Sunday, December 21, 2008

TRASFERIMENTI F'JANNAR LI GEJ

Jannar jinsab wara l-bieb u bhal ma’ jigri kull sena, minn gimghat qabel, jibdew ix-xnieghat u l-ispekulazzjoni dwar it-trasferimenti li jistghu isehhu matul it-tieqa tat-trasferimenti tax-Xitwa.

Tradizzjonalment dan ix-xahar ma jkunx ikkaratterizzat minn trasferimenti kbar. Ir-ragunijiet principali huma tnejn. Plejers kbar aktarx ikunu qed jilghabu ma’ klabbs li qed jikkompetu jew laghabu fic-Champions League, jew inkella ma’ timijiet li ghadhom bic-cans ghall-unuri domestici. Minn banda dawn il-klabbs ma jkunux daqshekk lesti li jhallu l-ahjar plejers taghhom jitilqu biex ma jiddghajfux. Mion-naha l-ohra, il-klabbs li jkun ghadhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej ma jkunux lesti johrogu l-miljuni ghall-plejers li diga laghabu ma klabb iehor fl-Ewropa ghax dawn ikunu “cup tied”.

Ix-xahar id-diehel jista’ jkun differenti. Minkejja t-tradizzjoni u minkejja is-sitwazzjoni ekonomika xejn pozittiva fid-dinja, it-tieqa tat-trasferimenti mistennija tkun movimentata mhux hazin madwar l-Ewropa. Ir-ragunijiet huma diversi izda ewlenija fosthom hemm mil-fatt li numru ta’ klabbs jinsabu f’sitwazzjoni li xejn ma stennew u jridu jaghmlu minn kollox biex johorgu minnha kemm jista’ jkun malajr. Raguni ohra hi li numru ta’ klabbs jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja u ghalhekk humma suxxettibbli li jbieghu l-ahjar plejers taghhom.

Fost il-klabbs li stennew ahjar minn dan l-istagun u jridu juzaw ix-xahar ta’ Jannar biex jirkupraw hemm Real Madrid li tkellimna dwarhom il-gimgha l-ohra. Minkejja li Jannar ghadu ma wasalx dan il-klabb diga kien attiv fit-tieqa tat-trasferimenti u lahaq ftehim mal-attakkant Olandiz ta’ Ajax Klaas Jan Huntelaar. Il-player ta’ 25 sena se jiswa madwar £17 miljun u ffirma kuntratt ma’ Real li jidhol fis-sehh f’Jannar li gej u jiskadi fl-2013.

Dan l-istagun Huntelaar laghab biss fit-Tazza UEFA u ghalhekk se jkun eligibbli biex jilghab fic-Champions League mal-klabb Spanjol. It-top skorer tal-Kampjonat Olandiz l-istagun li ghadda bi 33 gowl se jkollu r-responsabbilita li jimla’ l-vojt imholli minn Ruud Van Nisterlooy li se jitlef il-kumplament tal-istagun.

Il-hatra ta’ Juande Ramos bhala kowc gdid flok Bernd Schuster tefghet l-attenzjoni fuq il-kampjonat Ingliz u l-ewwel akkwist ta’ Ramos mill-Ingilterra jidher li se jkun il-midfielder kumbattiv ta’ Portsmouth Lassana Diarra. Il-plejer ta’ 23 sena, li nghaqad ma’ Portsmouth minn ma’ Arsenal f’Jannar li ghadda, inghata permess jitkellem ma’ Real Madrid wara li Portsmouth accettaw offerta deskritta bhala “eccezzjonali”.

Il-maniger ta’ Portsmouth Tony Adams kien cahad rapporti li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Portsmouth hija wahda prekarja u kien qal li f’Jannar m’hu se jigi mgieghel ibiegh l-ebda plejer importanti. Il-bejgh ta’ Diarra jitfa’ dan kollu fid-dubju. Meta Harry Redknapp halla ‘l klabb biex inghaqad ma’ Tottenham kien intqal li wahda mir-ragunijiet kienet li x-xahar id-diehel kien se jkollu jbiegh numru ta’ plejers. B’dak li gara issa din l-istorja tinstema’ aktar realistika.

Portsmouth, li bhala klabb jinsabu ghall-bejgh, qalu li Diarra inbiegh biss minhabba li l-offerta kienet kbira hafna. Izda t-trasferiment ta’ dan il-plejer jitfa’ sinjal ukoll li plejers bhal Jermaine Defoe, Peter Crouch u Sylvain Distin jistghu jithallew jitilqu jekk ikun hemm offerta tajba. Il-bejgh ta’ Diarra jista’ jibdel l-atitudni tal-plejers li sa ftit ilu kienu determinati jibqghu ma Portsmouth Jekk dawn jaraw li l-klabb m’ghandux l-istess ambizzjoni taghhom jibdew jiccaqilqu huma wkoll.

Logikament il-maniger ta’ Tottenham Harry Redknapp qed jigi msemmi li jista’ jmur lura lejn l-ex klabb tieghu biex jipprova jakkwista xi plejers. Redknapp ghadu kif ikkonferma li pprezenta l-lista ta’ plejers li jixtieq jakkwista f’Jannar lic-cermen ta’ Tottenham Daniel Levy. Huwa qal li l-iskwadra hija ferm ‘il boghod milli ticcalingja lill-ewwel erbgha. Minhabba f’hekk huwa jrid biss plejers li jaghmlu d-differenza. Redknapp kompla li jekk ma jirnexxielux jakkwista lil dawk li ghandu f’mohhu allura lest jipprova jakkwista plejers ohra b’self imbagahd jirritorna ghall-miri originali fis-Sajf.

Id-difesnsur centrali Distin huwa wiehed mill-plejers ta’ Portsmouth possibilment fil-mira ta’ Redknapp. B’Ledley King ibghati minn injury kronika Redknapp jaf li jrid isahhah id-difiza u Distin huwa plejer li jaf tajjeb. Izda Redknapp jaf ukoll li l-attakk ta’ Spurs huwa wiehed dghajjef u huwa kwazi cert li din il-pozizzjoni ghandha numru ta’ kandidati fuq il-lista li Redknapp. Min jaf jekk Jermaine Defoe hux qieghed fuqha?

