership… kollox ma kollox dehlin ghal xahar frenetiku … xahar li nahseb li se jkun aktar attiv u nteressanti minn transfer windows ohra tax-Xitwa.

TRASFERIMENTI F'JANNAR LI GEJ

Jannar jinsab wara l-bieb u bhal ma’ jigri kull sena, minn gimghat qabel, jibdew ix-xnieghat u l-ispekulazzjoni dwar it-trasferimenti li jistghu isehhu matul it-tieqa tat-trasferimenti tax-Xitwa.

Tradizzjonalment dan ix-xahar ma jkunx ikkaratterizzat minn trasferimenti kbar. Ir-ragunijiet principali huma tnejn. Plejers kbar aktarx ikunu qed jilghabu ma’ klabbs li qed jikkompetu jew laghabu fic-Champions League, jew inkella ma’ timijiet li ghadhom bic-cans ghall-unuri domestici. Minn banda dawn il-klabbs ma jkunux daqshekk lesti li jhallu l-ahjar plejers taghhom jitilqu biex ma jiddghajfux. Mion-naha l-ohra, il-klabbs li jkun ghadhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej ma jkunux lesti johrogu l-miljuni ghall-plejers li diga laghabu ma klabb iehor fl-Ewropa ghax dawn ikunu “cup tied”.

Ix-xahar id-diehel jista’ jkun differenti. Minkejja t-tradizzjoni u minkejja is-sitwazzjoni ekonomika xejn pozittiva fid-dinja, it-tieqa tat-trasferimenti mistennija tkun movimentata mhux hazin madwar l-Ewropa. Ir-ragunijiet huma diversi izda ewlenija fosthom hemm mil-fatt li numru ta’ klabbs jinsabu f’sitwazzjoni li xejn ma stennew u jridu jaghmlu minn kollox biex johorgu minnha kemm jista’ jkun malajr. Raguni ohra hi li numru ta’ klabbs jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja u ghalhekk humma suxxettibbli li jbieghu l-ahjar plejers taghhom.

Fost il-klabbs li stennew ahjar minn dan l-istagun u jridu juzaw ix-xahar ta’ Jannar biex jirkupraw hemm Real Madrid li tkellimna dwarhom il-gimgha l-ohra. Minkejja li Jannar ghadu ma wasalx dan il-klabb diga kien attiv fit-tieqa tat-trasferimenti u lahaq ftehim mal-attakkant Olandiz ta’ Ajax Klaas Jan Huntelaar. Il-player ta’ 25 sena se jiswa madwar £17 miljun u ffirma kuntratt ma’ Real li jidhol fis-sehh f’Jannar li gej u jiskadi fl-2013.

Dan l-istagun Huntelaar laghab biss fit-Tazza UEFA u ghalhekk se jkun eligibbli biex jilghab fic-Champions League mal-klabb Spanjol. It-top skorer tal-Kampjonat Olandiz l-istagun li ghadda bi 33 gowl se jkollu r-responsabbilita li jimla’ l-vojt imholli minn Ruud Van Nisterlooy li se jitlef il-kumplament tal-istagun.

Il-hatra ta’ Juande Ramos bhala kowc gdid flok Bernd Schuster tefghet l-attenzjoni fuq il-kampjonat Ingliz u l-ewwel akkwist ta’ Ramos mill-Ingilterra jidher li se jkun il-midfielder kumbattiv ta’ Portsmouth Lassana Diarra. Il-plejer ta’ 23 sena, li nghaqad ma’ Portsmouth minn ma’ Arsenal f’Jannar li ghadda, inghata permess jitkellem ma’ Real Madrid wara li Portsmouth accettaw offerta deskritta bhala “eccezzjonali”.