Fl-istess sitwazzjoni ta’ Portsmouth fl-Ingilterra hemm ukoll West Ham u Newcastle United. Dawn iz-zewg klabbs jinsabu ufficcjalment ghall-bejgh. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ West Ham m’hi tajba xejn u din tista’ tehzien jekk il-klabb jispicca jhallas multa multimiljunarja lil Sheffield United minhabba l-kaz Tevez u r-relegazzjoni tal-Blades.

Din is-sitwazzjoni qed twassal ghal incertezza kbira f’Upton Park u l-maniger Gianfranco Zola ga qal li jekk jinbieghu l-ahjar plejers hu ikollu jirrevedi l-futur tieghu. Plejers bhall-gowlkiper Robert Green u d-difensur Matthew Upson diga qed jigbdu nteress minn diversi klabbs.

Min-naha l-ohra Newcastle ghandhom numru ta’ plejers li jinsabu fl-ahhar sena tal-kuntratt taghhom u dawn jistghu liberament jitkellmu ma’ kabbs ohra f’Jannar. Id-diskussjonijet dwar kuntratti godda huma prattikament wieqfa minhabba li l-klabb jinsab fil-limbu. Wara t-tkeccija ta’ Kevin Keegan, is-sid tal-klabb Mike Ashley spicca lanqas jista jersaq lejn St.James’ Park minhabba r-rabja tal-partitarji. Dan qed jipprova jbiegh ‘il klabb izda fis-sitwazzjoni ekonomika prezenti mhux qed isibha facli.

Sadanittant numru ta’ plejers ma jafux x’inhu l-futur taghhom ma’ Newcastle. L-aktar plejer li qed jinkwieta lill-klabb huwa l-attakkant Michael Owen. Fl-ahhar jiem il-klabb ghamel mod u pogga offerta ta’ kuntratt gdid lil dan il-plejer izda dan jista’ ma jkunx bizzejjed. Il-kuntratt gdid jimplika tnaqqis sostanzjali fil-paga tal-plejer u wiehed irid jara x’jigri jekk Owen jircievi offerta sostanzjali minghand klabb aktar stabbli. Jekk Owen u plejers ohra jitolbu li jkunu trasferiti f’Jannar Newcastle ikolhom icedu ghax ma jistghux jirriskjaw li jitifluhom b’xejn fi tmiem l-istagun.

Fl-Italja l-isem fuq ilsien kulhadd huwa l-attakkant ta’ Napoli Ezequiel Lavezzi. Il-plejer Argentin qed ikun l-eroj ta’ Napoli u diga ssemmew hafna klabbs interessati fih fosthom Chelsea. Minkejja li fil-futbol qatt ma tista’ tghid qatt s’issa jidfer difficli li dan il-peler jista’ jiccaqlaq. Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentis qed ikun prattikament kuljum fl-ahbarijiet jiddikkjara li Lavezzi se jibqa’ ma Napoli tul il-kuntratt kollu. Min-naha l-ohra l-agent ta’ Lavezzi qed jghdi li dan il-plejer huwa kuntent f’Napli izda qed jistenna li, wara s-success li kiseb, jinghata kuntratt ahjar minn De Laurentis.

Fis-Serie A wiehed jistenna li Milan ukoll ikunu nvoluti fis-suq tat-trtasferimenti. Ir-rizultati u l-loghob zgur li m’humiex dawk mixtieqa mill-klabb u jekk ma jissahhux f’Jannar l-istagun domestiku mhux se jaghti l-frott mixtieq. David Beckham se jinghaqad ma’ Milan b’self izda dan il-plejer wahdu mhux se jahmel id-differenza.

L-ahhar kritika lejn l-iskwadra ta’ Milan waslet minn Luciano Moggi li qal li l-akkwisti ta’ Milan ghal dan l-istagin kienu irrazzjonali u l-iskwadra hija mibnija bl-aghar mod possibbli. Kummenti horox izda kummenti simili ilhom jinghadu u donnu transfer window wara ohra Milan mhux jirnexxielhom jindirizzaw il-problemi li ghandhom fl-iskwadra. Il-problemi komplew jikbru bl-injury ta’ Gattuso li se jitlef il-kumplament tal istagun u injuries ohra. Injuries li jaghmluha imperattiva ghal Ancelloti li jakkwista xi plejer jew plejers matul ix-xahar id-diehel.

Inter ukoll mistennija jkunu attivi fis-suq izda hawnhekk l-akbar isem se jkun plejer li aktarx ihalli l-klabb. Il-Braziljan Adriano se jithalla jitlaq wara serje ta’ episodji li tappnu l-karriera ta’ dan it-talent sud-amerikan fl-Italja. Ricentement il-kowc ta’ Inter Jose Mourinho qal li Adriano issa huwa ttimbrat bhala imqareb u dan it-timbru difficli jehles minnu. Dan l-ahhar Adriano ma ttrenjax minhabba li kien ma jiflahx u l-gurnali malajr dawwru l-istorja fejn qalu li Mourinho baghatu lura d-dar minhabba li kien ghamel lejl barra u ma kienx f’kundizzjoni li jittrenja.

Mourinho qal li din kienet gidba tal-gazzetti li pero turi li jaghmel x’jaghmel Adriano se tkun difficli ferm ghalih li jerga jikseb reputazzjoni tajba. Mourninho ghalaq il-kummenti tieghu billi qal li bhala kowc jixtieq li Adriano jibqa’ ma’ Inter izda ghall-gid tal-plejer innifsu jkun ahjar ghalih li jfittex arja gdida.

Lura fl-Ingilterra u fl-ahhar granet rega sploda l-kaz Ronaldo ta’ Manchester United. Real Madrid ghamlu minn kollox biex ihajjru lil dan il-plejer jitlaq lil United izda meta r-Red Devils zammew sod, il-klabb Spanjol bidel id-diska u qal li kien Ronaldo li beda din l-istorja. F’dawn l-ahhar granet Real Madrid qalu li ladarba Ronaldo mhux ghal bejgh huma mhux se jkomplu juru nteress fih ghax iridu l-ahjar relazzjonijiet ma’ Manchester United.

Izda dan kollu tar mar-rih hekk kif il-midja internazzjonali irrapurtat li wiehed mid-dirigenti tal-klabb Spanjol ammetta li Real Madrid diga ghandhom ftehim mal-klabb u mal-plejer izda ma jistghu ihabbru xejn ghal issa.

Din l-istorja tista’ tkun minnha u tista’ ma tkunx izda l-probabilta hi li dan kollu huwa tentattiv iehor biex jiskoncentraw lil Ronaldo u jkomplu jhajjruh ihalli Old Trafford. Sir Alex Ferguson ma tantx kien kuntent b’dawn il-kummenti u ddeskriva lil Real Madrid bhala “mob”. Hu qal li qatt m’hu se jkun lest jiffirma ftehim “ma dawn in-nies” u kompla li lil Real Madrid lanqas hu “lest li jbieghlhom virus”. Ferguson qal ukoll li kien cert li meta joqrob Jannar kienet se terga’ tisplodi din l-istorja. Ronaldo min-naha tieghu qal li hu ma kellu ebda kuntatt ma’ Real Madrid u jinsab kuntent f’Old Trafford.

Hasra li l-FIFA u l-UEFA jhallu dawn l-affarijiet jigru. Li thabbar jew tivvinta stejjer bhal dawn huwa ugwali ghal meta klabb javvicina plejer minghajr il-permess tal-klabb li jkun qed jilghab mieghu. Din hija xi haga li jaghmel kwazi kull klabb. Il-hazin hu li meta jitressaq xi kaz quddiem il-FIFA jew il-UEFA dawn rari jiehdu passi. Hekk gara fil-kaz originali ta’ Ronaldo u Real Madrid fejn il-UEFA qalet li Real ma kienu ghamlu xejn hazin. Il-huta minn rasha tinten u qabel ma jittiehdu passi serji kontra dawn l-illegalitajiet dan kollu se jibqa’ jsehh u l-klabbs il-kbar se jibqghu ihossuhom potenti li javvicinaw plejers ta’ xulxin u ta’ klabbs ohra u jiddistabilizzawhom.

Insemmu ftit ukoll lil Juventus u Manchester City. Il-midja internazzjonali qed tghid li Juventus huma nteressati fi plejers kemm mill-Premier League u kemm mil-Liga. L-aktar li qed jissemmew huma Daniel Agger u Ryan Babel ta’ Liverpool u Royston Drenthe ta’ Real Madrid.

Min-naha l-ohra, Manchester City, wara li saru wiehed mill-aktar klabbs sinjuri fid-dinja, qed jissemmew li huma nteressati f’numru ta’ ismijiet kbar fosthom David Villa, Gianluigi Buffon u Kaka. Minkejja s-sahha finanzjarja Manchester City jistghu isibuha difficli li jakkwistaw l-aqwa ismijiet fl-Ewropa minhabba l-pozizzjoni taghhom fil-klassifika izda zgur li se jkunu jistghu jissahhu u jinqalghu mill-pozizzjoni li jinsabu fiha fil-prezent. Id-dirigenti ta’ Manchester City wieghdu sorprizi matul ix-xahar li gej. Nistennew u naraw x’se jkunu.

Din kienet biss toghma ta’ dak li mistenni jsehh fil-gimghat li gejjin. Uhud mill-ispekulazzjoniet se jibqghu’ spekulazzjoniet, ohrajn se jsiru realta fil-waqt li m’hemmx dubju li se jkun hemm ukoll xi trasferimenti mhux mistennija. Hu x’inhu, dehlin ghal xahar iehor ecitanti fejn certu tinijiet se jissahhu, ohrajn se jiddghajfu u klabbs ohra li bdew hazin jistghu isalvaw l-istagun. Kollox ma kollox qed nistenna Jannar attiv aktar minn ohrajn. U fil-waqt li fid-dinja tibqa’ tikber il-krizi ekonomika, il-futbol jibqa’ jghix f’univers ghalih u l-miljuni jkomplu jibdlu l-idejn.

KEANE JITLAQ MINN MA' SUNDERLAND

L-avventura tal-ex plejer ta’ Manchester United Roy Keane bhala maniger ta’ Sunderland waslet fi tmiemHa nhar il-Hamis li ghadda hekk kif fil-ghodu harget l-ahbar li Keane kien halla din il-kariga bi qbil mad-dirigenti tal-klabb.

Keane halla l-kariga tieghu wara laqgha li kellu mac-cermen ta’ Sunderland Niall Quinn u membri ohra tal-bord, fosthom il-kap ezekuttiv gdid Steve Walton li gie mahtur f’din il-kariga propju il-gimgha l-ohra. Waqt din il-laqgha gie deciz li jkun ahjar ghal Keane u ghall-klabb li dan ihalli t-tmexxija ta’ Sunderland.

Wara t-tluq ta; Keane ic-cermen tal-klabb Niall Quinn qal li hu jemmen li l-pressjoni u l-intensita marbuta mal-post ta’ maniger ta’ Sunderland kienet kbira wisq u kien propju dan li wassal biex Keane ihalli din il-kariga. Quinn qal ukoll li hu ghamel sentejn shah jipprova ma jhallix din il-pressjoni taffetwa lil Keane izda fl-ahhar Keane iddecieda li ma jistax jaghti aktar lil Sunderland.

Kif qal Quinn stess Keane ghamel bidliet pozittivi f’Sunderland u ismu biss ukoll gholla l-profil tal-klabb tal-Istadium of Light. Keane kien strumentali biex Sunderland kisbu mentalita rebbieha u l-atitudni tal-klabb inbidlet ghal kollox. Skind Quinn, Keane gholla l-livell ta’ dak kollu li kien qed jigri fil-klabb ta’ Sunderland kemm f’dak li huwa loghob u kif ukoll f’dik li hija organizazzjoni tal-klabb.

Izda f’din l-istorja kollha kien hemm punti li jistonaw. Ir-rwol ta’ cermen zgur li mhux li jipprova jiddfendi lill-maniger mill-pressjoni. Il-pressjoni hija parti mill-pakkett u Keane m’ghandux il-karattru li jjibza’ mill-aspetattiva. Meta kien mistoqsi dwar il-pozizzjoni tiegu fl-Istadium of Light Roy Keane ma tax it-tip ta’ twegiba li wiehed jistenna minn dan il-karattru.