Il-maniger ta’ Portsmouth Tony Adams kien cahad rapporti li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Portsmouth hija wahda prekarja u kien qal li f’Jannar m’hu se jigi mgieghel ibiegh l-ebda plejer importanti. Il-bejgh ta’ Diarra jitfa’ dan kollu fid-dubju. Meta Harry Redknapp halla ‘l klabb biex inghaqad ma’ Tottenham kien intqal li wahda mir-ragunijiet kienet li x-xahar id-diehel kien se jkollu jbiegh numru ta’ plejers. B’dak li gara issa din l-istorja tinstema’ aktar realistika.

Portsmouth, li bhala klabb jinsabu ghall-bejgh, qalu li Diarra inbiegh biss minhabba li l-offerta kienet kbira hafna. Izda t-trasferiment ta’ dan il-plejer jitfa’ sinjal ukoll li plejers bhal Jermaine Defoe, Peter Crouch u Sylvain Distin jistghu jithallew jitilqu jekk ikun hemm offerta tajba. Il-bejgh ta’ Diarra jista’ jibdel l-atitudni tal-plejers li sa ftit ilu kienu determinati jibqghu ma Portsmouth Jekk dawn jaraw li l-klabb m’ghandux l-istess ambizzjoni taghhom jibdew jiccaqilqu huma wkoll.

Logikament il-maniger ta’ Tottenham Harry Redknapp qed jigi msemmi li jista’ jmur lura lejn l-ex klabb tieghu biex jipprova jakkwista xi plejers. Redknapp ghadu kif ikkonferma li pprezenta l-lista ta’ plejers li jixtieq jakkwista f’Jannar lic-cermen ta’ Tottenham Daniel Levy. Huwa qal li l-iskwadra hija ferm ‘il boghod milli ticcalingja lill-ewwel erbgha. Minhabba f’hekk huwa jrid biss plejers li jaghmlu d-differenza. Redknapp kompla li jekk ma jirnexxielux jakkwista lil dawk li ghandu f’mohhu allura lest jipprova jakkwista plejers ohra b’self imbagahd jirritorna ghall-miri originali fis-Sajf.

Id-difesnsur centrali Distin huwa wiehed mill-plejers ta’ Portsmouth possibilment fil-mira ta’ Redknapp. B’Ledley King ibghati minn injury kronika Redknapp jaf li jrid isahhah id-difiza u Distin huwa plejer li jaf tajjeb. Izda Redknapp jaf ukoll li l-attakk ta’ Spurs huwa wiehed dghajjef u huwa kwazi cert li din il-pozizzjoni ghandha numru ta’ kandidati fuq il-lista li Redknapp. Min jaf jekk Jermaine Defoe hux qieghed fuqha?

Fl-istess sitwazzjoni ta’ Portsmouth fl-Ingilterra hemm ukoll West Ham u Newcastle United. Dawn iz-zewg klabbs jinsabu ufficcjalment ghall-bejgh. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ West Ham m’hi tajba xejn u din tista’ tehzien jekk il-klabb jispicca jhallas multa multimiljunarja lil Sheffield United minhabba l-kaz Tevez u r-relegazzjoni tal-Blades.

Din is-sitwazzjoni qed twassal ghal incertezza kbira f’Upton Park u l-maniger Gianfranco Zola ga qal li jekk jinbieghu l-ahjar plejers hu ikollu jirrevedi l-futur tieghu. Plejers bhall-gowlkiper Robert Green u d-difensur Matthew Upson diga qed jigbdu nteress minn diversi klabbs.

Min-naha l-ohra Newcastle ghandhom numru ta’ plejers li jinsabu fl-ahhar sena tal-kuntratt taghhom u dawn jistghu liberament jitkellmu ma’ kabbs ohra f’Jannar. Id-diskussjonijet dwar kuntratti godda huma prattikament wieqfa minhabba li l-klabb jinsab fil-limbu. Wara t-tkeccija ta’ Kevin Keegan, is-sid tal-klabb Mike Ashley spicca lanqas jista jersaq lejn St.James’ Park minhabba r-rabja tal-partitarji. Dan qed jipprova jbiegh ‘il klabb izda fis-sitwazzjoni ekonomika prezenti mhux qed isibha facli.