Keane irreagixxa billi qal li jkun hemm waqtiet li jhossu bhala l-bniedem li jista’ jmexxi lil Sunderland ‘il quddiem u mumenti ohra li fihom ma jhossux li jista’ jwassal lill-Black Cats ghas-success. Huwa qal li kuljum jistaqsi lilu nnifsu jekk ghandux jibqa’ manager ta’ Sunderland izda t-twegiba li jaghti lilu nnifsu mhux dejjem tkun l-istess.

Dakinhar stess li ta dawn il-kummenti Keane qal li propju f’dik il-gurnata qam fil-ghodu jhossu li ghandu jibqa’ jmexxi lil Sunderland. Izda huwa kompla li jekk fil-jumejn ta’ wara jhossu differenti allura jkun wasal iz-zmien li jirrevedi l-pozizzjoni tieghu.

Din l-inkonsistenza u indecizjoni mhix karatteristika ta’ Keane. Dawn il-kummenti, flimkien ma rapporti li bdew johrogu mill-ghada tad-divorzju bejn Keane u Sunderland, juru li ir-ragunijiet li ghalihom Keane halla, jew gie mgieghel ihalli, lil Sunderland, m’humiex semplici daqs kemm wiehed iqum fil-ghodu u jiddeciedi li mhux il-bniedem li ghandu jibqa’ jmexxi t-tim. Din id-decizjoni ma ttehditx mil-lum ghal ghada u warajha hemm kurrenti ohra.

Stejjer li hargu fil-granet li ghaddew jghidu li c-cermen tal-klabb Niall Quinn u Roy Keane ma tantx kellhom relazzjoni tajba hafna flimkien. Dawn it-tnejn kellhom kwistjoni meta kienu jilghabu mat-tim nazzjonali Irlandiz u jidher li minn dakinhar ‘l hawn ir-relazzjonijiet qatt ma gew ghan-normal.

Hemm min qed jghid li kemm ilu li nghaqad ma’ Sunderland Keane u Quinn kienu jitkellmu biss permezz tal-messaggi fuq it-telfon cellulari. Jekk din hix verita jew esagerazzjoni mhux mgharuf izda l-qazba ma ccaqcaqx ghal xejn u jidher car li r-relazzjoni bejn cermen u maniger ma kinitx wahda ideali biex il-klabb jimxi ‘il quddiem.

Izda minkejja din it-tensjoni, fejn seta’, jidher li Quinn nesa l-kwistjonijiet personali u, flimkien mal-bord tad-diretturi u s-sostenituri finanzjarji ta’ Sunderland, dejjem issanzjona somom kbar biex Keane ikun wiehed mill-aktar manigers attivi fit-trasferimenti.

F’sentejn u nofs Keane nefaq bejn £70miljun u £80miljun fi plejers. Din mhix figura zghira specjalment ghall-klabb li kien tiela’ mic-Championship u dan jikkonferma li minkejja kollox il-klabb dejjem issapportja lil maniger.

Ir-responsabbilita ta’ dan l-investiment hija tal-maniger u nhoss li parti mir-raguni ghalfejn Sunderland jinsabu fejn jinsabu hija propju l-mod kif Keane investa dawn il-miljuni. Din is-somma intefqet biex jintlahqu tlett skopijiet izda minn dawn it-tlieta intlahaq skop wiehed biss.

Bil-flus minfuqa Sunderland bnew tlett timijiet. L-ewwel wiehed kien it-tim li kellu jaqla’ lil Sunderland mic-Championship u dan irnexxa. It-tieni skop ta’ Sunderland kien li jinbena tim biex jistabilixxi t-tim fil-Premiership izda, fil-waqt li ghal hafna dan l-iskop deher li ntalahq, personalment nahseb li l-ghan ma ntlahaqx. Sunderland salvaw mir-relegazzjoni bi tlett punti biss u spiccaw fil-15 –il post. Ghalkemm li tim promoss jispicca fil-15 –il post jista’ jitqies success relattiv, li ssalva bi tlett punti ma jistax jigi deskritt bhala stabilizazzjoni fil-Premiership.

Dan qed jigi konfermat dan l-istagun hekk kif Sunderland qed jiffaccjaw battalja ohra kontra r-relegazzjoni. Dan l-istagun nistghu nghidu li nbena t-tielet tim u l-iskop din id-darba kien li t-tim jiccalingja fl-ewwel nofs tal-klassifika izda s’issa, ghal darba ohra, l-iskop rega’ ma ntlahaqx u l-flus minfuqa ma hallewx il-frott mixtieq.

Fost il-plejers akkwistati minn Keane hemm il-gowlkiper Skocciz Craig Gordon li sewa £9miljuni. Ghalkemm dan huwa gowlkiper ta’ kwalita il-prezz imhallas kien eccessiv u klabb li qed jipprova jistabilixxi ruhu seta’ firex din is-somma fuq numru ta’ plejers biex jimla aktar nuqqasijiet tat-tim.

Pascal Chimbonda inghaqad ma’ Sunderland minghand Tottenham ghal kwazi £5miljuni. Chimbonda ukoll huwa plejer ta’ talent izda l-problemi ta’ karattru u atitudni tieghu kienu evidenti. Keane emmen li bl-istil ta’ management tieghu seta’ jsolvi dawn il-problemi u jiehu l-ahjar minn dan il-plejer izda Chimbinda baqa’ li kien. Minkejja xi loghobiet tajbin, il-problemi dixxiplinarji ta’ dan il-plejer ma jaghmluhx wiehed mill-ahjar investimenti ta’ Keane.

Minghand Tottenham dan l-istagun Keane ha ukoll lil Teemu Tainio u Steed Malbranque. Zewg plejers li jaghtu qalbhom ghat-tim izda l-limitizzjonijiet taghhom ukoll kienu evidenti. Il-kummenti generali dwar dawn il-plejers fil-karriera taghhom ma’ Tottenham kienu li Tainio jbati wisq mill-injuries u Malbranque rari ta aktar mnn taqsima stupenda. L-istess baqa’ jigiri ma’ Sunderland. Tainio baqa’ jwegga spiss u Malbranque baqa’ jbati biex jaghti certu rendiment tul id-90 minuta. Ma’ dawn wiehed jista’ jzid plejers bhal Michael Chopra li, ghalkemm huma plejers ta’ certu kwalita, ma kinux il-plejers li jistghu jiehdu lil Sunderland f’livell ghola.