Sadanittant numru ta’ plejers ma jafux x’inhu l-futur taghhom ma’ Newcastle. L-aktar plejer li qed jinkwieta lill-klabb huwa l-attakkant Michael Owen. Fl-ahhar jiem il-klabb ghamel mod u pogga offerta ta’ kuntratt gdid lil dan il-plejer izda dan jista’ ma jkunx bizzejjed. Il-kuntratt gdid jimplika tnaqqis sostanzjali fil-paga tal-plejer u wiehed irid jara x’jigri jekk Owen jircievi offerta sostanzjali minghand klabb aktar stabbli. Jekk Owen u plejers ohra jitolbu li jkunu trasferiti f’Jannar Newcastle ikolhom icedu ghax ma jistghux jirriskjaw li jitifluhom b’xejn fi tmiem l-istagun.

Fl-Italja l-isem fuq ilsien kulhadd huwa l-attakkant ta’ Napoli Ezequiel Lavezzi. Il-plejer Argentin qed ikun l-eroj ta’ Napoli u diga ssemmew hafna klabbs interessati fih fosthom Chelsea. Minkejja li fil-futbol qatt ma tista’ tghid qatt s’issa jidfer difficli li dan il-peler jista’ jiccaqlaq. Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentis qed ikun prattikament kuljum fl-ahbarijiet jiddikkjara li Lavezzi se jibqa’ ma Napoli tul il-kuntratt kollu. Min-naha l-ohra l-agent ta’ Lavezzi qed jghdi li dan il-plejer huwa kuntent f’Napli izda qed jistenna li, wara s-success li kiseb, jinghata kuntratt ahjar minn De Laurentis.

Fis-Serie A wiehed jistenna li Milan ukoll ikunu nvoluti fis-suq tat-trtasferimenti. Ir-rizultati u l-loghob zgur li m’humiex dawk mixtieqa mill-klabb u jekk ma jissahhux f’Jannar l-istagun domestiku mhux se jaghti l-frott mixtieq. David Beckham se jinghaqad ma’ Milan b’self izda dan il-plejer wahdu mhux se jahmel id-differenza.

L-ahhar kritika lejn l-iskwadra ta’ Milan waslet minn Luciano Moggi li qal li l-akkwisti ta’ Milan ghal dan l-istagin kienu irrazzjonali u l-iskwadra hija mibnija bl-aghar mod possibbli. Kummenti horox izda kummenti simili ilhom jinghadu u donnu transfer window wara ohra Milan mhux jirnexxielhom jindirizzaw il-problemi li ghandhom fl-iskwadra. Il-problemi komplew jikbru bl-injury ta’ Gattuso li se jitlef il-kumplament tal istagun u injuries ohra. Injuries li jaghmluha imperattiva ghal Ancelloti li jakkwista xi plejer jew plejers matul ix-xahar id-diehel.

Inter ukoll mistennija jkunu attivi fis-suq izda hawnhekk l-akbar isem se jkun plejer li aktarx ihalli l-klabb. Il-Braziljan Adriano se jithalla jitlaq wara serje ta’ episodji li tappnu l-karriera ta’ dan it-talent sud-amerikan fl-Italja. Ricentement il-kowc ta’ Inter Jose Mourinho qal li Adriano issa huwa ttimbrat bhala imqareb u dan it-timbru difficli jehles minnu. Dan l-ahhar Adriano ma ttrenjax minhabba li kien ma jiflahx u l-gurnali malajr dawwru l-istorja fejn qalu li Mourinho baghatu lura d-dar minhabba li kien ghamel lejl barra u ma kienx f’kundizzjoni li jittrenja.

Mourinho qal li din kienet gidba tal-gazzetti li pero turi li jaghmel x’jaghmel Adriano se tkun difficli ferm ghalih li jerga jikseb reputazzjoni tajba. Mourninho ghalaq il-kummenti tieghu billi qal li bhala kowc jixtieq li Adriano jibqa’ ma’ Inter izda ghall-gid tal-plejer innifsu jkun ahjar ghalih li jfittex arja gdida.

Lura fl-Ingilterra u fl-ahhar granet rega sploda l-kaz Ronaldo ta’ Manchester United. Real Madrid ghamlu minn kollox biex ihajjru lil dan il-plejer jitlaq lil United izda meta r-Red Devils zammew sod, il-klabb Spanjol bidel id-diska u qal li kien Ronaldo li beda din l-istorja. F’dawn l-ahhar granet Real Madrid qalu li ladarba Ronaldo mhux ghal bejgh huma mhux se jkomplu juru nteress fih ghax iridu l-ahjar relazzjonijiet ma’ Manchester United.

Izda dan kollu tar mar-rih hekk kif il-midja internazzjonali irrapurtat li wiehed mid-dirigenti tal-klabb Spanjol ammetta li Real Madrid diga ghandhom ftehim mal-klabb u mal-plejer izda ma jistghu ihabbru xejn ghal issa.

Din l-istorja tista’ tkun minnha u tista’ ma tkunx izda l-probabilta hi li dan kollu huwa tentattiv iehor biex jiskoncentraw lil Ronaldo u jkomplu jhajjruh ihalli Old Trafford. Sir Alex Ferguson ma tantx kien kuntent b’dawn il-kummenti u ddeskriva lil Real Madrid bhala “mob”. Hu qal li qatt m’hu se jkun lest jiffirma ftehim “ma dawn in-nies” u kompla li lil Real Madrid lanqas hu “lest li jbieghlhom virus”. Ferguson qal ukoll li kien cert li meta joqrob Jannar kienet se terga’ tisplodi din l-istorja. Ronaldo min-naha tieghu qal li hu ma kellu ebda kuntatt ma’ Real Madrid u jinsab kuntent f’Old Trafford.

Hasra li l-FIFA u l-UEFA jhallu dawn l-affarijiet jigru. Li thabbar jew tivvinta stejjer bhal dawn huwa ugwali ghal meta klabb javvicina plejer minghajr il-permess tal-klabb li jkun qed jilghab mieghu. Din hija xi haga li jaghmel kwazi kull klabb. Il-hazin hu li meta jitressaq xi kaz quddiem il-FIFA jew il-UEFA dawn rari jiehdu passi. Hekk gara fil-kaz originali ta’ Ronaldo u Real Madrid fejn il-UEFA qalet li Real ma kienu ghamlu xejn hazin. Il-huta minn rasha tinten u qabel ma jittiehdu passi serji kontra dawn l-illegalitajiet dan kollu se jibqa’ jsehh u l-klabbs il-kbar se jibqghu ihossuhom potenti li javvicinaw plejers ta’ xulxin u ta’ klabbs ohra u jiddistabilizzawhom.

Insemmu ftit ukoll lil Juventus u Manchester City. Il-midja internazzjonali qed tghid li Juventus huma nteressati fi plejers kemm mill-Premier League u kemm mil-Liga. L-aktar li qed jissemmew huma Daniel Agger u Ryan Babel ta’ Liverpool u Royston Drenthe ta’ Real Madrid.

Min-naha l-ohra, Manchester City, wara li saru wiehed mill-aktar klabbs sinjuri fid-dinja, qed jissemmew li huma nteressati f’numru ta’ ismijiet kbar fosthom David Villa, Gianluigi Buffon u Kaka. Minkejja s-sahha finanzjarja Manchester City jistghu isibuha difficli li jakkwistaw l-aqwa ismijiet fl-Ewropa minhabba l-pozizzjoni taghhom fil-klassifika izda zgur li se jkunu jistghu jissahhu u jinqalghu mill-pozizzjoni li jinsabu fiha fil-prezent. Id-dirigenti ta’ Manchester City wieghdu sorprizi matul ix-xahar li gej. Nistennew u naraw x’se jkunu.