It-trasferimenti ma kinux kollha negattivi. Forsi l-ahjar akkwist ta’ Roy Keane kien Kenwyne Jones li halla lil Southampton ghal madwar £6miljini. Jones huwa attakkant veloci u li jaghti dimensjoni fizika lill-attakk ta’ Sunderland. Dan ikkonfermah id-difensur ta’ Chelsea John Terry li qal li Jones kien l-aktar avversarju iebes ghal blalen bir-ras. Il-problema ta’ Keane fir-rigward ta’ Jones kienet li l-istagun ta’ dan il-plejer kien affetwat mill-injuries u Keane ma setax jiehu li jrid minnu.

Akkwist iehor tajjeb kien Kieran Richardson minghand Manchester United. Ghalkemm bata xi ftit fl-ewwel stagun tieghu, dan il-plejer ghamel progress kbir u huwa s-sors ta’ fantasija u energija fil-midfield ta’ Sunderland. Huwa wkoll wiehed mill-ahjar plejers mis-set pieces u l-gowls tieghu minn freekicks diretti ghinu hafna lil Roy Keane jakkwista r-rizultati. Dwight Yorke, Anton Ferdinand u Djbril Cisse’ ukoll kienu akkwisti tajba izda anki hawn, fil-kazi a’ Ferdinand u Cisse’, kien hemm il-problema ta’ karattru u personalita.

L-akbar problema ta’ Keane ma kinitx il-konvinzjoni tieghu jekk hux il-bniedem li jista’ jwassal is-success f’Sunderland jew le. Il-problema kienet li l-plejers li gab hu stess, kemm dawk li kienu success relattiv u kemm le, ma kinux qed jaqblu mal-metodi tieghu u l-messagg tieghu ma kienx qed jasal. Il-karattru ta’ Keane hu dak li hu u zgur li ma kienx se jkun hu li jadatta u jbiddel is-sistemi tieghu ghall-plejers.

Il-mentalita ta’ Keane hija wahda rebbieha, dixxiplinata u regimentali. Dan ma kienx qed jinzel tajjeb mal-plejers, specjalment dawk mhux Inglizi. Keane qatt ma hassu komdu bil-mentalita tal-plejers tal-lum u jekk, kif qal hu stess, irid jirritorna fil-management, irid jifhem li l-plejers tal-lum m’humiex il-plejers li kienu jilghabu meta hu kien fl-aqwa tieghu bhala plejer u jrid ikun ftit aktar flessibbli fl-approach tieghu.

Id-dirigenti tal-klabb kienu diga talbu lil Keane jibdel xi ftit il-metodi awtoritarji tieghu specjalment mal-plejers barranin izda hu qatt ma sema u dejjem emmen li l-uniku mod li jista’ jasal huwa l-mod tieghu. Dan ifisser li d-decizjoni li jitlaq ma kinitx tieghu biss. Meta tim jghaddi mis-serje ta’ rizultati negattivi li ghaddew minnha Sunderland u d-dirigenti jaqghu fuq il-maniger biex ibiddel il-metodi tieghu ifisser hafna.

It-tifsira ovvja hi li d-dirigenti ma jkunux kuntenti bir-rizultati u jkunu jridu bidla. L-implijkazzjoni l-ohra hi li l-plejers b’xi mod jew iehor ikunu wasslu l-messagg lid-dirgenti li m’humiex kuntenti bil-metodi tal-maniger. Meta jigri hekk ikun ifisser li l-maniger tilef id-dressing room u meta maniger jitlef id-dressing room il-klabb ma jkollux triq ohra ghajr li jnehhi lill-maniger.

Dan il-kaz diga rajnieh jigri dan l-istagun. Meta Tottenham nehhew lil Juande Ramos, ic-cermen tal-klabb Daniel Levy kien qal li d-decizjoni tat-tkeccija iffirmaha hu izda prattikament decizjonijiet bhal dawn jittiehdu mill-plejers. L-istess gara fl-Istadium of Light. Il-plejers ma kinux kuntenti bl-istil u l-karattru ta’ Keane, wasslu l-messagg lid-dirigenti u dawn qaghadu ghall-parir tal-plejers.

Bhal fil-kaz ta’ Tottenham u l-kummenti ta’ Levy, dan ukoll kien kwazi konfermat mid-dirigenza ta’ Sunderland. Minkejja li kif ghidna fil-bidu Niall Quinn pprova jpingi stampa ta’ serenita u armonija, kummneti ohra li hargu juru li mhux kulhadd kien kuntent bit-tmexxija ta’ Keane. Kummenti tas-sid u ta’ sostenitur finanzjarju ewlieni ta’ Sunderland jispikkaw fejn il-messagg li wasslu kien li l-karattru awtoritarju u l-personalita volatili ta’ Keane kienet qed ixxekkel il-progress tal-plejers u tat-tim ta’ Sunderland. Altru mill-armonija li semma Quinn.

Sa ftit ilu Keane kien qed jissemma bhala wiehed mill-kandidati prospettivi li ghad jista’ jiehu post Sir Alex Ferguson bhala maniger ta’ Manchester United. L-esperjenza tieghu ma’ Sunderland tista’ tbiddel kollox. Keane kien ma’ klabb fejn, minkejja l-kwistjonijet personali ma’Quinn, kellu s-sapport tal-bord, inghata l-finanzi kollha li ried u thalla jmexxi t-tim minghajr ebda indhil.

Minkejja dan huwa rnexxileu jitlef id-dressing romm li bena hu stess, igib instabilita u jitlef l-appogg tad-dirigenti. Din mhux se tkun esperjenza li se tghin il-karriera futura ta’ Keane fil-manigment u, jekk irid ikompli, irid jabbanduna l-awtoritarjanizmu li jemmen bih u jadatta ruhu ghal futbol u l-plejers tal-lum.

Tuesday, December 9, 2008

KICK OFF EDITORIAL 7 DECEMBER 2008

Fil-granet li ghaddew waslet fi tmiemha l-avventura ta’ ROY KEANE bhala manager tat-team ta’ Sunderland.