Din kienet biss toghma ta’ dak li mistenni jsehh fil-gimghat li gejjin. Uhud mill-ispekulazzjoniet se jibqghu’ spekulazzjoniet, ohrajn se jsiru realta fil-waqt li m’hemmx dubju li se jkun hemm ukoll xi trasferimenti mhux mistennija. Hu x’inhu, dehlin ghal xahar iehor ecitanti fejn certu tinijiet se jissahhu, ohrajn se jiddghajfu u klabbs ohra li bdew hazin jistghu isalvaw l-istagun. Kollox ma kollox qed nistenna Jannar attiv aktar minn ohrajn. U fil-waqt li fid-dinja tibqa’ tikber il-krizi ekonomika, il-futbol jibqa’ jghix f’univers ghalih u l-miljuni jkomplu jibdlu l-idejn.

KEANE JITLAQ MINN MA' SUNDERLAND

L-avventura tal-ex plejer ta’ Manchester United Roy Keane bhala maniger ta’ Sunderland waslet fi tmiemHa nhar il-Hamis li ghadda hekk kif fil-ghodu harget l-ahbar li Keane kien halla din il-kariga bi qbil mad-dirigenti tal-klabb.

Keane halla l-kariga tieghu wara laqgha li kellu mac-cermen ta’ Sunderland Niall Quinn u membri ohra tal-bord, fosthom il-kap ezekuttiv gdid Steve Walton li gie mahtur f’din il-kariga propju il-gimgha l-ohra. Waqt din il-laqgha gie deciz li jkun ahjar ghal Keane u ghall-klabb li dan ihalli t-tmexxija ta’ Sunderland.

Wara t-tluq ta; Keane ic-cermen tal-klabb Niall Quinn qal li hu jemmen li l-pressjoni u l-intensita marbuta mal-post ta’ maniger ta’ Sunderland kienet kbira wisq u kien propju dan li wassal biex Keane ihalli din il-kariga. Quinn qal ukoll li hu ghamel sentejn shah jipprova ma jhallix din il-pressjoni taffetwa lil Keane izda fl-ahhar Keane iddecieda li ma jistax jaghti aktar lil Sunderland.

Kif qal Quinn stess Keane ghamel bidliet pozittivi f’Sunderland u ismu biss ukoll gholla l-profil tal-klabb tal-Istadium of Light. Keane kien strumentali biex Sunderland kisbu mentalita rebbieha u l-atitudni tal-klabb inbidlet ghal kollox. Skind Quinn, Keane gholla l-livell ta’ dak kollu li kien qed jigri fil-klabb ta’ Sunderland kemm f’dak li huwa loghob u kif ukoll f’dik li hija organizazzjoni tal-klabb.

Izda f’din l-istorja kollha kien hemm punti li jistonaw. Ir-rwol ta’ cermen zgur li mhux li jipprova jiddfendi lill-maniger mill-pressjoni. Il-pressjoni hija parti mill-pakkett u Keane m’ghandux il-karattru li jjibza’ mill-aspetattiva. Meta kien mistoqsi dwar il-pozizzjoni tiegu fl-Istadium of Light Roy Keane ma tax it-tip ta’ twegiba li wiehed jistenna minn dan il-karattru.

Keane irreagixxa billi qal li jkun hemm waqtiet li jhossu bhala l-bniedem li jista’ jmexxi lil Sunderland ‘il quddiem u mumenti ohra li fihom ma jhossux li jista’ jwassal lill-Black Cats ghas-success. Huwa qal li kuljum jistaqsi lilu nnifsu jekk ghandux jibqa’ manager ta’ Sunderland izda t-twegiba li jaghti lilu nnifsu mhux dejjem tkun l-istess.