Ma nistghux nghidu li kien xi tluq sorpriza. Ir-rizultati ma kienux gejjin u f’industrija fejn ir-rizultat huwa kollox wiehed kien jistenna li illum jew ghada din ic-caqlieqa tasal.

Izda xi inkonsistenzi li hargu wara t-tluq ta’ KEANE ta’ min jitkellem ftit fuqhom.

Ftit qabel it-tluq tieghu Keane qal li daqqa jhossu il-bniedem li jista’ jmexxi lil Sunderland u daqqa le. Meta tkellem qal li qed ihossu pozittiv izda jekk fil-jumejn ta’ wara ma jhssoux hekk allura jkun wasal iz-zmien li jieqaf. Din l-incertezza u nuqqas ta’ determinazzjoni mhix karatteristika ta’ Keane u ggieghlek tahseb li kien hemm affarijiet ohra ghaddejin minn taht.

Ic-chairman tal-klabb Nial Quinn qal hu pprova jaghmel minn kollox biex jiddefendi lil Keane mill-pressjoni li waqghet fuqu izda ma rnexxielux. Frankament la nahseb li r-rwol tac-Chairman hu li jilqa’ l-pressjoni ghall-manager u wisq inqas ma nahseb li Keane ghandu bzonn min jiddefendih mill-pressjoni.

Niall Quinn pinga stampa ta’ armonija fl-Istadium of Light izda mhux kollox kien hekk. Illum qed johorgu rapporti li wara l-argument li kellhom meta t-tnejn kien ghadhom jilghabu mat-team nazzjonali Irlandiz Quinn u Keane kien ghadhom ma jitkellmux u fil-gimhghat li ghaddew Keane irrifjuta li jiffirma kuntratt gdid.

Wiehed irid jghid ukoll li Keane kellu jerfa' r-responsabbilita tar-rizultati u fl-opinjoni tieghi l-akbar problema kienet il-miljuni kbar li nefaq fuq players li ftit li xejn ghamlu differenza fil-livell ta’ loghob ta’ Sunderland.

PAUL INCE jista’ jsegwi lil KEANE u jispicca minn manager ta’ Blackburn. It-team li ghandu Ince huwa prattikament l-istess team li kellu Mark Hughes u li bih spicca fis-7 post- apparti DAVID BENTLEY u BRAD FRIEDEL.

INCE gej minn 10 loghobiet minghajr rebha u Blackburn jinsabu fil-periklu tar-relegazzjoni.

INCE qal li l-5 loghobiet li jmiss ghalih huma cup finals izda jekk jitlef il-loghoba li jmiss kontra Wigan jista ma jkollux cans jilghab l-4 finali l-ohra.

Nemmen li PAUL INCE ghad jipprova lilu nnifsu bhala manager Ingliz tajjeb izda l-qabza minn MK DONS ghal BLACKBURN fil-Premiership kienet kbira u Ince kellu bzonn jitla’ targiet ohra qabel jidhol ghat-tmexxija ta’ klabb bhal Blackburn.

STOKE ghamlu rimonta tajba l-bierah biex salvaw draw u cahhdu lil Newcastle minn rebha ferm bzonnjuza f’ St.James’ Park.

Wiehed mill-fatturi li gibed l-attenzjoni kien iz-2 goals ta’ MICHAEL OWEN- . It-tahdidiet dwar kuntratti godda bhalissa huma wieqfa f’St Jems Park izda Newcastle jaqblilhom JIBDEW JITKELLMU MA OWEN FUQ KUNTRATT GDID QABEL JITILFUH F’JANNAR.

Mark Mizzi

Saturday, December 6, 2008

Politika u Futbool

Dan l-artiklu ta' Mark Mizzi gie pubblikat f' L-Orizzont tal-Hamis 4 ta' Dicembru 2008

Il-politika tilghab parti importanti hafna fil-futbol internazzjonali. Din mhix xi haga li bdiet illum. Il-futbol minn dejjem kien hekk. Il-futbol li naraw ahna hafna drabi huwa r-rizultat, jew ahjar il-prodott finali ta’ dak li jkun sar jew qed jinhema minn wara l-kwinti. ‘Il boghod mill-attenzjoni tal-udjenza tkun qed tintlaghab loghoba ohra. Loghoba li fiha federazzjonijiet, assoccjazzjonijiet, klabbs, presidenti, agenti u personalitajiet ohra importanti fit-tmexxija tal-loghoba tal-futbol ikunu qed jiggieldu glieda diplomatika biex jiksbu aktar sahha, influenza u kontroll fuq dan l-isport.

Il-partitarji jsegwu l-loghob u r-rizultati. Izda, sfortunatament, il-futbol mhux dan biss. Dak li jigri wara minghajr daqq ta’ trombi huwa mportnati daqs dak li jigri fil-picc.

Il-kwistjonijiet politici u amministrattivi mhux dejjem jibqghu mistura. Kull tant jinqala’ xi kaz li jpoggi kollox fil-wicc u jixghel id-diskussjoni. Hekk qed jigri bhalissa hekk kif il-President tal-UEFA Michel Platini jibqa’ jipprova jiskopri toroq godda kif, b’xi mod jew iehor, inaqqas il-potenzjal tal-klabbs Inglizi fl-Ewropa.

F’din ir-rubrika ta’ kull gimgha tkellimna f’aktar minn okkazjoni wahda dwar kif, kemm Platini u kif ukoll il-President tal-FIFA Sepp Blatter, ma jitilfux okkazjoni wahda biex jikkritikaw it-tmexxija tal-futbol Ingliz u jipruvaw jaghmlu l-bsaten fir-roti lill-klabbs Inglizi u s-sahha taghhom fil-prezent.

Wahda mill-ahhar okkazjonijiet kienet l-attakk fuq is-sidien barranin tal-klabbs Inglizi u l-flus li qed jonfqu fl-istess klabbs. Fuq dan il-kaz diga’ wassalt il-hsibijiet tieghi imma llum nzid biss li kieku Platini u Blatter daru dawra mal-kumplament tal-Ewropa, fosthom Franza, kienu jsibu li l-investiment barrani fil-klabbs ma jezistix fl-Ingilterra biss. Hemm diversi klabbs ohra barra mill-Ingilterra li huma kontrollati minn “barranin” izda billi l-Premiership ghandu l-oghla profil, huma biss is-sidien tal-klabbs Inglizi li jaghmlu hoss.

F’dawn il-gimghat il-klabbs Inglizi qed ikollhom jiggieldu kontra l-possibilita li jitilfu l-kontroll tal-istess klabbs u tal-loghoba. Jekk l-idea ghad tidhol fis-sehh, ma jkunux biss il-klabbs tal-futbol li jitilfu l-kontroll izda wkoll klabbs u assoccjazzjonijiet ta’ sport iehor bhar-rugby, tennis u cricket.

Taht il-proposta li qed tigi mressqa mill-Gvern Franciz u mbuttata minn Platini, il-kontroll tal-isport fl-Ewropa jghaddi f’idejn struttura gdida Ewropeja. Il-klabbs Inglizi qed jibzghu li din hija skema li permezz taghha Platini jkun jista’ jnaqqas is-sahha tal-klabbs Inglizi u l-kwistjoni hemm cans li eventwalment twassal ghall-konfront dirett ma’ Platini. Konfront diplomatiku bhal dan jista’ sahansitra jnaqqas ic-cansijiet li l-Ingilterra torganizza il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Din il-proposta kellha titpogga quddiem il-Ministri tal-Isport tal-Unjoni Ewropeja il-gimgha l-ohra. Il-proposta preparata ghall-President Franciz Nicolas Sarkosy u pprezentata minnu bhala kap tal-Istat Franciz li bhalissa ghandu l-presidenza tal-Unjoni Ewropeja, tista’ tintuza biex il-UEFA tiehu taht idejha l-kontroll kollu tal-futbol Ingliz u tal-futbol fil-kumplament tal-Ewropa bil-federazzjonijiet nazzjonali jirreducu ruhhom ghal pupazzi f’idejn l-organizzazzjoni gdida Ewropeja taht l-awspici tal-UEFA.

Il-proposta bazikament tghid li l-futbol u l-isport l-iehor ghandhom jigu ezenti mil-ligijiet tal-Unoni Ewropeja u jkun hemm struttura gdida Ewropeja li taghmel u timponi r-regoli hi. Din hija mudellata fuq l-organizazzjoni Franciza Direction Nationale du Controle de Gestion (DNCG). Din l-organizzazzjoni regolatroja fi Franza hija principalment iffurmata minn avukati u accountants u ghanda r-rwol li tosserva l-futbo Franciz u kif il-klabbs qed jaderixxu ghar-regoli.

Jekk din l-organizzazzjoni suppost wasslet ghal xi progress sostanzjali fil-futbol Franciz falliet. Franza kellha l-istess campjin ghal dawn l-ahhar 7 snin u fuq livell ta’klabbs ma hemmx paragun bejn il-klabbs Francizi u dawk Inglizi. Jekk wiehed iqabbel il-futbol Franciz ma’ dak Ingliz kulhadd jaf liema hu l-aktar kampjonat attraenti u li jiggenera interess ekonomiku. Din hija l-prova li organizzazzjoni mimlija teknokratici bhalma hemm fi Franza mhix is-soluzzjoni u huwa l-mod kif jitmexxa l-futbol Ingliz li rnexxa.

Platini diga gabar ftit tas-sapport mill-Unjoni Ewropeja biex jekk il-proposta tigi accettata, il-President tal-UEFA jmexxi, b’mod dirett jew indirett, din l-organizzzazzjoni li se taghmel u timplimenta r-regoli tal-isport Ewropew.

Dan kollu jista’ jiftah il-bieb berah biex tigi fl-ahhar tigi mposta r-regola maghrufa bhala 6+5. Permezz ta’ din ir-regola, f’kull loghoba kull tim irid ikollu tal-anqas 6 plejers minn dak il-pajjiz partikolari fl-ewwel hdax u massimu ta’ hames plejers barranin. Fil-prezent din ir-regola ma tistax tigi mposta minhabba li tmur kontra l-ligijiet tal-Unjoni Ewropeja dwar il-moviment hieles tal-haddiema.

Izda jekk ir-regolamenti tal-isport ma jibqghux marbuta ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea din ir-regola tkun tista’ tiddahhal. Regola bhal din iddghajjef ‘il klabbs Inglizi li huma fost l-aktar li qed jimpjegaw plejers minn barra l-pajjiz.

L-organizzazzjoni proposta tkun tista’ wkoll tbill subghajjha fil-miljuni li jiehdu l-klabbs Inglizi mid-drittijiet televizivi u s-somma investita fl-Ingilterra tinqasam bejn il-kapmpjonati l-ohra Ewropej.

Permezz ta’ dawn il-poteri Platini jkun jista’ jimponi wkoll regolamenti jew sanzjonijet fuq klabbs b’certu ammonti ta’ djun u wara l-kritika harxa f’dan ir-rigward fuq il-klabbs Inglizi m’hemm l-ebda dubju x’inhi il-mira ta’ Platini jekk xi darba jkollu din is-sahha.

Fuq il-kwistjoni tad-dejn Platini jixtieq li l-infieq tal-klabbs ikun marbut mar-rizorsi taghhom jigifieri d-dhul mill-bejgh ta’ biljetti u sponsors. Huwa jghid li d-djun tal-klabbs Inglizi qed iwasslu ghall-kompertizzjoni ingusta ghax il-klabbs Inglizi qed joperaw barra mil-limitazzjonijiet taghhom

Izda dan l-argument qed ihalli zewg elementi mportanti barra. L-ewwel nett b’dan ir-ragunament Platini mhux qed jiehu in kunsiderazzjoni li parti mid-dejn tal-futbol Ingliz gej mill-investiment li qed jaghmlu l-istess klabbs fi stejdja godda u moderni. Dan huwa investiment mhux dejn ghax dawn l-istejdja, minbara l-valur intrinsiku taghhom, qed jghinu lill-istess klabbs jaghmlu aktar qliegh.

L-argument qed jonqos li jhares ukoll lejn il-flus li jiehdu certu klabbs minghand il-Gvernijiet centrali u lokali madwar l-Ewropa partikolaremnt fi Spanja u fi Franza. Fi Franza il-Gvernijiet Lokali jissapportjaw il-klabbs ta’ Ligue 1 b’madwar 2% tal-ispejjez taghhom. Il-finanzi tal-Gvern Lokali ghinu wkoll biex Lyon jiffrankaw il-miljuni f’xogholijiet marbuta mal-infrastruttura tat-trasport madwar l-istejdjum il-gdid taghom.