Dakinhar stess li ta dawn il-kummenti Keane qal li propju f’dik il-gurnata qam fil-ghodu jhossu li ghandu jibqa’ jmexxi lil Sunderland. Izda huwa kompla li jekk fil-jumejn ta’ wara jhossu differenti allura jkun wasal iz-zmien li jirrevedi l-pozizzjoni tieghu.

Din l-inkonsistenza u indecizjoni mhix karatteristika ta’ Keane. Dawn il-kummenti, flimkien ma rapporti li bdew johrogu mill-ghada tad-divorzju bejn Keane u Sunderland, juru li ir-ragunijiet li ghalihom Keane halla, jew gie mgieghel ihalli, lil Sunderland, m’humiex semplici daqs kemm wiehed iqum fil-ghodu u jiddeciedi li mhux il-bniedem li ghandu jibqa’ jmexxi t-tim. Din id-decizjoni ma ttehditx mil-lum ghal ghada u warajha hemm kurrenti ohra.

Stejjer li hargu fil-granet li ghaddew jghidu li c-cermen tal-klabb Niall Quinn u Roy Keane ma tantx kellhom relazzjoni tajba hafna flimkien. Dawn it-tnejn kellhom kwistjoni meta kienu jilghabu mat-tim nazzjonali Irlandiz u jidher li minn dakinhar ‘l hawn ir-relazzjonijiet qatt ma gew ghan-normal.

Hemm min qed jghid li kemm ilu li nghaqad ma’ Sunderland Keane u Quinn kienu jitkellmu biss permezz tal-messaggi fuq it-telfon cellulari. Jekk din hix verita jew esagerazzjoni mhux mgharuf izda l-qazba ma ccaqcaqx ghal xejn u jidher car li r-relazzjoni bejn cermen u maniger ma kinitx wahda ideali biex il-klabb jimxi ‘il quddiem.

Izda minkejja din it-tensjoni, fejn seta’, jidher li Quinn nesa l-kwistjonijiet personali u, flimkien mal-bord tad-diretturi u s-sostenituri finanzjarji ta’ Sunderland, dejjem issanzjona somom kbar biex Keane ikun wiehed mill-aktar manigers attivi fit-trasferimenti.

F’sentejn u nofs Keane nefaq bejn £70miljun u £80miljun fi plejers. Din mhix figura zghira specjalment ghall-klabb li kien tiela’ mic-Championship u dan jikkonferma li minkejja kollox il-klabb dejjem issapportja lil maniger.

Ir-responsabbilita ta’ dan l-investiment hija tal-maniger u nhoss li parti mir-raguni ghalfejn Sunderland jinsabu fejn jinsabu hija propju l-mod kif Keane investa dawn il-miljuni. Din is-somma intefqet biex jintlahqu tlett skopijiet izda minn dawn it-tlieta intlahaq skop wiehed biss.

Bil-flus minfuqa Sunderland bnew tlett timijiet. L-ewwel wiehed kien it-tim li kellu jaqla’ lil Sunderland mic-Championship u dan irnexxa. It-tieni skop ta’ Sunderland kien li jinbena tim biex jistabilixxi t-tim fil-Premiership izda, fil-waqt li ghal hafna dan l-iskop deher li ntalahq, personalment nahseb li l-ghan ma ntlahaqx. Sunderland salvaw mir-relegazzjoni bi tlett punti biss u spiccaw fil-15 –il post. Ghalkemm li tim promoss jispicca fil-15 –il post jista’ jitqies success relattiv, li ssalva bi tlett punti ma jistax jigi deskritt bhala stabilizazzjoni fil-Premiership.

Dan qed jigi konfermat dan l-istagun hekk kif Sunderland qed jiffaccjaw battalja ohra kontra r-relegazzjoni. Dan l-istagun nistghu nghidu li nbena t-tielet tim u l-iskop din id-darba kien li t-tim jiccalingja fl-ewwel nofs tal-klassifika izda s’issa, ghal darba ohra, l-iskop rega’ ma ntlahaqx u l-flus minfuqa ma hallewx il-frott mixtieq.

Fost il-plejers akkwistati minn Keane hemm il-gowlkiper Skocciz Craig Gordon li sewa £9miljuni. Ghalkemm dan huwa gowlkiper ta’ kwalita il-prezz imhallas kien eccessiv u klabb li qed jipprova jistabilixxi ruhu seta’ firex din is-somma fuq numru ta’ plejers biex jimla aktar nuqqasijiet tat-tim.

Pascal Chimbonda inghaqad ma’ Sunderland minghand Tottenham ghal kwazi £5miljuni. Chimbonda ukoll huwa plejer ta’ talent izda l-problemi ta’ karattru u atitudni tieghu kienu evidenti. Keane emmen li bl-istil ta’ management tieghu seta’ jsolvi dawn il-problemi u jiehu l-ahjar minn dan il-plejer izda Chimbinda baqa’ li kien. Minkejja xi loghobiet tajbin, il-problemi dixxiplinarji ta’ dan il-plejer ma jaghmluhx wiehed mill-ahjar investimenti ta’ Keane.

Minghand Tottenham dan l-istagun Keane ha ukoll lil Teemu Tainio u Steed Malbranque. Zewg plejers li jaghtu qalbhom ghat-tim izda l-limitizzjonijiet taghhom ukoll kienu evidenti. Il-kummenti generali dwar dawn il-plejers fil-karriera taghhom ma’ Tottenham kienu li Tainio jbati wisq mill-injuries u Malbranque rari ta aktar mnn taqsima stupenda. L-istess baqa’ jigiri ma’ Sunderland. Tainio baqa’ jwegga spiss u Malbranque baqa’ jbati biex jaghti certu rendiment tul id-90 minuta. Ma’ dawn wiehed jista’ jzid plejers bhal Michael Chopra li, ghalkemm huma plejers ta’ certu kwalita, ma kinux il-plejers li jistghu jiehdu lil Sunderland f’livell ghola.

It-trasferimenti ma kinux kollha negattivi. Forsi l-ahjar akkwist ta’ Roy Keane kien Kenwyne Jones li halla lil Southampton ghal madwar £6miljini. Jones huwa attakkant veloci u li jaghti dimensjoni fizika lill-attakk ta’ Sunderland. Dan ikkonfermah id-difensur ta’ Chelsea John Terry li qal li Jones kien l-aktar avversarju iebes ghal blalen bir-ras. Il-problema ta’ Keane fir-rigward ta’ Jones kienet li l-istagun ta’ dan il-plejer kien affetwat mill-injuries u Keane ma setax jiehu li jrid minnu.

Akkwist iehor tajjeb kien Kieran Richardson minghand Manchester United. Ghalkemm bata xi ftit fl-ewwel stagun tieghu, dan il-plejer ghamel progress kbir u huwa s-sors ta’ fantasija u energija fil-midfield ta’ Sunderland. Huwa wkoll wiehed mill-ahjar plejers mis-set pieces u l-gowls tieghu minn freekicks diretti ghinu hafna lil Roy Keane jakkwista r-rizultati. Dwight Yorke, Anton Ferdinand u Djbril Cisse’ ukoll kienu akkwisti tajba izda anki hawn, fil-kazi a’ Ferdinand u Cisse’, kien hemm il-problema ta’ karattru u personalita.

L-akbar problema ta’ Keane ma kinitx il-konvinzjoni tieghu jekk hux il-bniedem li jista’ jwassal is-success f’Sunderland jew le. Il-problema kienet li l-plejers li gab hu stess, kemm dawk li kienu success relattiv u kemm le, ma kinux qed jaqblu mal-metodi tieghu u l-messagg tieghu ma kienx qed jasal. Il-karattru ta’ Keane hu dak li hu u zgur li ma kienx se jkun hu li jadatta u jbiddel is-sistemi tieghu ghall-plejers.