Barra minn hekk f’dawn il-pajjizi certu plejers kbar jinghataw skontijiet specjali fuq it-taxxa dovuta minnhom. Fi Franza il-plejers ta’ Ligue 1 jistghu jiddikkjaraw 30% ta’ li jaqilghu bhala qliegh mid-drittijeit tal-immagni u fuq dik is-somma jhallsu biss madwar 10%. Min naha l-ohra, fi Spanja ir-rata bazi tat-taxxa anki ghall-aqwa plejers hija ta’ 23%, li hija rata ferm aktar baxxa minn dik li tithallas fl-Ingilterra.

Platini qatt ma naqas li jattakka l-prezzijiet esorbitanti li jhallsu klabbs Inglizi ghall-plejers u jikkritika l-klabbs li jkomplu jzidu mad-djun taghhom biex ihallsu ghat-trasferimenti.

Facli hafna tattakka dan l-atteggjament u tghid li johloq kompetizzjoni ingusta izda kemm hu gust li trasferimenti shah jithallsu mill-Gvern Lokali tal-belt minn fejn ikun gej il-klabb? Jekk wiehed ihares lejn il-biografija ta’ Eric Cantona miktuba minn Philippe Aiclair jara li l-klabb ta’ Montpellier ma hallas xejn meta fit-tmeninijiet akkwista lil Eric Cantona u lil Stephane Paille li dakinhar kien il-plejer tas-sena fi Franza.

Il-Kunsill Lokali ta’ Montpellier kien diga jaghti 10 miljun Frank lill-klabb izda dakinhar l-ghotja telghet ghal 14 –il miljun. Il-Kunsill tar-regjun ta’ Herault irregala 3 miljun Frank lill-klabb biex jinbidel l-isem tal-klabb li sa dakinhar kien maghruf bhala La Paillade Montpellier fil-waqt li l-President tal-klabb hareg 4 miljun Frank iehor mill-kontijiet tal-kumpanija tieghu li kienet taghmel xoghol ta’ riciklar ta’ skart domestiku u industrijali fir-regjun u allura kienet tiehu l-flus mill-kuntratti li tirbah f’Montpellier u l-madwar.

Dan it-tip ta’ involviment dirett fil-hlasijiet tat-trasferimenti, almenu fid-deher, m’ghadux permess izda fi Franza ghad fadal skemi regolari li permezz taghhom il-klabbs li jkollhom kumplessi tat-tahrig approvati mill-istat jircievu ghotjiet u sussidji mill-awtoritajiet lokali u municipali. Fost l-ohrajn il-belt ta’ Parigi tohrog madwar 3.5milju Ewro fis-sena f’ghotjiet bhal dawn.

Dan kollu johloq zbilanc u kompetizzjoni ngusta ghax fil-waqt li l-klabbs Inglizi jkunu marbuta biex jonfqu mid-dhul taghhom biss u ma jsibu l-ebda ghajnuna biex jinvestu fi stejdja u progetti ohra, klabbs ohra l-Ewropa ikunu qed jigu meghjuna minn partitjiet terzi. Barra minn hekk meta wiehed jara li fil-waqt li fl-Italja il-klabbs juzaw stejdja propjeta tal-awtoritajiet lokali u fi Franza ftit li xejn kien hemm investimenti fi grawnds godda, jasal ghall-konkluzjoni li il-logika ta’ Platini u tal-Gvern Franciz tippremja li min ma jinvestix u tikkastiga lil min jinvesti fil-loghoba.

Il-Presdienza Franciza tal-Unjoni Ewropeja trid aktar kontroll fuq it-trasferimenti internazzjonali tal-plejers taht it-18 –il sena u taghti l-impressjoni li l-plejers zghazagh Francizi qed jinsterqu minn klabbs ohra Ewropej. Dan m’hu minnu xejn. L-istatistici tal-Federazzjoni tal-Futbol Franciza juru li l-maggoranza assoluta tal-plejers li telghu mill-akkademji fi Franza baqghu fil-pajjiz u kien numru zghir hafna li naqsu li jiffirmaw l-ewwel kuntratt professjonaoi taghhom ma’ klabb Franciz.

Ic-cermen tal-unjin tal-plejers Francizi qal li l-akbar problema ghall-plejers zghazagh Francizi gejja mill-fatt li hafna qed jitilfu posthom ghal plejers ohra li jigu minn barra l-Unjoni Ewropeja. Bejn l-2005 u l-2007 Franza mpurtat 88 plejers zghazagh mill-Afrika, l-Asja u l-Amerika t’Isfel. Jekk l-awtoritajiet Francizi jhossu li ghandhom problema bil-plejers zghazagh fil-pajjiz ghanndhom jaraw jekk il-problema hux qed joholquha huma stess u ma jitfghux il-htija fuq klabbs ohra barra minn Franza. Lanqas huwa l-kaz li Platini u ohrajn bhal Blatter joqghodu jiffokaw fuq l-Ingilterra u jaghtu l-impressjoni li huwa f’dan il-pajjiz biss li n-numru ta’ barrnin qed johonqu c-cansijiet tal-plejers tal-pajjiz.

Nies qrib ta’ Platini qed jippruvaw jassiguraw lill-awtoritjiet governattivi u dawk tal-futbol Inglizi li l-iskop taghhom mhux li jaghmlu xi hsara lill-futbol Ingliz izda biex kulhadd jikkompeti fuq l-istess livell. Qatt m’emmint li biex wiehed jikkompeti fuq listess livell ghandhom jittiehdu mizuri biex jiddghajjef dak li hu f’sahhtu. Biex kulhadd jikkompeti fuq l-istess livell ghandu jissahhah id-dghajjef u biex isir dan id-dghajjef irid jikkopja l-mudell li ghamel success. Il-mudell tas-success ghandu l-problemi tieghu li jridu jigu analizzati u miggielda. Izda dan la jfisser li l-mudell ghandu jizzarma u lanqas ifisser li, kif rajna, l-istess problemi m’humiex qeghdin ukoll fil-mudelli li fallew.