Il-mentalita ta’ Keane hija wahda rebbieha, dixxiplinata u regimentali. Dan ma kienx qed jinzel tajjeb mal-plejers, specjalment dawk mhux Inglizi. Keane qatt ma hassu komdu bil-mentalita tal-plejers tal-lum u jekk, kif qal hu stess, irid jirritorna fil-management, irid jifhem li l-plejers tal-lum m’humiex il-plejers li kienu jilghabu meta hu kien fl-aqwa tieghu bhala plejer u jrid ikun ftit aktar flessibbli fl-approach tieghu.

Id-dirigenti tal-klabb kienu diga talbu lil Keane jibdel xi ftit il-metodi awtoritarji tieghu specjalment mal-plejers barranin izda hu qatt ma sema u dejjem emmen li l-uniku mod li jista’ jasal huwa l-mod tieghu. Dan ifisser li d-decizjoni li jitlaq ma kinitx tieghu biss. Meta tim jghaddi mis-serje ta’ rizultati negattivi li ghaddew minnha Sunderland u d-dirigenti jaqghu fuq il-maniger biex ibiddel il-metodi tieghu ifisser hafna.

It-tifsira ovvja hi li d-dirigenti ma jkunux kuntenti bir-rizultati u jkunu jridu bidla. L-implijkazzjoni l-ohra hi li l-plejers b’xi mod jew iehor ikunu wasslu l-messagg lid-dirgenti li m’humiex kuntenti bil-metodi tal-maniger. Meta jigri hekk ikun ifisser li l-maniger tilef id-dressing room u meta maniger jitlef id-dressing room il-klabb ma jkollux triq ohra ghajr li jnehhi lill-maniger.

Dan il-kaz diga rajnieh jigri dan l-istagun. Meta Tottenham nehhew lil Juande Ramos, ic-cermen tal-klabb Daniel Levy kien qal li d-decizjoni tat-tkeccija iffirmaha hu izda prattikament decizjonijiet bhal dawn jittiehdu mill-plejers. L-istess gara fl-Istadium of Light. Il-plejers ma kinux kuntenti bl-istil u l-karattru ta’ Keane, wasslu l-messagg lid-dirigenti u dawn qaghadu ghall-parir tal-plejers.

Bhal fil-kaz ta’ Tottenham u l-kummenti ta’ Levy, dan ukoll kien kwazi konfermat mid-dirigenza ta’ Sunderland. Minkejja li kif ghidna fil-bidu Niall Quinn pprova jpingi stampa ta’ serenita u armonija, kummneti ohra li hargu juru li mhux kulhadd kien kuntent bit-tmexxija ta’ Keane. Kummenti tas-sid u ta’ sostenitur finanzjarju ewlieni ta’ Sunderland jispikkaw fejn il-messagg li wasslu kien li l-karattru awtoritarju u l-personalita volatili ta’ Keane kienet qed ixxekkel il-progress tal-plejers u tat-tim ta’ Sunderland. Altru mill-armonija li semma Quinn.

Sa ftit ilu Keane kien qed jissemma bhala wiehed mill-kandidati prospettivi li ghad jista’ jiehu post Sir Alex Ferguson bhala maniger ta’ Manchester United. L-esperjenza tieghu ma’ Sunderland tista’ tbiddel kollox. Keane kien ma’ klabb fejn, minkejja l-kwistjonijet personali ma’Quinn, kellu s-sapport tal-bord, inghata l-finanzi kollha li ried u thalla jmexxi t-tim minghajr ebda indhil.

Minkejja dan huwa rnexxileu jitlef id-dressing romm li bena hu stess, igib instabilita u jitlef l-appogg tad-dirigenti. Din mhux se tkun esperjenza li se tghin il-karriera futura ta’ Keane fil-manigment u, jekk irid ikompli, irid jabbanduna l-awtoritarjanizmu li jemmen bih u jadatta ruhu ghal futbol u l-plejers tal-lum.